Żjarat tal-Bibljoteka
Il-Bibljoteka tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-iktar bibljoteka tad-dritt tal-Unjoni estiża fl-Ewropa. Il-prattikanti tal-liġi, il-professuri universitarji u l-istudenti postuniversitarji jistgħu jżuru l-Bibljoteka fuq talba.
Ammissjoni fil-Bibljoteka
Il-bibljoteka hija miftuħa għall-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għall-prattikanti tal-liġi, għall-professuri universitarji u għall-istudenti postuniversitarji. L-istudenti li ma jkunux lestew l-istudji universitarji tagħhom ma jistgħux jaċċedu għall-Bibljoteka.
Jekk tixtieq tuża l-Bibljoteka, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċċju tal-informazzjoni tal-Bibljoteka, preferibbilment billi tagħżel l-opzjoni “bibljoteka” fil-formola ta’ kuntatt.
Konsultazzjoni ta’ xogħlijiet
Tista’ tikkonsulta materjal fis-sala tal-qari, li għandha kollezzjonijiet dwar id-dritt tal-Unjoni, id-dritt internazzjonali u d-dritt tal-Istati Membri tal-Unjoni. Tista’ titlob kwalunkwe xogħol ieħor fil-kollezzjoni tal-Bibljoteka mill-uffiċċju tal-informazzjoni. Il-lista sħiħa tal-materjal disponibbli tista’ tiġi kkonsultata fil-katalogu tal-bibljoteka.
Utenti esterni għall-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jagħmlu fotokopji bi ħlas.
Self
Il-membri tal-persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja biss jistgħu jissellfu materjal.
Aċċess għall-Bibljoteka
Ħinijiet tal-ftuħ
- Mit-Tnejn sal-Ħamis: 9:00 – 18:30
- Il-Ġimgħa: 9:00 – 17:00
Jekk jogħġbok innota li l-ħinijiet tal-ftuħ jiqsaru matul il-vaganzi ġudizzjarji.
Kuntatt
- Telefon – numru ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja: +352 4303 1
- Telefon – uffiċċju tal-informazzjoni tal-Bibljoteka: +352 4303 2861
- Indirizz: Il-Bibljoteka, Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, L‑2925 Il-Lussemburgu
Sabiex tikkuntattja lill-membri tal-persunal tal-Bibljoteka, jekk jogħġbok għażel l-opzjoni “bibljoteka” fil-formola ta’ kuntatt.
