Informazzjoni dwar il-vaganzi ġudizzjarji
Taħt l-Artikolu 15 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tiltaqa’ b’mod permanenti.
Madankollu, matul is-sena kollha, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali josservaw perijodi ta’ vaganzi ġudizzjarji. Barra minn hekk, tliet darbiet fis-sena, ikun hemm perijodu ta’ ġimgħa li matulu ma tinżamm l-ebda seduta. Minkejja dan, il-Qrati, ir-Reġistri u d-dipartimenti amministrattivi jaħdmu bħas-soltu matul dawn il-perijodi, u xorta jistgħu jiġu skedati seduti jekk iċ-ċirkustanzi tal-każ jirrikjedu dan.
Peress li l-Qrati jinsabu fil-Lussemburgu, huma josservaw ukoll il-vaganzi pubbliċi legali tal-Lussemburgu.
Is-sena ġudizzjarja tibda f’Settembru u tintemm f’Awwissu.
Matul l-ewwel trimestru ta’ kull sena, il-Qorti tal-Ġustizzja tippubblika d-deċiżjoni tagħha dwar il-vaganzi uffiċjali tas-sena ġudizzjarja ta’ wara f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2025/2026
Għas-sena ġudizzjarja 2025/2026, ma għandhomx jinżammu seduti matul dawn il-perijodi:
|
- Qaddisin Kollha: |
03.11.2025 > 09.11.2025 |
|
- Milied: |
22.12.2025 > 11.01.2026 |
|
- Karnival: |
16.02.2026 > 22.02.2026 |
|
- Għid: |
30.03.2026 > 12.04.2026 |
|
- Pentekoste: |
25.05.2026 > 31.05.2026 |
|
- Sajf: |
16.07.2026 > 31.08.2026 |
2026/2027
Għas-sena ġudizzjarja 2026/2027, ma għandhomx jinżammu seduti matul dawn il-perijodi:
|
- Qaddisin Kollha: |
26.10.2026 > 01.11.2026 |
|
- Milied: |
21.12.2026 > 10.01.2027 |
|
- Karnival: |
08.02.2027 > 14.02.2027 |
|
- Għid: |
22.03.2027 > 04.04.2027 |
|
- Pentekoste: |
17.05.2027 > 23.05.2027 |
|
- Sajf: |
16.07.2027 > 31.08.2027 |
