Żjara mill-Qorti Suprema tal-Latvja
Nħar id‑19 u l‑20 ta’ Ottubru 2026, delegazzjoni mill-Qorti Suprema tal-Latvja, immexxija mis-Senatur Normunds Salenieks, President tad-Dipartiment tal-Kawżi Ċivili, żaret il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija ntlaqgħet minn Koen Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, flimkien mal-Membri tal-Istituzzjoni mil-Latvja: Ineta Ziemele, Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja; Laila Medina, Avukata Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja; Inga Reine, Imħallef tal-Qorti Ġenerali; u Pēteris Zilgalvis, Imħallef tal-Qorti Ġenerali.
Iż-żjara saret fil-kuntest tar-relazzjoni mill-qrib li l-Qorti tal-Ġustizzja ilha żmien twil iżżomm mal-qrati nazzjonali tal-Istati Membri u ħolqot l-opportunità li jissaħħaħ iktar id-djalogu ġudizzjarju.
Nhar it-Tnejn, 19 ta’ Ottubru, il-membri tad-delegazzjoni u tal-qrati tal-Unjoni ħadu sehem f’żewġ sessjonijiet ta’ xogħol li koprew
- il-miżuri restrittivi fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, inkluż l-impatt tagħhom fuq il-libertà ta’ espressjoni u d-dritt għal avukat
- il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u r-rilevanza tagħhom fil-kuntest tal-litigazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni
Dawn is-sessjonijiet taw opportunità lill-parteċipanti jieħdu sehem f’diskussjonijiet, jesprimu opinjonijiet bejniethom u jaqsmu ma’ xulxin l-esperjenzi rispettivi tagħhom dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni.
Il-programm kien jinkludi wkoll preżentazzjonijiet dwar l-użu tal-għodod tal-intelliġenza artifiċjali u dwar ix-xogħol tad-Direttorat għar-Riċerka u għad-Dokumentazzjoni.
Nhar it-Tlieta, 20 ta’ Ottubru, id-delegazzjoni attendiet is-seduta tal-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-506/25, Raukar-Gamulin et.
Iż-żjara ntemmet bi żjara ggwidata tal-binjiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.
