Savvas Papasavvas ġie elett President tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Wara t-terminazzjoni qabel iż-żmien tal-mandat ta’ Marc van der Woude għall-Presidenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Savvas Papasavvas ġie elett, minn sħabu l-Imħallfin, President tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu li kien fadal, jiġifieri mis‑16 ta’ Settembru 2026 sal‑31 ta’ Awwissu 2028.
Curriculum vitae ta’ Savvas Papasavvas
Imwieled fl‑1969 f’Nikosija (Ċipru), Savvas S. Papasavvas studja fl-Ethnikó kai Kapodistriakó Panepistímio Athinón (l-Università nazzjonali u ta’ Kapodistrias ta’ Ateni, il-Greċja) u hemmhekk kiseb l-ekwivalenti ta’ master fid-dritt (Ptychion) fl‑1991. Huwa kompla l-istudji ta’ dottorat fl-université de Paris II (l-Università ta’ Pariġi II, Franza) li fl‑1992 tagħtu diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt pubbliku. Fl‑1995, wara l-istudji tiegħu ta’ dottorat fl-université d’Aix-Marseille III (l-Università ta’ Aix-Marseille III, Franza), huwa kiseb it-titolu ta’ dottorat fid-dritt.
Wara li ġie ammess fil-Kamra tal-Avukati ta’ Ċipru, membru tal-Kamra tal-Avukati ta’ Nikosija mill‑1993, S. S. Papasavvas kompla l-karriera tiegħu ta’ avukat sal-ħatra tiegħu mal-Qorti Ġenerali fl‑2004.
Huwa ddedika ruħu wkoll għat-tagħlim fil-Panepistímio Kýprou (l-Università ta’ Ċipru) fil-kwalità tiegħu ta’ lettur mill‑1997 sal‑2002, qabel ma ġie elett hemmhekk bħala lettur anzjan fid-dritt kostituzzjonali mill‑2002 sal‑2004.
2016. S. Papasavvas inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑12 ta’ Mejju 2004 fejn żgura l-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla fl-okkażjoni ta’ żewġ mandati konsekuttivi, mill‑15 ta’ Settembru 2010 sal‑25 ta’ Settembru 2016. Ġie elett Viċi President tal-Qorti Ġenerali minn sħabu fis‑27 ta’ Settembru 2019, kariga li huwa okkupa sal-elezzjoni tiegħu bħala President tal-Qorti Ġenerali f’dan il-jum.
