Il-ġnien tal-multilingwiżmu huwa miftuħ għall-pubbliku

Mid-9 ta’ Mejju 2023, il-ġnien tal-multilingwiżmu joffri lill-pubbliku spazju aħdar ġdid ta’ firxa ta’ 1.2 ettaru ħdejn it-torrijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu.

Huwa u jimxi fil-passaġġi tal-ġnien, qalb l-isteli tal-azzar u tal-għamara urbana, dak li jkun jiġi ssensibilizzat għall-multilingwiżmu, għall-valuri Ewropej u għad-diversità lingwistika tal-Unjoni Ewropea. Kabina tal-interpretazzjoni installata fil-ġnien isservi bħala sors ta’ informazzjoni dwar il-multilingwiżmu legali u l-professjonijiet tal-multilingwiżmu.

 

Il-ġnien tal-multilingwiżmu ġie inawgurat nhar it-Tlieta 9 ta’ Mejju 2023, fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-Ewropa u tal-multilingwiżmu u tal-Jum bibien miftuħa tal-Qorti tal-Ġustizzja.

 

Huwa miftuħ għall-pubbliku kuljum mis-07.00 sat-20.00 minn April sa Settembru u mit-08.00 sas-18.00 minn Ottubru sa Marzu.