Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD)

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) jiżgura li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tikkonforma ruħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data fl-attivitajiet mhux ġudizzjarji kollha tagħha. Dan jinkludi r-Regolament (UE) 2018/1725, li jirregola l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni. L-UPD jagħti pariri wkoll lid-dipartimenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar responsabbiltajiet relatati mal-protezzjoni tad-data.

L-UPD jopera b’mod indipendenti meta jwettaq l-attivitajiet tiegħu.

Għal iktar informazzjoni dwar kif id-data personali tiġi pproċessata fl-attivitajiet differenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, ara l-paġna tagħna dwar il-protezzjoni tad-data.

Reġistru tal-attivitajiet ta’ pproċessar

L-UPD iżomm ir-reġistru ċentrali tal-attivitajiet ta’ pproċessar tad-data tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Ir-reġistru ċentrali tal-attivitajiet ta’ pproċessar huwa disponibbli għall-pubbliku.

Ikkuntattja l-UPD

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif id-data personali tiegħek tiġi pproċessata fil-kuntest tal-attivitajiet mhux ġudizzjarji tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek ta’ protezzjoni tad-data, tista’ tikkuntattja lill-UPD billi tuża l-formola ta’ kuntatt tagħna.

Ara wkoll