Il-Gallerija
Il-Gallerija hija triq interna b’tul ta’ 310 metri, b’wisa’ ta’ 8 metri u b’għoli ta’ 9.85 metri, imsaqqfa bil-ħġieġ. Hija sservi bħala rabta arkitettonika sabiex tgħaqqad il-binjiet kollha fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u tippermetti aċċess mgħaġġel u faċli tul il-kumpless kollu.
Barra minn hekk, il-Gallerija tilqa’ fiha numru ta’ żoni soċjali, inkluż ħanut tal-gazzetti, kantin, il-Bibljoteka, is-swali fejn jintlaqgħu l-viżitaturi u s-swali fejn jinżammu l-laqgħat.
