Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ilha għal diversi snin issegwi politika ambjentali ambizzjuża, intiża li tissodisfa l-iktar regoli eżiġenti fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli u tal-preżervazzjoni tal-ambjent.

Bħal kull sena, l-Istituzzjoni tagħti rendikont tal-evoluzzjoni tal-iktar indikaturi reċenti għad- dispożizzjoni tagħha, jiġifieri dawk tas-sena 2019. Min-naħa tagħha, is-sena 2020 ser tkun sena partikolari minħabba l-impatt tax-xogħol mid-dar b’mod iġġeneralizzat fuq l-impatt ambjentali tal-istituzzjoni. Din ser tiġi indirizzata fil-Panorama 2021.

It-tmexxija tal-proġetti immobiljari tal-istituzzjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ kuljum tal-mezzi u tal-għodda mqegħda għad-dispożizzjoni tagħha huma rregolati minn din ix-xewqa kostanti ta’ rispett tal-ambjent, kif tixhed il-kisba tar-reġistrazzjoni EMAS (Eco-Management and Audit Scheme) fl-2016.

Ir-reġistrazzjoni EMAS, maħluqa permezz ta’ regolament Ewropew u mogħtija lill- organizzazzjonijiet li jissodisfaw rekwiżiti stretti marbuta mal-politika ambjentali tagħhom u mal-isforzi tagħhom favur il-preżervazzjoni tal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, hija b’hekk rikonoxximent ekoloġiku qawwi tal-impenn ambjentali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal- prestazzjonijiet ambjentali għolja miksuba.

Fid-Dikjarazzjoni ambjentali annwali tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti bilanċ iddettaljat tal-prestazzjoni ambjentali u tal-proġetti ekoloġiċi attwali u futuri fi ħdan l-istituzzjoni.

Permezz ta’ formula ta’ taħriġ online, il-Qorti tal-Ġustizzja tindirizza ruħha lill-membri tal-persunal il-ġodda kollha sabiex tinformahom bl-aspetti ambjentali tax-xogħol ta’ kuljum tagħhom, billi tissuġġerixxi prattiki korretti mill-perspettiva informatika u tal-uffiċċju, tal-użu enerġetiku, tal-ilma u tat-trattament tal-iskart, kif ukoll iċ-ċaqliq tagħhom.

Fost l-azzjonijiet konkreti, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet għaliha nnifisha l-għan li, matul is-sena, twaqqaf kompletament l-użu ta’ fliexken tal-plastik li jintużaw darba biss fl-awli fejn jinżammu s-seduti, id-deliberazzjonijiet u l-laqgħat. F’Novembru 2020, hija waqqfet l-ordnijiet għal tali fliexken.

L-applikazzjoni “e-Curia” għall-iskambju tad-dokumenti ġudizzjarji bejn ir- rappreżentanti tal-partijiet u l-qrati tal-Unjoni għandha impatt ambjentali pożittiv. Bħala eżempju, li kieku l-paġni kollha tal-atti proċedurali mibgħuta lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti Ġenerali permezz ta’ e-Curia fl-2020 (iktar minn 1 300 000 paġna) kellhom jiġu ppreżentati fuq karta flimkien ma’ diversi kopji tagħhom, dan kien jiġġenera l-produzzjoni ta’ diversi tunnellati ta’ karti, li, barra minn hekk, kien ikollhom jinġarru fiżikament sal-Lussemburgu.

  • Ġbir tat-tappijiet magħmula mill-plastik artab
  • Tnaqqis fl-użu tal-plastik li jintuża darba biss
  • Żieda fil-postijiet allokati għar-roti
  • Parteċipazzjoni fil-ġimgħa Ewropea tal-mobbiltà: “lunchtime conference” dwar il-“mobbiltà sostenibbli” (permezz ta’ vidjokonferenza)
  • Ġbir ta’ skart organiku għall- produzzjoni tal-biogass
  • Tnaqqis fl-iskart “Uffiċċji u ristoranti”: -8.6% kg/ekwivalenti (fl-2019). L-ekwivalenti full-time (ETP) hija unità ta’ kejl li tippermetti li titkejjel l-attività professjonali b’mod indipendenti mid-differenzi f’termini ta’ numru ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa ta’ kull membru tal-persunal, minħabba arranġamenti differenti ta’ xogħol.
  • Tnaqqis fil-konsum tal-ilma: -5.5% / m3/ekwivalenti (fl-2019)
  • Tnaqqis fil-konsum ta’ karti: -17.6% kg/ ekwivalenti (fl-2019)
  • Tnaqqis fil-konsum tal-elettriku: -10.6% kWh/ ekwivalenti (fl-2019)
  • 2 958 m2 ta’ ċelloli fotovoltajċi għall-produzzjoni ta’ kważi 356 761 kWh (fl-2019), ekwivalenti għall-bżonnijiet annwali ta’ elettriku ta’ 65 familja
  • Tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju

L-ekwivalenti full-time (ETP) hija unità ta’ kejl li tippermetti li titkejjel l-attività professjonali b’mod indipendenti mid-differenzi f’termini ta’ numru ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa ta’ kull membru tal-persunal, minħabba arranġamenti differenti ta’ xogħol. L-indikaturi ambjentali għall-ilma, għall-iskart, għall-karta u għall-elettriku jikkorrispondu għal dawk tas-sena 2019. Il-varjazzjonijiet għandhom ċifra mqabbla mal-2015, is-sena ta’ riferiment.