Konsulent Legali għall-Affarijiet Amministrattivi

Il-Konsulent Legali għall-Affarijiet Amministrattivi jipprovdi pariri legali lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar kwistjonijiet relatati mar-rwol tagħha bħala korp amministrattiv.

Il-Konsulent Legali jirrappreżenta l-Istituzzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali f’tilwim mal-membri tal-persunal u fi proċeduri ġudizzjarji oħra.

Il-Konsulent Legali jiġi kkonsultat ukoll fuq il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u fuq il-kuntratti konklużi mill-Qorti tal-Ġustizzja.