Żona Mary Robinson
Mary Robinson (imwielda fl-1944) hija avukata, universitarja, politika u diplomatika Irlandiża, l-Ewwel mara President tal-Irlanda u ex Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem. Maħtura bħala Professur Reid tad-Dritt Kriminali f’Trinity College Dublin fl-età ta’ 25 sena, hija wkoll għallmet suġġetti oħra hemmhekk, b’mod partikolari d-dritt kostituzzjonali u d-dritt Komunitarju. Fl-1988, waqqfet iċ-Ċentru Irlandiż tad-Dritt Ewropew. Avukata magħrufa u difensura ferventi tad-drittijiet tal-bniedem, ġiet eletta fl-Akkademja Rjali tal-Irlanda. Fil-qasam politiku, serviet fis-Seanad Éireann (Is-Senat Irlandiż) għal għoxrin sena u, fl-1990, saret l-ewwel mara President tal-Irlanda. F’dawn ir-rwoli, hija ħadmet biex tippromwovi d-drittijiet fundamentali u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, b’mod partikolari billi sostniet il-liberalizzazzjoni tal-aċċess għall-kontraċettivi, id-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità u l-legalizzazzjoni tad-divorzju. Maħtura Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-1997, ħadmet biex tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem, partikolarment f’żoni ta’ kunflitt. Sussegwentement, hija saret membru fundatriċi tal-organizzazzjoni “The Elders”, grupp ta’ ex mexxejja politiċi ta’ reputazzjoni internazzjonali impenjati għall-paċi u d-drittijiet tal-bniedem. Illum, tibqa’ involuta b’mod attiv, partikolarment fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
