Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni
Id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni, li jaġixxi taħt l-awtorità tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, isostni u jtejjeb il-prestazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja billi jamministra l-assi l-iktar prezzjużi tagħha, il-membri tal-persunal tagħha. Huwa jippromwovi l-iżvilupp professjonali u l-benesseri tagħhom f’ambjent tax-xogħol produttiv, konformi u etiku. Madwar 2 300 uffiċjal u membru ieħor tal-persunal jaħdmu fil-Qorti tal-Ġustizzja.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni jfassal l-estimi tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ladarba jiġu adottati, b’emendi jew mingħajrhom, mill-awtorità interna kompetenti, id-Direttorat Ġenerali jippreżentahom u jiddefendihom quddiem iż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Wara li din l-awtorità tal-baġit tkun approvat il-baġit, id-Direttorat Ġenerali jieħu ħsieb l-implimentazzjoni tiegħu. Il-baġit annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja jammonta għal iktar minn EUR 500 miljun fis-sena.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni huwa responsabbli wkoll għall-iżvilupp, għaż-żamma, għall-amministrazzjoni u għall-protezzjoni tal-bini u tal-installazzjonijiet tekniċi tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Għat-twettiq ta’ dawn il-kompiti, id-Direttorat Ġenerali huwa maqsum fi tliet direttorati:
