Direttorat għall-Protokoll u għaż-Żjarat

Protokoll

It-tim responsabbli għall-Protokoll jorganizza u jamministra avvenimenti u attivitajiet li jinvolvu r-rappreżentanza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Membri tagħha. Dan jinkludi

  • udjenzi solenni
  • żjarat uffiċjali
  • żjarat ta’ studju mill-qrati supremi u kostituzzjonali nazzjonali, kif ukoll mill-qrati internazzjonali
  • il-laqgħa annwali tal-imħallfin nazzjonali

Seminars u Żjarat

Id-Diviżjoni għas-Seminars u għaż-Żjarat tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja billi tilqa’ gruppi ta’ viżitaturi u billi toffri programmi adattati għall-interessi tagħhom. Dan jinkludi

  • seminars għal membri tal‑ġudikatura nazzjonali
  • żjarat ta’ studju għal prattikanti tal-liġi jew studenti tal-liġi
  • sessjonijiet ta’ informazzjoni għal persuni li ma jkunux avukati
  • programmi edukattivi għal studenti ta’ skola postsekondarja
  • żjarat tax-xogħlijiet ta’ arti

Kull sena, il-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ madwar 4 000 prattikant tal-liġi u 13 000 viżitatur ieħor, prinċipalment studenti tal-liġi.

Għal iktar informazzjoni dwar jara fil-Qorti tal-Ġustizzja, ara l-paġna tagħna dwar Żjarat fil-Qorti tal-Ġustizzja.