Żjara tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Ekwador

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Settembru 2026, delegazzjoni mill-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Ekwador, immexxija mill-Viċi Presidenta tagħha, Karla Andrade Quevedo, żaret il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Huma ġew milqugħa minn Koen Lenaerts, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Iż-żjara pprovdiet opportunità sabiex jissaħħaħ id-djalogu ġudizzjarju bejn il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Ekwador u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Din iż-żjara ppermettiet lid-delegazzjoni tikseb għarfien mill-qrib dwar l-istruttura u l-funzjonament tal-qrati tal-Unjoni u tiskambja ħsibijiet dwar suġġetti ta’ interess komuni.

Il-programm inkluda laqgħa ma’ Koen Lenaerts, kif ukoll ma’ María Lourdes Arastey Sahún, Presidenta ta’ Awla fil-Qorti tal-Ġustizzja, u ma’ Maciej Szpunar, l-Avukat Ġenerali Ewlieni fil-Qorti tal-Ġustizzja. Il-programm intemm bi żjara ggwidata fil-binjiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.