Parteċipazzjoni f’seduti bħala grupp

Parteċipazzjoni f’seduta bħala grupp ta’ viżitaturi

Bħala regola ġenerali, is-seduti jinżammu nhar ta’ Tlieta, nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ħamis matul il-perijodi ta’ sessjoni ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-gruppi interessati fl-inklużjoni ta’ seduta fiż-żjara tagħhom għandhom jivverifikaw minn qabel id-dati tal-perijodi ta’ sessjoni ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Id-Dipartiment taż-Żjarat tal-Qorti tal-Ġustizzja jiddeċiedi f’liema seduta jipparteċipaw il-viżitaturi. Dan jista’ jkun ibbażat fuq

  • l-interessi tal-grupp
  • il-postijiet fl-Awli
  • in-numru ta’ viżitaturi preżenti
  • il-lingwa tal-kawża

L-interpretazzjoni fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni hija pprovduta għall-gruppi li għalihom tkun ġiet ippreparata ż-żjara.

Is-seduti ġeneralment jibdew fid‑9:30 u t-tul tagħhom ivarja.

Matul is-seduta, l-viżitaturi kollha huma mitluba jikkonformaw ruħhom mal-indikazzjonijiet ta’ sigurtà u mar-regoli ta’ mġiba tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Okkażjonalment, is-seduti jistgħu jiġu annullati jew aġġornati. F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-Dipartiment taż-Żjarat jipproponi programm alternattiv.