Seduta: Kawżi magħquda C-296/25 P u C-297/25 P Il Polonja vs Il Kummissjoni
It-Tlieta 8 ta’ Settembru 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ser tisma’ l-Kawżi magħquda C‑296/25 P u C‑297/25 P Il‑Polonja vs Il‑Kummissjoni.
Dawn il-kawżi jirrigwardaw azzjoni għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mressqa mill-Kummissjoni kontra l-Polonja fl‑2021 dwar l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja. Il-Qorti tal-Ġustizzja ordnat lill-Polonja tissospendi l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali. Meta l-Polonja naqset milli tikkonforma ruħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ordnatha tħallas lill-Kummissjoni pagament ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 1 miljun. Peress li l-Polonja ma ħallsitx il-pagamenti ta’ penalità, il-Kummissjoni sussegwentement irkuprat l-ammonti dovuti billi paċiethom mal-ammonti dovuti lill-Polonja mill-Unjoni Ewropea.
Il-Polonja kkontestat dan quddiem il-Qorti Ġenerali. Hija talbet l-annullament jew l-annullament parzjali ta’ sensiela ta’ deċiżjonijiet ta’ tpaċija b’konsegwenza ta’ bidla leġiżlattiva li ġiet fis-seħħ fil-Polonja f’Lulju 2022. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet dawn l-azzjonijiet billi kkonstatat li billi rkuprat il-pagamenti ta’ penalità, il-Kummissjoni ma marritx kontra d-dritt tal-Unjoni (ara Kawżi magħquda T‑830/22 u T‑156/23 Il‑Polonja vs Il‑Kummissjoni u Kawża T‑1033/23 Il‑Polonja vs Il‑Kummissjoni).
Konsegwentement, il-Polonja appellat dawk is-sentenzi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Din is-seduta ser tkun disponibbli fit-taqsima Curia Web TV tas-sit internet tagħna wara li tintemm.
Fil-video li ġej, uffiċjal għall-istampa tal-Qorti tal-Ġustizzja jagħti ħarsa ġenerali lejn il-fatti tal-kawża u l-kwistjonijiet ġuridiċi inkwistjoni.
