A | Introduzzjoni mir-Reġistratur

Is-sena 2021 kienet, għad-dipartimenti tal-istituzzjoni, sena ta’ konsolidazzjoni tal-metodi l-ġodda implimentati fl-2020 sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u l-kwalità tas-servizz pubbliku tal-ġustizzja Ewropea, f’kuntest ikkaratterizzat mill-kontinwazzjoni tal-kriżi pandemika u mill-adattabbiltà li hija eżiġiet kemm fuq livell organizzattiv kif ukoll individwali.

Alfredo Calot Escobar

Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja


Ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarju Ġenerali tal-Istituzzjoni, imexxi d-dipartimenti amministrattivi taħt l-awtorità tal-President.


Is-sena 2021 kienet, għad-dipartimenti tal-istituzzjoni, sena ta’ konsolidazzjoni tal-metodi l-ġodda implimentati fl-2020 sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u l-kwalità tas-servizz pubbliku tal-ġustizzja Ewropea, f’kuntest ikkaratterizzat mill-kontinwazzjoni tal-kriżi pandemika u mill-adattabbiltà li hija eżiġiet kemm fuq livell organizzattiv kif ukoll individwali. Fost dawn il-kisbiet hemm b’mod partikolari l-iżmaterjalizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-flussi deċiżjonali, ir-responsabbilizzazzjoni ikbar tal-kollaboraturi u l-istabbiliment ta’ ekwilibriju ġdid bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja privata. Ir-riżultati notevoli tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, l-istess bħall-Premju għall-amministrazzjoni tajba tal-Ombudsman Ewropew mogħti lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-proġett “seduti mill-bogħod” fil-kategorija innovazzjoni/trasformazzjoni, huma għalhekk, għad-dipartimenti kollha, sors ta’ rikonoxximent u ta’ motivazzjoni sabiex titkompla t-triq f’din id-direzzjoni.

L-2021 kienet ukoll l-okkażjoni sabiex titwessa’ u titħaffef it-trasformazzjoni tal-funzjonament tad-dipartimenti, bil-ftuħ ta’ diversi proġetti strutturali għall-futur.

Fl-ewwel lok, dan jirrigwarda l-intensifikazzjoni tas-sostenn mogħti lill-qrati, li l-piż tax-xogħol tiegħu, b’mod partikolari dak tal-Qorti tal-Ġustizzja, jilħaq livelli mingħajr preċedent. Għalhekk, hemm proġetti għaddejjin bil-għan li jiġu żviluppati s-sistemi ta’ informazzjoni fil-qasam ġudizzjarju għall-finijiet ta’ riċerka u ta’ assistenza għar-redazzjoni u sabiex isaħħu s-sostenn dirett għall-attività ġudizzjarja offruta lill-uffiċċji tal-Membri tal-qrati. Qiegħda ssir ukoll riflessjoni sabiex jiġu eżaminati l-mezzi, b’mod partikolari tekniċi, li jippermettu li jitħaffef l-għarfien tal-kontenut tal-atti proċedurali.

L-istituzzjoni tista’ tibbaża ruħha fuq il-potenzjal offrut mill-għodod diġitali. L-eżempji ma humiex neqsin: diġitalizzazzjoni tal-flussi dokumentali u tal-proċessi deċiżjonali kemm amministrattivi (bil-finalizzazzjoni tal-proġett ta’ ġestjoni dokumentali HAN) kif ukoll ġudizzjarji (bil-proġett tas-sistema integrata ta’ ġestjoni tal-kawżi – SIGA –, li jimplika kollaborazzjoni stretta mad-dipartimenti kollha, ir-reġistri u l-uffiċċji tal-membri tal-qrati). Dawn iż-żewġ proġetti Ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarju Ġenerali tal-Istituzzjoni, imexxi d-dipartimenti amministrattivi taħt l-awtorità tal-President.jiftħu perspettivi importanti ta’ simplifikazzjoni ta’ proċessi, ta’ monitoraġġ tal-proċeduri, ta’ riċerka u ta’ assistenza fit-trattament tal-kawżi. Is-servizzi informatiċi jiżguraw, fl-istess ħin, sorveljanza teknoloġika u esperjenzata ta’diversi għodod teknoloġiċi avvanzati, kemm jekk jirrigwardaw għodod marbuta mal-ispazju ta’ xogħol jew mal-intelliġenza artifiċjali.

Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja ser tkompli tassumi b’mod sħiħ id-dedikazzjoni tagħha mal-multilingwiżmu, li jikkonsisti fil-garanzija tal-portata tal-kopertura lingwistika tiegħu u tal-kwalità tas-servizzi tiegħu ta’ traduzzjoni ġuridika u ta’ interpretazzjoni. Din hija kompetenza unika fid-dinja, li għandha tinżamm u tiġi żviluppata billi jiġu inkorporati l-potenzjalitajiet marbuta mal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari sabiex tiġi affaċċjata ż-żieda fil-volum tax-xogħol. Wara l-kunċett ta’ “multilingwiżmu”, hemm il-kapaċità tal-Qorti tal-Ġustizzja li tindirizza lilkull individwu u lil kull ċittadin fil-lingwa tiegħu. Dan huwa għalhekk kwistjoni ta’ aċċessibbiltà u ta’ leġittimità tal-ġustizzja tal-Unjoni, iżda wkoll ta’ preżervazzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Unjoni kollha kemm hi. Dan huwa s-sens tal-“approċċ multilingwistiku” li l-Qorti tal-Ġustizzja ilha ssegwi għal diversi snin, permezz ta’ numru ta’ azzjonijiet u ta’ avvenimenti li jenfasizzaw il-valur tal-multilingwiżmu u l-impenn tal-Qorti tal-Ġustizzja favuriha. Il-ġnien tal-multilingwiżmu, li x-xogħlijiet ta’ żvilupp tiegħu bdew din is-sena, ser ikun wieħed mill-espressjonijiet, permanenti u viżibbli, fost proġetti oħra fil-futur.

Fit-tielet lok, għandha terġa’ tiġi mqarrba l-Qorti tal-Ġustizzja lejn iċ-ċittadini, billi ssir iktar aċċessibbli u billi ssir magħrufa b’mod iktar wiesa’. Il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab, iktar minn qatt qabel, tieħu deċiżjonijiet li għandhom impatt politiku u soċjali fuq l-Istati Membri u ċ-ċittadini: politika ekonomika u monetarja, Stat tad-dritt, dritt għall-ażil, ġlieda kontra t-terroriżmu, drittijiet fundamentali... Il-portata tal-konsegwenzi ta’ dawn id-deċiżjonijiet, spiss kumplessi, titlob xogħol ta’ komunikazzjoni u ta’ spjegazzjoni sabiex iċ-ċittadini jitqiegħdu f’pożizzjoni li jifhmu u jevalwaw ir-rwol fundamentali tal-qrati tal-Unjoni. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, hemm żewġ proġetti innovattivi jistħoqqilhom li jiġu enfasizzati.

Proġett li bħalissa huwa għaddej għandu jippermetti li jiġi żgurat, b’mod sperimentali, il-webstreaming ta’ ċerti seduti tal-Awla Manja, li toffri dimensjoni mġedda tal-prinċipju ta’ pubbliku fis-seduta, skont il-mezzi teknoloġiċi kontemporanji. Kull student fid-dritt, ġurnalist, ġudikant nazzjonali jew ċittadin interessat jista’, minn fejn jirrisjedi, jassisti għas-seduti orali tal-Qorti tal-Ġustizzja mingħajr ma jkollu jivvjaġġa lejn il-Lussemburgu, u dan bil-lingwi kollha koperti mill-interpretazzjoni offruta waqt is-seduta. Din il-faċilità tikkostitwixxi tieqa miftuħa għad-dinja kollha dwar ir-realtà ta’ kuljum tal-attività ġudizzjarja tagħha.

Barra minn hekk, il-proġett ta’ żjarat mill-bogħod – li l-fażi sperimentali tagħha nbdiet fl-2021 bi klassijiet tal-iskejjel ta’ diversi pajjiżi tal-Ewropa – ser jippermetti li tiġi ddiversifikata l-offerta lill-viżitaturi: il-parti l-kbira taċ-ċittadini Ewropej li ma jistgħux jivvjaġġaw lejn il-Lussemburgu jkunu jistgħu jżuru l-Qorti tal-Ġustizzja f’kundizzjonijiet li jkunu kważi bħal dawk proposti lill-viżitaturi li jkunu preżenti. Din l-innovazzjoni tneħħi r-restrizzjonijiet marbuta mad-distanza ġeografika u mal-perċezzjoni ta’ inaċċessibbiltà li tista’ toħloq il-Qorti tal-Ġustizzja ma’ ċerti udjenzi. Permezz tat-teknoloġiji l-ġodda, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ finalment tmur virtwalment għand iċ-ċittadini kollha tal-Istati Membri.

Fir-raba’ u l-aħħar lok, dawn il-proġetti futuri ser ikunu akkumpanjati minn ġestjoni ta’ persuni ambizzjużi, imqiegħda fiċ-ċentru tal-politika tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tar-riżorsi umani. L-organizzazzjonijiet, privati jew pubbliċi, nazzjonali jew Ewropej, ifittxu li jirrispondu għall-kuntest ġdid ikkaratterizzat mill-iżvilupp tax-xogħol mid-dar, ix-xewqa tal-kollaboraturi għal awtonomija ikbar u l-aspettattivi tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ. Sabiex twettaq sew il-proġetti importanti li hija stabbilixxiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel parti minn dan il-moviment sabiex tkun tista’, bħal sal-lum, tibbaża ruħha fuq kollaboraturi ddedikati u kapaċi. Dan jeħtieġ approċċ globali għall-ġestjoni tar-riżorsi umani, li jvarja mill-metodi ta’ reklutaġġ għall-preparazzjoni għall-irtirar, billi jgħaddi bl-iżvilupp tal-kompetenzi permezz tat-taħriġ inizjali u mbagħad kontinwu, il-job-shadowing u l-mentorat, mingħajr ma jinsa l-ġestjoni tal-karriera u l-perspettivi ta’ mobbiltà intra u interistituzzjonali. Sabiex tkompli tindirizza l-eċċellenza, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha toħloq kundizzjonijiet tax-xogħol stimulanti u dinamiċi. Dan jinkludi proċess fundamentali li għandu jikkostitwixxi t-tila bl-isfond permanenti tad-direzzjonijiet meħuda fil-kuntest tal-amministrazzjoni tad-dipartimenti: l-integrazzjoni, fil-ħajja kollha tal-istituzzjoni, tal-kwistjonijiet marbuta mad-diversità u l-ink

Nistennikom is-sena d-dieħla sabiex nagħmel bilanċ tas-sena 2022, taħt il-marka tas-70 anniversarju tal-Qorti tal-Ġustizzja, dekana tal-istituzzjonijiet tal-Unjon

Alfredo Calot Escobar

Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja

ĦARSA LEJN: EUnited in Riga: djalogu ġudizzjarju eċċezzjonali għal Ewropa unita

Testimonjanza ta’ M. Inguss Kalniņš, ex konsulent fil-Presidenza tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Latvja

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Unjoni Ewropea, imħallfin li jirrappreżentaw il-qrati kostituzzjonali u l-ġurisdizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni u l-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ltaqgħu sabiex jiddiskutu tradizzjonijiet legali komuni tal-Unjoni u l-mod kif jiġu kkonċiljati mat-tradizzjonijiet kostituzzjonali u mal-identitajiet nazzjonali tal-Istati Membri. Il-konferenza kienet intitolata “UEniti fid-diversità: bejn tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni u identitajiet nazzjonali”. Hija ġiet organizzata mil-Latvijas Republikas Satversmes tiesa (il-Qorti Kostituzzjonali tal-Latvja) u l-Qorti tal-Ġustizzja u saret fit-2 u fit-3 ta’ Settembru 2021 f’Riga, fil-Latvja. L-idea ta’ konferenza komuni li tiftaħ djalogu bejn il-qrati kostituzzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja ħarġet fl 2019 minn Ineta Ziemele, li dak iż-żmien kienet il-Presidenta tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Latvja, u ġiet sostnuta b’mod sħiħ mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, Koen Lenaerts. Kien hemm bżonn sentejn sabiex din issir realtà, b’mod partikolari minħabba l-ostakoli minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

L-istruttura partikolari tal-konferenza, kif ukoll l-okkażjoni li jiltaqgħu finalment personalment, kienu tajbin ħafna u taw dinamika li biha l-avveniment irnexxa, kemm bħala organizzazzjoni kif ukoll fuq is-sustanza. Il-qrati kollha preżenti pparteċipaw b’mod attiv f’dibattiti miftuħa u ħielsa, b’interventi eċċellenti u konklużjonijiet li ġew ippubblikati f’ġabra.

Li jintlaħaq ftehim komuni dwar il-ħtieġa li jinbeda tali djalogu u li dan jiġi segwit fil-futur huwa notevoli fih innifsu.

Il-mezzi ta’ informazzjoni nazzjonali u internazzjonali u l-mezzi tax-xandir soċjali (#RigaJusticeConference) koprew l-avveniment b'mod estensiv. Barra minn hekk, il-Qorti Kostituzzjonali tal-Latvja nediet l-ewwel episodju tad-dipartiment awdjo tagħha fuq talba intitolata “Tversme” ma’ Koen Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’talba sabiex jenfasizza l-importanza tad-djalogu.

ĦARSA LEJN: Il-Forum tal-membri tal-ġudikatura, mument uniku ta’ laqgħa u skambji

Xhieda ta’ María José Hernández Vitoria, President tal-Kamra Soċjali tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Aragón

Kuntenta ħafna li għandi l-opportunità naqsam l-esperjenza tiegħi tal-Forum tal-membri tal-ġudikatura Ewropej li sar fil-Lussemburgu mill-20 sat-22 ta’ Novembru 2021. Il-programm tal-Forum kien jinkludi sessjonijiet ta’ xogħol b’temi differenti ħafna, u ser nitkellem għalhekk fuq is-sessjoni li pparteċipajt personalment fiha.

Ċerti kwistjonijiet imqajma mill-maġistrati intervenjenti u diskussi mill-parteċipanti jikkostitwixxu kontribuzzjoni interessanti ħafna fl-eżerċizzju tal-attività ġudizzjarja. Nixtieq, b’mod partikolari, insemmi r-riflessjoni li żviluppat madwar id-dritt għal rimedju effettiv u ta’ aċċess għal qorti imparzjali, ir-rwol li għandu l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-portata tiegħu mill-perspettiva, b’mod partikolari, tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u għal qorti imparzjali. Il-Forum tana perspettiva kompleta fuq l-evoluzzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja madwar dan il-preċett u fuq il-bażi legali li hija użat għall-ġurisprudenza l-iktar reċenti tagħha, mill-2018 (ara C‑64/16, Associação Sindical dos Juízes Portugueses). F’dawn is-sentenzi, diversi normi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiġu kkombinati mal-Artikolu 47 tal-Karta: bħaldik li tgħid li “L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rimedji meħtieġa sabiex jassiguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ta’ l-Unjoni” (Artikolu 19(2)), dik li tistabbilixxi l-valuri tal-Unjoni, fosthom l-Istat tad-dritt (Artikolu 2), il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri (Artikolu 4.3), kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (Artikoli 6 u 13). Aħna kollha, ġudikanti Ewropej, Imħallfin impenjati fil-kostruzzjoni tad-dritt tal-Unjoni, stajna nisiltu konklużjonijiet utli sabiex jiġu applikati, fuq livell nazzjonali, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47 tal-Karta.

Punt ieħor diskuss, b’mod approfondit fil-kuntest tal-Forum 2021, kien dak tal-kunċett ta’ indipendenza ġudizzjarja, kwistjoni li tolqot mhux biss l-organizzazzjoni ġudizzjarja ta’ kull Stat Membru tal-Unjoni, iżda wkoll kull membru tas-setgħa ġudizzjarja ta’ dawn l-Istati. B’hekk, tfakkar li ma huwiex biżżejjed li korp ġudizzjarju jiġi stabbilit bil-liġi, iżda għandu wkoll jiżgura li ma jkollux rabtiet organiċi jew funzjonali mas-setgħat li għandu jissorvelja. Bħala eżempju, studjajna l-każ tal-mandat ta’ arrest Ewropew il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li l-prinċipji ta’ rikonoxximent reċiproku u ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri jistgħu jiġu limitati f’ċirkustanzi eċċezzjonali, u dan jimplika li l-ewwel nett għandu jiġi eżaminat jekk Stat li jeħtieġ il-konsenja ta’ persuna oħra jippreżentax sistema ġudizzjarja li tkun inadempjenti meta mqabbla mal-prinċipju ta’ indipendenza ġudizzjarja. Din id-diskussjoni, li kienet utli ħafna, għaliex kienet prattika ħafna, ser tippermetti lill-ġudikanti nazzjonali jaffaċċjaw id-dubji li jqumu dejjem iktar frekwentement fit-teħid tad-deċiżjoni.

Il-kollegi tiegħi u jien iddiskutejna wkoll il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-professjoni tagħna billi invokajna d-dmirijiet ta’ imparzjalità tagħna, iżda wkoll id-dritt tagħna li nibbenefikaw minn protezzjoni kontra l-pressjonijiet esterni. Ikkummentajna fuq numru ta’ miżuri leġiżlattivi ta’ diversi Stati Membri li jaffettwaw il-karriera ġudizzjarja, bħall-proċeduri dixxiplinari jew ir-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-imħallfin, li ma jissodisfawx il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni.

Il-parteċipazzjoni tiegħi fil-Forum 2021 kienet rikka ħafna. Il-konoxxenzi li jiena ksibt hawnhekk jgħinu biex nikkjarifika kunċetti ġuridiċi differenti utli ħafna fix-xogħol ta’ kuljum tiegħi, fejn nosserva l-piż dejjem jikber tal-kontribuzzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja. Tlaqt mill-Forum 2021 b’sensazzjoni kbira ta’ sodisfazzjon, dik li tkun membru ta’ Unjoni Ewropea li tipprovdilna regoli ġuridiċi li jippermettulna l-koeżistenza paċifika ta’ persuni u ta’ pajjiżi diversi u dik li stajt nara l-istituzzjoni ġudizzjarja tagħha li, permezz tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tal-liġi, tgħinna nibnu l-idea ta’ ċittadinanza tal-Unjoni.

Fl-aħħar nett, permezz tal-Forum 2021, jiena kelli l-opportunità li nattendi seduta għas-sottomissjonijiet orali quddiem l-Awla Manja f’kawża li tittratta proprju l-konformità mad-dritt tal-Unjoni tar-regoli tal-proċedura dixxiplinari, li tirrigwarda l-ġudikanti, adottati minn Stat Membru. Għall-parteċipanti kollha tal-Forum 2021, dan l-eżerċizzju prattiku tad-dritt tal-Unjoni ppermetta li jiġi skopert il-funzjonament tal-ġustizzja tal-Unjoni b’mod partikolari permezz tal-mistoqsijiet magħmula lir-rappreżentanti tal-partijiet mill-membri tal-Awla Manja. Il-mistoqsijiet tagħhom urew il-proċess ta’ raġunament legali li wieħed għandu jsegwi sabiex isolvi problema ta’ natura daqshekk kumplessa.

Il-Forum 2021, permezz ta’ organizzazzjoni eċċellenti, kien mument ta’ skambju u ta’ laqgħat bejn professjonisti tal-ġustizzja u stajt nosserva, f’din l-edizzjoni, qrubija kbira u ħbiberija kbira bejn il-parteċipanti u l-Membri tal-istituzzjoni li kienu involuti ħafna fis-suċċess ta’ dan l-avveniment.

ĦARSA LEJN: Ir-relazzjoni mal-pubbliku

Id-djalogu mal-professjonisti tad-dritt u mal-pubbliku ġenerali kompla fl-2021. Filwaqt li nżammu l-metodi tradizzjonali, dan id-djalogu intensifika fuq livell virtwali, b’mod partikolari bis-saħħa tas-servizzi ta’ videokonferenza u tal-pjattaformi tan-networks soċjali.

page-s3.sub-3.region-2.graph-1.paragraph-1

page-s3.sub-3.region-2.graph-1.paragraph-2

page-s3.sub-3.region-2.graph-1.paragraph-3

Il-kriżi sanitarja li kkaratterizzat is-snin 2020 u 2021, minħabba d-diffikultajiet li hija ħolqot għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari fil-qasam tal-ivvjaġġar, wasslet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex issaħħaħ il-miżuri meħuda fil-konfront tal-pubbliku. Il-kriżi b’hekk kienet element determinanti għall-implimentazzjoni ta’ forom ġodda ta’ komunikazzjoni u ħaffet it-tlestija ta’ proġetti implimentati qabel ma seħħet il-pandemija. Il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi politika ta’ ftuħ fir-rigward taċ-ċittadini sabiex ikollhom għarfien aħjar tad-drittijiet tagħhom permezz tal-ġurisprudenza taż-żewġ qrati tal-istituzzjoni. Din il-politika intensifikat kemm permezz tal-użu tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tradizzjonali kif ukoll bit-twaqqif ta’ offerti ġodda intiżi għall-pubbliku.

Is-seduti li jsiru mill-bogħod, implimentati fl-2020 sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku Ewropew tal-ġustizzja, huma innovazzjoni li swiet għall-istituzzjoni, fl-2021, il-Premju għall-amministrazzjoni tajba tal-Ombudsman Ewropew, mogħti għall-eċċellenza fl-innovazzjoni jew fit-trasformazzjoni. Fl-2021, il-videokonferenza ntużat għal 131 seduta għas-sottomissjonijiet orali quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.Dawn is-seduti mill-bogħod fetħu t-triq għar-ritrażmissjoni, fi żmien qasir, ta’ seduti għas-sottomissjonijiet orali.

L-istqarrijiet għall-istampa, intiżi li jinformaw f’ħin reali lill-ġurnalisti u lill-operaturi fil-qasamtad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali sa minn meta jingħataw, sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf, żdiedu ħafna fin-numru fl-2021. Ġew ippubblikati 231 stqarrija għall-istampa fl-2021, jew, meta tieħu inkunsiderazzjoni l-verżjonijiet lingwistiċi kollha disponibbli fis-sit u mibgħut lill-korrispondenti, 3 206 stqarrija għall-istampa.

page-s3.sub-3.region-2.graph-2.paragraph-1

page-s3.sub-3.region-2.graph-2.paragraph-2

page-s3.sub-3.region-2.graph-2.paragraph-3

page-s3.sub-3.region-2.graph-2.paragraph-4

L-uffiċjali stampa tad-Direttorat tal-Komunikazzjoni ddedikaw l-isforzi u l-kompetenzi tagħhom sabiex jispjegaw is-sentenzi, id-digrieti u l-konklużjonijiet, iżda wkoll il-kawżi pendenti, filwaqt li mmultiplikaw il-kuntatti mal-ġurnalisti tal-Istati Membri sabiex jipprovdulhom informazzjoni diretta, jiġbdulhom l-attenzjoni għall-każijiet importanti u jispjegawlhom is-soluzzjoni mogħtija mill-qrati għall-kwistjonijiet ta’ dritt imqajma fil-kawżi. B’hekk, l-uffiċjali stampa xandru 601 ittra informattiva, prinċipalment għall-attenzjoni tal-ġurnalisti, iżda wkoll lill-professjonisti tad-dritt, u bagħtu 630 “Info-rapidi” dwar kawżi li ma kinux is-suġġett ta’ stqarrijiet għall-istampa. Barra minn hekk, fir-rigward tat-talbiet għal informazzjoni partikolari dwar il-funzjonament tal-istituzzjoni jew tal-kawżi, ġew ipproċessati u ngħatat risposta lit-12 538 messaġġ elettroniku u lis-7 182 telefonata li ġew irċevuti fl-2021 (fil-lingwa ta’ kull applikant) u, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, il-Qorti tal-Ġustizzja laqgħet 110 talba għal dokumenti amministrattivi u għall-arkivji storiċi.

L-istituzzjoni, preżenti sa mill-2013 fuq Twitter, kompliet tuża din il-pjattaforma sabiex tinforma lill-pubbliku inġenerali biż-żewġ kontijiet tagħha, wieħed bil-Franċiż, l-ieħor bl-Ingliż, li jammonta għal 127 700 segwaċi. Iddedikati essenzjalment għas-sentenzi l-iktar importanti mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Qorti Ġenerali u għall-avvenimenti prinċipali tal-ħajja tal-istituzzjoni, intbagħtu 962 tweet. Preżenti wkoll fuq il-pjattaforma professjonali LinkedIn, l-istituzzjoni xandret 365 messaġġ għall-attenzjoni tal-132 000 segwaċi tagħha.

Il-pubbliku tal-professjonisti tad-dritt, min-naħa tiegħu, għandu aċċess għad-‘“dokumenti tematiċi”’, kif ukoll għall-‘“Bulettin tal-ġurisprudenza ta’’ kull xahar”, kumpilazzjoni tas-sunti tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali li jistħoqqilhom, fid-dawl tal-kwistjonijiet ta’ liġi ttrattati, attenzjoni partikolari. Dawn l-istrumenti, proposti mid-Direttorat tar-Riċerka u tad-dokumentazzjoni, jippermettu lill-professjonisti tad-dritt jibbenefikaw b’daqqa t’għajn mill-attwalità ġurisprudenzjali ġenerali jew speċifika ta’ qasam partikolari tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

L-għodod teknoloġiċi l-iktar effiċjenti ġew ittestjati u użati mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jintlaħaq pubbliku li jkun l-iktar wiesa’ possibbli. Kemm tkun il-pubblikazzjoni tar-Rapport annwali,il-Panorama tas-sena fil-format HTML , it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ għodod ġodda ta’ konsultazzjoni ġodda mill-amministrazzjoni tal-Bibljoteka, il-preparazzjoni ta’ żjarat mill-bogħod tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-attenzjoni ta’ gruppi ta’ studenti, l-istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni mmultiplikat l-inizjattivi għall-pubbliku.

page-s3.sub-3.region-2.graph-3.paragraph-1

L-organizzazzjoni taż-żjarat hija attività importanti għall-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-politika ta’ ftuħ tagħha u ta’ diffużjoni tal-għarfien fir-rigward mhux biss tal-professjonisti legali u tal-istudenti tal-liġi, iżda wkoll fir-rigward taċ-ċittadini Ewropej. Il-kuntest sanitarju tal-2021, għalkemm inqas strett mill-2020, madankollu llimita ż-żjarat u l-akkoljenza ta’ viżitaturi. Madankollu, sa fejn huwa possibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja reġgħet fetħet il-bibien tagħha u rċeviet 1 843 viżitatur fil-bini tagħha. L-iżvilupp taż-żjarat mill-bogħod, skont l-iskema tradizzjonali maħsuba bħala ż-żjarat fil-presenza, kompla u ssaħħaħ peress li ġew organizzati 87 programm ta’ żjarat virtwali, li jippe rmettu li jintlaqgħu 3 210 persuna.