Nils Wahl
Nils Wahl

Imwieled fl-1961; Master fil-liġi, duttur fil-liġi, Università ta' Stokkolma (1995), Professur assoċjat (għalliem) u inkarigat mill-Kattedra Jean Monnet tad-dritt Ewropew (1995), Professur tad-Dritt Ewropew, Università ta' Stokkolma (2001); Direttur Ġenerali ta' Fondazzjoni li taħdem fil-qasam tat-Taħriġ (1993-2004); President tal-Assoċjazzjoni Svediża Nätverket för europarättslig forskning (Assoċjazzjoni Svediża għall-istudji tad-dritt Komunitarju) (2001-2006); Membru tar-Rådet för konkurrensfrågor (Kunsill għall-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni, 2001-2006); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta' Ottubru 2006 sat-28 ta' Novembru 2012; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-28 ta' Novembru 2012 sas-6 ta' Frar 2019.