Seduta: Kawżi C-865/24 P Ordre néerlandais des avocats du barreau de Bruxelles et vs Il-Kunsill u C-866/24 P Ordre des avocats à la cour de Paris u Couturier vs Il-Kunsill
It-Tlieta 14 ta’ Lulju 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja ser tisma’ l-Kawżi C-865/24 P Ordre néerlandais des avocats du barreau de Bruxelles et vs Il-Kunsill u C-866/24 P Ordre des avocats à la cour de Paris u Couturier vs Il-Kunsill.
Dawn il-kawżi jikkonċernaw il-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati b’risposta għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, b’mod partikolari l-projbizzjoni tal-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza legali lill-Gvern Russu u lil kumpanniji stabbiliti fir-Russja.
L-Assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati ta’ Pariġi u diversi assoċjazzjonijiet ta’ kmamar tal-avukati Belġjani kkontestaw din il-projbizzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali, billi argumentaw li din tikser ċerti drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt li wieħed jirċievi parir legali. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi, billi qieset li l-miżura kienet iġġustifikata mill-għanijiet ta’ interess ġenerali tal-Unjoni.
L-assoċjazzjonijiet tal-kmamar tal-avukati appellaw minn dawn is-sentenzi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fejn talbu lil din tiddetermina jekk il-Qorti Ġenerali kinitx korretta li tilqa’ l-validità tal-projbizzjoni.
Is-seduta ser tkun disponibbli fit-taqsima Curia Web TV tas-sit internet tagħna wara li tkun intemmet.
Fil-video li ġej, uffiċjal għall-istampa tal-Qorti tal-Ġustizzja tagħti ħarsa ġenerali lejn il-fatti tal-kawżi u l-kwistjonijiet ġuridiċi inkwistjoni.
