Indikazzjonijiet ta’ sigurtà u regoli ta’ mġiba

Il-viżitaturi tal-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jridu jikkonformaw ruħhom ma’ ċerti indikazzjonijiet ta’ sigurtà u regoli ta’ mġiba.

Preżentazzjoni

  • Konformità mal-ħinijiet taż-żjara: Minħabba l-kontrolli ta’ sigurtà, il-viżitaturi għandhom isegwu strettament il-ħinijiet taż-żjara tagħhom.
  • Miżuri ta’ sigurtà: Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha miżuri stretti ta’ sigurtà fir-rigward tal-aċċess għall-bini. Il-viżitaturi jridu jikkonformaw ruħhom mal-istruzzjonijiet tal-persunal tas-sigurtà u tal-gwida ta’ akkoljenza. Il-basktijiet kollha jiġu vverifikati mal-wasla. Qabel il-wasla tagħhom, il-viżitaturi huma mistiedna jivverifikaw il-paġni tal-pulizija tal-Lussemburgu dwar armi pprojbiti.
  • Identifikazzjoni u aċċess:
    • Il-viżitaturi kollha jrid jilbsu karta ta’ identifikazzjoni viżibbli matul iż-żjara tagħhom, li tiġi pprovduta mill-persunal tas-sigurtà mal-wasla tagħhom.
    • Għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-viżitaturi jistgħu jaċċedu biss għaż-żoni inklużi fil-programm ta’ żjarat tagħhom.
  • Imġieba u lbies: Il-viżitaturi huma mistennija jġibu ruħhom b’mod diskret u dinjituż u jilbsu lbies xieraq matul iż-żjara tagħhom.
  • Imġieba fl-Awla:
    • Qabel il-bidu ta’ seduti pubbliċi l-viżitaturi huma mistennija jieħdu posthom, peress li l-ebda dħul jew ħruġ ma jkun permess matul is-seduta.
    • Il-viżitaturi għandhom jibqgħu siekta matul it-trattazzjoni orali.
    • Il-konsum ta’ ikel u xorb ma huwiex permess fl-Awli u fis-swali tal-laqgħat.
    • Ma huwiex permess li jittieħdu ritratti jew li jiġu rreġistrati d-dibattiti.
    • Sabiex jiġu evitati l-interferenzi mas-sistema ta’ interpretazzjoni, it-telefoni ċellulari għandhom ikunu mitfija.
  • Superviżjoni tal-grupp: Il-persuni responsabbli għall-grupp għandhom jieħdu ħsieb il-membri tal-grupp tagħhom matul iż-żjara tagħhom.
  • Tpejjipx: It-tipjip fil-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa pprojbit.

Dawn il-miżuri jiżguraw is-sigurtà u ambjent rispettuż għall-viżitaturi u għall-membri tal-persunal kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja.