Awditur Intern

L-Awditur Intern huwa pożizzjoni indipendenti u oġġettiva fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa responsabbli għall-verifika tal-funzjonament xieraq tas-sistemi u tal-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-baġit. Huwa jipprovdi pariri, għarfien u pjanifikazzjoni dwar it-titjib tal-mod kif jitwettqu l-operazzjonijiet relatati mal-baġit u jippromwovi ġestjoni finanzjarja tajba.

Billi jevalwa b’mod sistematiku u metodiku l-proċessi tagħha ta’ ġestjoni tar-riskji, is-sistemi tagħha ta’ kontroll u l-metodi tagħha ta’ amministrazzjoni, l-Awditur Intern jagħmel proposti sabiex itejjeb l-effettività tagħhom u jgħin lill-Qorti tal-Ġustizzja tilħaq l-għanijiet tagħha.