Direttorat għall-Bini u għas-Sigurtà
Id-Direttorat għall-Bini u għas-Sigurtà jamministra l-bini u l-uffiċċji amministrattivi kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa jieħu ħsieb ir-rinnovazzjoni tal-bini u jamministra u jiżgura l-manutenzjoni tal-patrimonju kollu. Huwa responsabbli wkoll għall-prevenzjoni ta’ nirien, għas-saħħa u għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u għall-protezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Fil-qafas tal-politika EMAS tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-Direttorat għall-Bini u għas-Sigurtà jimplimenta u jaġġorna l-għanijiet ambjentali tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Id-Direttorat għall-Bini u għas-Sigurtà jipprovdi lill-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja, lill-membri tal-persunal, lill-partijiet involuti f’kawża u lill-viżitaturi, ambjent ta’ xogħol professjonali u organizzat tajjeb. Dan isostni kemm l-attivitajiet ġudizzjarji kif ukoll il-funzjonament tajjeb tal-Qorti tal-Ġustizzja kollha kemm hi. Il-kompiti tiegħu jinkludu
- provvista lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ marixxalli matul is-seduti
- tagging u traskrizzjoni tar-reġistrazzjoni awdjo tas-seduti
- twassil ta’ dokumenti fi ħdan l-Istituzzjoni u esternament
- ħruġ u riċezzjoni ta’ ittri rreġistrati
- provvista ta’ mobbli, togi, ta’ kartolerija u ta’ tagħmir tekniku
- amministrazzjoni ta’ ristoranti u ta’ kafetteriji
- amministrazzjoni tal-assi u tal-loġistika
- manutenzjoni u rinnovazzjoni tal-bini
Id-Direttorat huwa maqsum f’ħames diviżjonijiet, li jieħdu ħsieb
- xogħlijiet ġodda
- amministrazzjoni tal-bini
- sigurtà
- xiri u inventarju
- servizzi ġenerali u vetturi
Għal iktar informazzjoni dwar il-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja, ara l-paġni tagħna dwar il-bini.
