Żjara lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

It-Tnejn, 12 ta’ Ottubru 2026, delegazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea żaret lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Id-delegazzjoni kienet immexxija minn Koen Lenaerts, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, u minn Thomas von Danwitz, il-Viċi-President.

Din iż-żjara seħħet fil-kuntest ta’ kuntatt regolari bejn il-Qrati, kemm fuq livell ġudizzjarju kif ukoll fuq livell amministrattiv.

Il-programm beda b’diskors ta’ merħba minn Mattias Guyomar, il-President tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, segwit minn risposta tal-President Lenaerts.

Ir-rappreżentanti taż-żewġ Qrati mbagħad ipparteċipaw f’numru ta’ sessjonijiet ta’ xogħol dwar

  • l-indipendenza tal-ġudikatura, b’mod partikolari fil-kuntest tal-istabbiliment mill-ġdid tal-Istat tad-dritt
  • il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali tal-bniedem fil-qasam tal-isports
  • ir-rwol tal-valuri fis-sistema tal-QEDB u fis-sistema tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali

Dawn is-sessjonijiet taw opportunità lill-parteċipanti jieħdu sehem f’diskussjonijiet u jaqsmu ma’ xulxin x’jaħsbu dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni, kif ukoll l-esperjenzi rispettivi tagħhom f’dan is-sens.