
Il-Qorti tal-Ġustizzja ilha għal diversi snin issegwi politika ambjentali ambizzjuża, intiża li tissodisfa l-iktar standards eżiġenti fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli u tal-ħarsien tar-riżorsi naturali. Dan l-impenn ilu jintwera mill-2016 permezz tar-reġistrazzjoni tagħha fl-EMAS (Eco-Management and Audit Scheme). Din iċ-ċertifikazzjoni rregolata mill-Unjoni Ewropea tingħata lill-organizzazzjonijiet li jissodisfaw standards stretti fir-rigward tal-politiki ambjentali tagħhom, tal-isforzi tagħhom fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-metodi ta’ ħidma sostenibbli tagħhom.
Fl-2023, il-Qorti tal-Ġustizzja laħqet riżultati sodisfaċenti ħafna fir-rigward tal-indikaturi ambjentali kollha tagħha u l-2023 hija sena li minn issa ’l quddiem tista’ titqies li hija l-bażi ta’ riferiment ġdida f’termini ta’ rendiment ambjentali, wara l-kriżi sanitarja fis-snin 2020-2022.
L-indikaturi ambjentali għall-ilma, għall-iskart, għall-karti, għat-tisħin u għall-elettriku jikkorrispondu għal dawk tas-sena 2023. Il-bidliet jitkejlu meta mqabbla mal-2015, is-sena ta’ riferiment għall-iskema tal-EMAS.
B’mod iktar speċifiku, fir-rigward tal-konsum tal-enerġija, il-miżuri ta’ tnaqqis tal-konsum marbuta mal-gwerra fl-Ukraina ġew estiżi u l-Qorti tal-Ġustizzja reġgħet irreġistrat tnaqqis sinjifikattiv fil-konsum tagħha tal-elettriku u tat-tisħin. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja laħqet l-għanijiet ambizzjużi tagħha fil-qasam tal-konsum tal-karti. Fl-2023, l-użu tal-karti tal-uffiċċju (esklużi l-pubblikazzjonijiet fdati lil kuntratturi esterni) naqas b’55.2 % meta mqabbel mal-livell tiegħu qabel il-kriżi fl-2019, tendenza li kompliet bis-saħħa tal-bidliet fl-użanzi u bis-saħħa tat-tkomplija tad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi u tad-dokumenti.
Minkejja li l-attivitajiet tal-Qorti tal-Ġustizzja reġgħu bdew kompletament, inklużi ż-żjarat minn persuni esterni, ġiet ikkonstatata tendenza ta’ stabbilizzazzjoni fl-emissjonijiet ta’ CO2
L-ekwivalenti full-time (EFT) hija unità li tippermetti li titkejjel l-attività professjonali b’mod indipendenti mid-differenzi f’termini ta’ numru ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa għal kull membru tal-persunal minħabba d-diversi modi kif jiġi organizzat il-ħin tax-xogħol.

- It-titjib tar-riċiklaġġ tal-iskart u t-tnaqqis tal-plastik li jintuża darba biss
- Parteċipazzjoni fis-sistema ta’ roti self-service Vel’OH u sostenn għat-traġitti bir-rota u bil-ferrovija għall-ħaddiema transkonfinali. Installazzjoni ta’ postijiet għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi.
- Titjib fl-infrastrutturi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni, tal-klimatizzazzjoni u tad-dawl
- Tnaqqis tal-iskart “Uffiċċji u Ristorazzjoni” - 43.2 % kg/ETP
- Tnaqqis tal-konsum tal-ilma - 20 % m3/ETP
- page-s4.region-1.infographic-14.list-item-6
- Tnaqqis tal-konsum tal-elettriku - 28.7 % kWh/ETP
- Tnaqqis tal-konsum tal-enerġija għat-tisħin - 33.5 % kWh/ETP
- 3 466 m2 ta’ ċelloli fotovoltajċi għal produzzjoni ta’ 380 758 kWh ekwivalenti għall-bżonnijiet annwali ta’ 69 familja
- Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju - 30.2 % kg CO2/ETP