Drittijiet tal-awtur

Il-kontenut oriġinali ta’ dan is-sit huwa protett mid-drittijiet tal-awtur li huma miżmuma mill-Unjoni Ewropea.

Il-kontenut editorjali u l-ġurisprudenza jistgħu jiġu rriprodotti bil-kundizzjoni li s-sors jiġi rrikonoxxut.

Ċertu kontenut, b’mod partikolari ritratti, jista’ jkun protett minn drittijiet tal-awtur li huma miżmuma minn terzi.

Ġurisprudenza

Tista’ tirriproduċi d-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jinsabu fid-database tal-ġurisprudenza.

Jekk jogħġbok innota li dawn id-dokumenti xi drabi jkun fihom xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur, pereżempju stampi ta’ trade marks jew xogħlijiet tal-arti. Sabiex tuża kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur li ma jkunx miżmum mill-Unjoni Ewropea, għandek tapplika għal awtorizzazzjoni direttament mid-detenturi tad-drittijiet.

Kontenut editorjali

Tista’ tirriproduċi l-kontenut editorjali disponibbli f’dan is-sit. Jekk tagħmel dan, għandek tirrikonoxxi s-sors, jiġifieri “Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”. Ma għandekx tiżnatura t-tifsira oriġinali jew il-messaġġ tal-kontenut. Għandek ukoll tindika l-bidliet li tkun għamilt.

Ritratti

Ir-ritratti fit-taqsima Spazju ddedikat għall-Midja tas-sit internet jistgħu jiġu rriprodotti, fl-intier tagħhom u mingħajr ebda tibdil, bl-eċċezzjonijiet imsemmija hawn taħt. Meta tagħmel dan għandek issemmi d-detentur tad-drittijiet tal-awtur, © L‑Unjoni Ewropea u l-isem tal-fotografu kif indikat għal kull ritratt.

Ir-ritratti tal-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rriprodotti fis-sit u x-xogħol tal-arti fir-ritratti li jinsabu fil-paġna “Xogħlijiet ta’ arti tal-Qorti tal-Ġustizzja” jistgħu jkunu suġġetti għad-drittijiet tal-awtur li ma jkunux miżmuma mill-Unjoni Ewropea. Sabiex tuża dawn ir-ritratti għandek titlob l-awtorizzazzjoni direttament mid-detenturi tad-drittijiet.

Il-perit ta’ dan il-bini huwa l-arkitett Dominique Perrault.