Midja soċjali
Il-Qorti tal-Ġustizzja tuża l-kontijiet tal-midja soċjali fuq pjattaformi differenti sabiex tinforma liċ-ċittadini dwar xogħolha. Dawn il-kontijiet jikkondividu aġġornamenti għal deċiżjonijiet ewlenin u avvenimenti istituzzjonali, bħal udjenzi solenni u żjarat uffiċjali. Minħabba l-volum għoli ta’ kawżi deċiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja, mhux id-deċiżjonijiet kollha jiġu koperti mill-kontijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Il-kontijiet jiġu amministrati mid-Direttorat għall-Komunikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Interazzjoni mal-kontijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
Il-kummenti u l-messaġġi diretti lejn il-kontijiet tal-midja soċjali ma jikkostitwixxux “talbiet uffiċjali għal informazzjoni” mill-Qorti tal-Ġustizzja.
Sabiex titlob uffiċjalment informazzjoni, għandek tuża l-formola ta’ kuntatt.
Aħna nilqgħu dibattitu ċivili dwar il-kwistjonijiet imqajma mill-ħidma tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-kummenti li ma jkunux relatati mal-post jew li jkunu offensivi jitħassru. Jekk jogħġbok innota li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tidħol f’dibattitu dwar is-sentenzi tagħha fuq dawn il-kontijiet.
Politika dwar min issegwi l-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Qorti tal-Ġustizzja ma ssegwix awtomatikament il-kontijiet tas-segwaċi tagħha.
Il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi kont partikolari ma jfissirx li l-Qorti tal-Ġustizzja tapprova jew issostni dan il-kont.
Kontijiet malizzjużi jew ta’ spam ma jibqgħux segwiti.
Disponibbiltà
Id-Direttorat għall-Komunikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jaġġorna u jikkontrolla l-kontijiet mit-Tnejn sal-Ġimgħa matul il-ħinijiet tax-xogħol.
