Direttorat għall-Baġit u għall-Affarijiet Finanzjarji
Id-Direttorat għall-Baġit u għall-Affarijiet Finanzjarji huwa organizzat f’żewġ diviżjonijiet responsabbli għall-assistenza finanzjarja, għall-amministrazzjoni tal-baġit, għall-verifika u għall-kontabbiltà.
Kull sena, id-Direttorat jabbozza l-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja, jinnegozjah mal-awtorità tal-baġit u jieħu ħsieb l-implimentazzjoni tiegħu b’mod regolari. Huwa jiżgura ż-żamma tal-kontabbiltà u jfassal ir-rapport annwali dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja. Id-Direttorat jikkoordina wkoll ir-rapport annwali ta’ attivitajiet tal-Uffiċjal Awtorizzanti (ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja).
Barra minn hekk, id-Direttorat jamministra l-koordinazzjoni tal-kuntatti mal-Qorti tal-Awdituri għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-proċedura annwali ta' approvazzjoni, id-Dikjarazzjoni ta’ Aċċertament annwali (SoA) u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ approvazzjoni.
It-tabelli ta’ hawn taħt jagħtu ħarsa ġenerali lejn il-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dawn l-aħħar 10 snin u t-tqassim tan-nefqa tagħha.

Baġit 2024- Allokazzjoni tal-ispejjeż:

Għal iktar informazzjoni dwar il-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja, ara l-paġna Baġit online fuq EUR-Lex.
Id-Direttorat huwa responsabbli għall-kontabbiltà ġenerali u għall-amministrazzjoni finanzjarja. Dawn jinkludu ż-żamma tal-kontijiet, it-tħejjija tal-kontijiet annwali tal-Istituzzjoni, u l-ipproċessar tal-pagamenti, l-irkupru tad-djun u r-reġistrazzjoni tad-dħul. Id-Direttorat jikkoordina wkoll l-introduzzjoni u l-aġġornament tas-sistemi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni għall-amministrazzjoni finanzjarja u baġitarja. Huwa ta’ spiss tagħti pariri lil dipartimenti oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar kwistjonijiet baġitarji u finanzjarji.
Id-Direttorat huwa responsabbli wkoll għall-verifika finanzjarja ċentralizzata, kemm ex ante kif ukoll ex post.
Barra minn hekk, id-Direttorat jieħu ħsieb l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Huwa jikkontrolla u, jekk ikun il-każ, jipproponi aġġornamenti għar-regolamenti finanzjarji interni tal-Qorti tal-Ġustizzja u għall-karti u għall-prinċipji ta’ kontroll intern relatati. Huwa jamministra wkoll is-subdelegazzjonijiet tas-setgħat tal-uffiċjal awtorizzanti.
Id-Direttorat għandu rwol importanti ta’ konsulenza u ta’ koordinazzjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, inkluż l-abbozzar ta’ mudelli ta’ dokumenti, l-assistenza lil dipartimenti oħra fl-amministrazzjoni tal-proċeduri u tal-kuntratti, u l-osservanza tal-obbligi ta’ pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
