Il-Gran Final tal-Konkors THEMIS 2026

Il-Gran Final tal-Konkors THEMIS 2026 ser isir mit-Tnejn 30 ta’ Novembru sat‑3 ta’ Diċembru fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Organizzat min-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN), il-konkors ilaqqa’ trainees ġudizzjarji minn madwar l-Ewropa sabiex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar firxa ta’ suġġetti legali u jiżviluppaw modijiet ġodda kif jittrattawhom. Maqsuma f’timijiet, il-konoxxenza legali tal-parteċipanti ser tiġi ttestjata b’sensiela ta’ eżerċizzji maħsuba sabiex jevalwaw il-ħiliet tagħhom ta’ analiżi u ta’ komunikazzjoni.

Il-konkors ta’ din is-sena inkluda erba’ semifinali li saru fi bliet Ewropej differenti u kull semifinali ffokat fuq qasam speċifiku tal-UE u tad-dritt tal-Unjoni: id-dritt ta’ proċedura kriminali, id-dritt amministrattiv, id-dritt ta’ proċedura ċivili u l-etika ġudizzjarja u l-imġiba professjonali. Iż-żewġ timijiet ta’ quddiem minn kull semifinali kkwalifikaw għall-Gran Final tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li ser jiffoka fuq il-protezzjoni ġudizzjarja fl-UE.

Il-Gran Final jibda nhar it-Tnejn 30 ta’ Novembru b’ċerimonja tal-ftuħ fid-9:00 CET. Il-programm tal-konkors ser jinkludi:

  • it-tħejjija ta’ rapport bil-miktub fuq kwistjoni legali prattika
  • l-attendenza għal seduta tal-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-883/24 Il‑Parlament vs Il-Kunsill
  • dibattiti bejn it-timijiet
  • il-preżentazzjoni tas-seba’ edizzjoni tal-Ġurnal Annwali THEMIS.

Il-konkors itemm nhar il-Ħamis 3 ta’ Diċembru biċ-ċerimonja tal-għeluq u tal-għoti tal-premjijiet, li tibda fil-11:00 CET, u li matulha ser jitħabbru r-rebbieħa ta’ THEMIS 2026.

Iċ-ċerimonji tal-ftuħ, tal-għeluq u tal-għoti tal-premjijiet ser jixxandru lkoll live u jistgħu jiġu segwiti minn:

Għal iktar informazzjoni dwar il-Konkors Themis, inkluż informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jikkompeti, żur is-sit internet tal-EJTN.