Seduta: Kawża C-663/24 Streamz et

Nhar it-Tnejn 6 u t-Tlieta 7 ta’ Lulju 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja ser tisma’ l-Kawża C-663/24 Streamz et.

Din il-kawża tikkonċerna liġi Belġjana li timplimenta d-direttiva tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-awtur fis-suq diġitali, li tintroduċi dritt ġdid għall-pubblikaturi tal-istampa, u tagħti lill-awturi u lill-artisti dritt għal remunerazzjoni mingħand il-fornituri tas-servizzi ta’ kondiviżjoni u streaming ta’ kontenut online. Google, Spotify, Meta, Streamz u oħrajn qed jikkontestaw xi wħud minn dawn id-dispożizzjonijiet, billi jargumentaw li jimponu obbligi ġodda fuqhom.

Il-Qorti Kostituzzjonali Belġjana talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiċċara jekk dawn il-miżuri humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta’ impriża.

Is-seduta ser tkun disponibbli fit-taqsima Curia Web TV wara li tkun intemmet.

Fil-video li ġej, uffiċjal għall-istampa tal-Qorti tal-Ġustizzja tagħti ħarsa ġenerali lejn il-fatti tal-kawża u l-kwistjonijiet ġuridiċi inkwistjoni.