Attendenza għal seduti pubbliċi
Is-seduti huma avvenimenti pubbliċi u miftuħa għal kulħadd. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, u biss meta jkun meħtieġ, seduta tista’ tkun magħluqa għall-pubbliku. Sabiex jaċċedu għall-Qorti tal-Ġustizzja, il-viżitaturi jridu jikkonformaw ruħhom mal-kontrolli ta’ sigurtà. Ma hijiex meħtieġa reġistrazzjoni minn qabel.
Is-seduti ġeneralment jinżammu nhar ta’ Tlieta, nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ħamis matul il-perijodi ta’ sessjoni ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja. Normalment dawn jibdew fid-9:30 u jvarjaw f’termini ta’ tul ta’ ħin.
Il-kalendarju ġudizzjarju tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprovdi dettalji tas-seduti, tas-sentenzi u tal-konklużjonijiet kollha skedati għall-ġimgħat li ġejjin.
Sabiex tattendi seduta, kemm tippreżenta ruħek il-Qorti tal-Ġustizzja qabel il-bidu tas-seduta.
Ma għandekx bżonn tirreġistra minn qabel. Madankollu, għandek tasal mill-inqas 15‑il minuta qabel is-seduta.
Il-viżitaturi huma mistiedna jużaw id-daħla ta’ Rue Charles Léon Hammes.
- Jekk jogħġbok ġib miegħek il-karta tal-identità, il-passaport jew il-liċenzja tas-sewqan tiegħek sabiex tingħata karta ta’ identifikazzjoni.
- Għandek tikkonforma ruħek mal-indikazzjonijiet ta’ sigurtà u mar-regoli ta’ mġiba tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Jekk jogħġbok innota li l-postijiet fl-Awli huwa limitati. Ma huwiex possibbli li jsiru riżervazzjonijiet.
Viżitaturi b’diżabbiltà
Il-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa aċċessibbli għal kulħadd, inkluż dawk b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa. Viżitaturi b’diżabbiltà huma mitluba jagħmlu użu mid-daħla fi Rue du Fort Nierdergrunewald.
Fil-każ ta’ bżonn ta’ assistenza waqt iż-żjara tiegħek fil-Qorti tal-Ġustizzja, jekk jogħġbok ikkuntattjana minn qabel.
Streaming
Jekk ma tistax tattendi fiżikament seduta fil-Lussemburgu, jekk jogħġbok innota li, f’ħafna każijiet, is-seduti issa qed jixxandru fis-sit Curia, b’mod differit. Dawn jibqgħu disponibbli wkoll fis-sit għal 30 jum wara s-seduta.
