Dħul fil-kariga ta’ żewġ membri ġodda tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Permezz ta’ deċiżjoni tat‑30 ta’ Settembru 2026, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ħatru, bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, lil Andria Buhagiar u lil Ivan Stoynev għall-perijodu ta’ bejn il‑5 ta’ Ottubru 2026 u l‑31 ta’ Awwissu 2031.
Fl-okkażjoni tat-teħid tal-ġurament u tad-dħul fil-kariga tal-Membri l-ġodda tal-Istituzzjoni, illum ser tinżamm seduta solenni fis-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Is-seduta solenni ser tiġi trażmessa b’mod dirett fis-sitta ta’ filgħaxija fis-sit aċċessibbli fuq din il-link: Curia Web TV.
