A | Ħarsa lura lejn is-sentenzi prinċipali tas-sena

Stat tad-dritt



Għalfejn teżisti l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?
Ara l-video fuq YouTube


Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tirreferi espressament għall-Istat tad-dritt, wieħed mill-valuri komuni għall-Istati Membri tal-Unjoni li fuqhom hija bbażata din tal-aħħar. Il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab, iktar u iktar ta’ spiss, tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-osservanza tal-istat tad-dritt mill-Istati Membri, kemm fil-kuntest ta’ rikorsi għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentati kontrihom mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll fil-kuntest ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-qrati nazzjonali. Il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha għalhekk teżamina jekk dan il-valur fundamentali jkunx qiegħed jiġi osservat fuq livell nazzjonali, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda s-setgħa ġudizzjarja u, b’mod iktar partikolari, fil-kuntest tal-proċess ta’ ħatra jew tar-reġim dixxiplinari tal-imħallfin.

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, peress li l-emendi suċċessivi tal-Liġi Pollakka dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura kellhom bħala effett li jħassru l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv tad-deċiżjonijiet ta’ dan il-Kunsill li jippreżenta lill-President tar-Repubblika kandidati għall-funzjonijiet ta’ Mħallef fil-Qorti Suprema, huma jistgħu jiksru d-dritt tal-Unjoni. Hija ppreċiżat li, fil-każ ta’ ksur ippruvat, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni jimponi fuq il-qorti nazzjonali li tħalli mhux applikati tali emendi.
    Sentenza A.B. et tat-2 ta’ Marzu 2021 (C‑824/18)

  • Assoċjazzjoni Maltija li għandha bħala għan il-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġustizzja u tal-istat tad-dritt ikkontestat quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili – Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali (L-Ewwel Awla tal-Qorti Ċivili, sedenti bħala qorti kostituzzjonali, Malta), il-proċedura ta’ ħatra tal-Imħallfin Maltin, kif irregolata mill-Kostituzzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ Stat Membru li jagħtu lill-Prim Ministru setgħa deċiżiva fil-ħatra tal-membri tal-ġudikatura, filwaqt li jipprevedu l-involviment ta’ korp indipendenti responsabbli għall-evalwazzjoni tal-kandidati u għal parir ma jmorrux kontra d-dritt tal-Unjoni.
    Sentenza Repubblika vs Il‑Prim Ministru tal-20 ta’ April 2021 (C‑896/19)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja tat deċiżjoni dwar sensiela ta’ riformi Rumeni dwar l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja, is-sistema dixxiplinari tal-membri tal-ġudikatura kif ukoll ir-responsabbiltà patrimonjali tal-Istat u r-responsabbiltà personali tal-imħallfin wara żball ġudizzjarju. Peress li qieset li dawn ir-riformi kienu ta’ natura li jiksru d-dritt tal-Unjoni fuq ċertu numru ta’ aspetti bħalma kienu l-ħolqien ta’ taqsima speċjalizzata tal-Uffiċċju tal-Prosekutur iddedikata għall-kawżi li jinvolvul-imħallfin, il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà personali tal-imħallfin kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet proċedurali tagħhom, hija fakkret li l-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, kif interpretata mill-Qorti Kostituzzjonali, li ċċaħħad lil qorti ta’ grad inferjuri mid-dritt li tħalli mhux applikata, min-naħa tagħha, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni.
    Sentenza Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România” et vs Inspecţia Judiciară et tat-18 ta’ Mejju 2021 (C‑83/19 et)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet ir-rikors tal-Ungerija kontra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li ta bidu għall-proċedura ta’ konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju, minn dan l-Istat Membru, tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Din il-proċedura tista’ twassal għas-sospensjoni ta’ ċerti drittijiet li jirriżultaw mis-sħubija tal-Istat Membru kkonċernat mal-Unjoni. B’applikazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu li jipprevedu li, għall-adozzjoni jew iċ-ċaħda ta’ test, huma biss il-voti “favur” u “kontra” li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (ħlief fil-każijiet fejn it-Trattati jipprevedu maġġoranza speċifika), il-Parlament ħa inkunsiderazzjoni biss, fil-kuntest tal-kalkolu tal-voti dwar ir-riżoluzzjoni inkwistjoni, il-voti favorevoli u sfavorevoli tal-Membri tiegħu u eskluda l-astensjonijiet. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, fil-kalkolu tal-voti espressi fl-okkażjoni tal-adozzjoni ta’ din ir-riżoluzzjoni, il-Parlament kien, ġustament, eskluda t-teħid inkunsiderazzjoni tal-astensjonijiet, kuntrarjament għal dak li sostniet l-Ungerija fir-rikors għal annullament tagħha.
    Sentenza L‑Ungerija vs Il‑Parlament tat-3 ta’ Ġunju 2021 (C‑650/18)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li s-sistema dixxiplinari applikabbli għall-imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) u għall-imħallfin tal-qrati ordinarji ma kinitx konformi mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni Ewropea kienet talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, permezz ta’ din is-sistema dixxiplinari l-ġdida u, b’mod partikolari, permezz tal-istabbiliment ta’ awla dixxiplinari ġdida fi ħdan il-Qorti Suprema, il-Polonja kienet kisret id-dritt tal-Unjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja laqgħet it-talbiet kollha tal-Kummissjoni: fid-dawl tal-kuntest globali tar-riformi maġġuri li ftit qabel kienu affettwaw is-setgħa ġudizzjarja Pollakka u l-elementi kollha madwar l-implimentazzjoni ta’ din l-awla l-ġdida, hija kkonstat b’mod partikolari li din ma kinitx toffri l-garanziji kollha ta’ imparzjalità u ta’ indipendenza u li ma kinitx protetta minn influwenzi diretti jew indiretti tas-setgħat leġiżlattivi u eżekuttivi Pollakki.
    Sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonjatal-15 ta’ Lulju 2021 (C‑791/19)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-trasferimenti mhux permessi ta’ mħallef lejn qorti oħra jew bejn żewġ awli tal-istess qorti jistgħu jippreġudikaw il-prinċipji ta’ irremovabbiltà u ta’ indipendenza tal-imħallfin. Barra minn hekk, id-digriet li permezz tiegħu qorti, li taqta’ fl-aħħar istanza u f’kulleġġ ġudikanti ta’ Mħallef uniku, tiċħad ir-rikors ta’ mħallef ittrasferit kontra r-rieda tiegħu, għandu jitqies li ma jkunx seħħ jekk il-ħatra ta’ dan l-imħallef uniku tkun saret bi ksur manifest tar-regoli fundamentali dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja kkonċernata
    Sentenza W.Ż. (Awla ta’ Stħarriġ Straordinarju u Affarijiet Pubbliċi tal-Qorti Suprema – Ħatra) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (C‑487/19)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-indipendenza, l-imparzjalità tal-imħallfin u l-preżunzjoni ta’ innoċenza jistgħu jiġu kompromessi mis-sistema attwalment fis-seħħ fil-Polonja, li jippermetti b’mod partikolari lill-Ministru tal-Ġustizzja jiddelega mħallfin fi qrati kriminali superjuri u li fi kwalunkwe mument itemm din id-delega mingħajr motivazzjoni. L-assenza ta’ kriterji għal dawn id-delegazzjonijiet joħloq riskju ta’ kontroll politiku tal-kontenut tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, iktar u iktar peress li l-Ministru jassumi wkoll ir-rwol ta’ prosekutur ġenerali.
    Sentenza Proċeduri kriminali kontra WB et tas-16 ta’ Novembru 2021 (C‑748/19 et)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ttrattat diversi kawżi li kienu parti mill-estensjoni tar-riformi tal-ġustizzja fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fir-Rumanija. Qamet il-kwistjoni dwar jekk l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza li tirriżulta minn diversi deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali Rumena dwar ir-regoli ta’ proċedura kriminali applikabbli fil-qasam tal-frodi u tal-korruzzjoni setgħetx tikser id-dritt tal-Unjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja affermat mill-ġdid li s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni teżiġi li l-qrati nazzjonali jkollhom is-setgħa li ma japplikawx deċiżjoni ta’ qorti kostituzzjonali li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, mingħajr ma tkun tista’ tiġi stabbilita r-responsabbiltà dixxiplinari tal-qrati nazzjonali. Issa, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali li twassal għall-annullament tas-sentenzi mogħtija minn kulleġġi ġudikanti li jkunu allegatament ikkostitwiti irregolarment, sa fejn dan l-annullament, flimkien mad-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-preskrizzjoni, joħloq riskju sistemiku ta’ impunità tal-fatti li jikkostitwixxu reati gravi ta’ frodi.
    Sentenza Euro Box Promotion et tal-21 ta’ Diċembru 2021 (C‑357/19 et)

  • F’kawża għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti Ungeriża, il-Qorti tal-Ġustizzja tat deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Ungeriża mad-Direttiva tal-Unjoni dwar id-dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali. Peress li l-Qorti Suprema tal-Ungerija ddeċidiet li din it-talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja kienet illegali, hija barra minn hekk affermat mill-ġdid li s-sistema ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja tipprekludi li qorti suprema nazzjonali tikkonstata l-illegalità ta’ talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti inferjuri. Barra minn hekk, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi proċeduri dixxiplinari mibdija kontra qorti nazzjonali talli tkun ressqet talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja: tali proċedura tista’ tiskoraġġixxi lill-qrati nazzjonali kollha milli jressqu talbiet għal deċiżjoni preliminari, li jikkomprometti l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni.
    Sentenza IStat-23 ta’ Novembru 2021 (C‑564/19)

Kompetizzjoni



Il-Qorti Ġenerali – Garanzija li l-istituzzjonijiet tal-UE josservaw il-liġi tal-Unjoni Ewropea
Ara l-video fuq YouTube

L-Unjoni Ewropea tapplika regoli għall-protezzjoni tal-kompetizzjoni ħielsa. Il-prattiki li jkollhom bħala għan jew riżultat tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern huma pprojbiti. B’mod iktar preċiż, id-dritt tal-Unjoni jipprojbixxi ċerti ftehimiet jew skambji ta’ informazzjoni bejn impriża u l-kompetituri tagħha li jista’ jkollhom tali għan jew effett, kif ukoll l-abbuż minn pożizzjoni dominanti, fuq ċertu suq, minn impriża. Fl-istess ħin, ir-Regolament fuq il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet huwa intiż li jevita li akkwist jew għaqda ta’ impriżi joħloq jew isaħħaħ pożizzjoni dominanti.

  • Il-Qorti Ġenerali kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa totali ta’ madwar EUR 254 miljun fuq diversi impriżi Ġappuniżi minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom, matul perijodi differenti bejn l-1998 u l-2012, f’akkordju fis-suq ta’ kondensaturi elettrolitiċi fl-aluminju u fit-tantali, komponenti użati kważi fil-prodotti elettroniċi kollha, bħall-kompjuters personali u t-tablets.
    Sentenzi NEC vs Il‑Kummissjoni ettad-29 ta’ Settembru 2021 (T‑341/18 et)

  • Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-kumpannija multinazzjonali tat-telekomunikazzjonijiet u ta’ teledistribuzzjoni, Altice Europe, kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li imponiet fuqha,fil-kuntest tal-akkwist ta’ PT Portugal, multa totali ta’ EUR 124.5 miljun. Il-Kummissjoni kienet qiegħda takkuża lil Altice Europe, minn naħa, li kisret l-obbligu ta’ komunikazzjoni tal-konċentrazzjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, li ma osservatx il-projbizzjoni milli twettaq il-konċentrazzjoni qabel il-komunikazzjoni tagħha lill-Kummissjoni u qabel l-awtorizzazzjoni tagħha minn din tal-aħħar. Madankollu, il-Qorti Ġenerali ordnat tnaqqis ta’ EUR 6.22 miljun mill-ammont tal-multa għall-parti dwar in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ komunikazzjoni tal-konċentrazzjoni.
    Sentenza Altice Europe vs Il‑Kummissjoni tat-22 ta’ Settembru 2021 (T‑425/18)

  • Il-Qorti Ġenerali kkonfermat id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jawtorizzaw il-konċentrazzjonijietmarbuta mal-akkwist, minn easyJet u minn Lufthansa, ta’ ċertu attiv tal-grupp Air Berlin. Hija ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-kumpannija tal-ajru Polskie Linie Lotnicze “LOT”, kompetitriċi taż-żewġ kumpanniji partijiet fil-konċentrazzjonijiet, filwaqt li enfasizzat, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni setgħet tidentifika s-swieq rilevanti għal kull pari ta’ bliet minn jew lejn ajruporti li magħhom kienu marbuta s-slottijiet fl-iskeda ta’ Air Berlin minflok ma teżamina individwalment kull wieħed mis-swieq li fihom Air Berlin u, rispettivament, Lufthansa u easyJet, kienu preżenti.
    Sentenzi Polskie Linie Lotnicze “LOT” vs Il-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2021 (T‑240/18 u T‑296/18)

  • Il-Qorti Ġenerali kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata abbuż ta’ pożizzjoni dominanti ta’ Google li kienet iffavorixxiet il-komparatur tagħha ta’ prodotti fuq il-paġni ta’ riżultati ġenerali tagħha permezz ta’ preżentazzjoni u pożizzjoni pprivileġġati meta mqabbla mar-riżultati tal-komparaturi kompetituri. Il-Qorti Ġenerali kkonfermat ukoll l-ammont tal-multa, iffissat mill-Kummissjoni għal EUR 2.42 biljun, li EUR 523.5 miljun minnhom ġew imposti fuq Google in solidum mal-kumpannija omm tagħha, Alphabet.
    Sentenza Google u Alphabet vs Il‑Kummissjoni (Google Shopping) tal-10 ta’ Novembru 2021 (T‑612/17)

  • Bejn l-1997 u l-1999 il-kumpannija Sumal SL akkwistat żewġ trakkijiet mingħand Mercedes Benz Trucks España SL (iktar ’il quddiem “MBTE”), sussidjarja tal-grupp Daimler, li l-kumpannija omm tagħha hija Daimler AG. Permezz ta’ deċiżjoni tal-2016, il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat ksur, minn Daimler AG, tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxu l-akkordji bil-konklużjoni, bejn Jannar 1997 u Jannar 2011, ta’ arranġamenti ma’ erbatax-il produttur Ewropew oħra ta’ trakkijiet dwar l-iffissar tal-prezzijiet u ż-żieda fil-prezzijiet gross tat-trakkijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Wara din id-deċiżjoni, Sumal ressqet azzjoni għad-danni kontra MBTE għad-danni li jirriżultaw minn dan l-akkordju. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-vittma ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni mwettaq minn kumpannija omm tista’ titlob lis-sussidjarja ta’ din tal-aħħar kumpens għad-danni li jirriżultaw minnu iżda għandha tipprova li ż-żewġ kumpanniji jkunu jikkostitwixxu unità ekonomika fil-mument tal-ksur u li s-sussidjarja tkun attiva fis-suq ikkonċernat mill-ksur
    Sentenza Sumaltas-6 ta’ Ottubru 2021 (C‑882/19)

Ambjent

Il-protezzjoni tal-fawna u tal-flora, it-tniġġis tal-arja, tal-art u tal-ilma kif ukoll ir-riskji marbuta mas-sustanzi perikolużi jikkostitwixxu sfidi daqskemm l-Unjoni Ewropea tikkontribwixxi sabiex jiġu rrilevati billi tadotta regoli stretti.

  • Fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li Spanja kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-estrazzjoni tal-ilma illegali u l-estrazzjoni tal-ilma intiż għall-provvista urbana waqt l-istima tal-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art tar-Reġjun ta’ Doñana (Spanja) li fih jinsab l-ikbar sit naturali protett tal-Ewropa. Barra minn hekk, dan l-Istat Membru ma kienx ħa l-miżuri xierqa sabiex jevita t-tfixkil ikkawżat lill-habitats protetti li jinsabu f’dan il-park naturali.
    Sentenza Il‑Kummissjoni vs Spanja tal-24 ta’ Ġunju 2021 (C‑559/19)

  • Is-sajd li juża l-kurrent elettriku ġie pprojbit permezz ta’ regoli ġodda adottati fl-2019 mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-Pajjiżi l-Baxxi talbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla dawn id-dispożizzjonijiet billi sostniet b’mod partikolari li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kienx ibbaża ruħu fuq l-aħjar opinjoni xjentifika disponibbli dwar l-effetti ekoloġiċi ambjentali fuq l-isfruttament tal-lingwata tal-Baħar tat-Tramuntana. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet dan ir-rikors u kkonfermat il-validità ta’ dawn ir-regoli. Il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa f’dan il-qasam u ma huwiex obbligat jibbaża l-għażla leġiżlattiva tiegħu biss fuq opinjonijiet xjentifiċi u tekniċi.
    Sentenza Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropewtal-15 ta’ April 2021 (C‑733/19)

  • F’dak li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni tal-kaċċa bil-kolla, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li Stat Membru (f’dan il-każ, Franza) ma jistax jawtorizza tali metodu ta’ qbid ta’ għasafar li jwassal għal qbid ta’ għasafar li jista’ jikkawża lill-ispeċi kkonċernati ħsara li ma hijiex negliġibbli. In-natura tradizzjonali ta’ tali metodu ma hijiex biżżejjed, fiha nnifisha, sabiex teskludi kull soluzzjoni alternattiva sodisfaċenti oħra. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat il-kundizzjonijiet li jippermettu deroga mill-projbizzjoni, imposta mid-Direttiva dwar l-“Għasafar”, li jintużaw ċerti metodi ta’ qbid ta’ għasafar protetti.
    Sentenza One Voice u Ligue pour la protection des oiseaux (LPO) vs Ministre de la Transition écologique et solidairetas-17 ta’ Marzu 2021 (C‑900/19)

  • Fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni kontra l-Ungerija dwar il-qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu tal-partiċelli PM10, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan l-Istat Membru kiser ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja ċirkostanti u li naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu li jiżgura, fit-territorju kollu tiegħu, minn naħa, li l-valur limitu ta’ kuljum stabbilit għall-partiċelli PM10 jiġi osservat u, min-naħa l-oħra, li dan il-perijodu ta’ qbiż ikun l-iqsar possibbli.
    Sentenza Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerijatat-3 ta’ Frar 2021 (C‑637/18)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Ġermanja kisret, bejn l-2010 u l-2016, id-Direttiva dwar il-kwalità tal-arja billi eċċediet b’mod sistematiku u persistenti l-valuri limitu għad-diossidu tan-nitroġenu (NO2). Il-Ġermanja kisret ukoll l-obbligu tagħha li tadotta fi żmien utli miżuri xierqa sabiex il-perijodu ta’ qbiż ikun l-iqsar possibbli fiż-żoni kkonċernati.
    Sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanjatat-3 ta’ Ġunju 2021 (C‑635/18)

Istituzzjonijiet

Iż-żewġ qrati tal-Unjoni għandhom jivverifikaw li l-atti (jew in-nuqqas li jiġu adottati ċerti atti) tal-istituzzjonijiet, korpi u organi tal-Unjoni josservaw id-dritt tal-Unjoni. B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jiggarantixxu l-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet tal-individwi meta dawn tal-aħħar ikunu direttament u individwalment ikkonċernati minn deċiżjonijiet meħuda fil-livell tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, huma biss il-qrati nazzjonali li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jistħarrġu l-legalità, fid-dawl tad-dritt nazzjonali, tal-atti tal-awtoritajiet nazzjonali.

  • Il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li ma jagħtix aċċess parzjali għar-rapport finali tal-investigazzjoni tiegħu dwar il-proġetti ta’ kjarifika pubblika mwettqa mill-kumpannija Elios fl-Ungerija bil-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Peress li l-awtoritajiet Ungeriżi diġà għalqu l-investigazzjonijiet nazzjonali marbuta ma’ dan ir-rapport, l-għan ta’ protezzjoni tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni ma jiġġustifikax iktar ir-rifjut ta’ aċċess għad-dokument mitlub.
    Sentenza Homoki vs Il‑Kummissjonital-1 ta’ Settembru 2021 (T‑517/19)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ mal-Armenja, fis-26 ta’ Novembru 2017. Hija qieset li, għalkemm il-Ftehim ta’ Sħubija kien jippreżenta ċerti rabtiet mal-politika esterna u ta’ sigurtà komuni, l-elementi jew id-dikjarazzjonijiet ta’ intenzjoni inklużi fih u li kienu marbuta miegħu ma kinux suffiċjenti sabiex jikkostitwixxu komponent awtonomu ta’ dan il-ftehim li jista’ jaqsam l-att tal-Kunsill f’żewġ deċiżjonijiet distinti. Din id-diviżjoni kienet wasslet b’mod partikolari għall-użu tar-regola tal-vot b’unanimità għal wieħed mill-atti kkonċernati u għal dik tal-maġġoranza kkwalifikata għall-ieħor.
    Sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsilltat-2 ta’ Settembru 2021 (C‑180/20)

  • Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-Rumanija kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiġi rreġistrata l-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (IĊE) “Politika ta’ koeżjoni għall-ugwaljanza tar-reġjuni u għas-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali”. Hija tat deċiżjoni, għall-ewwel darba, fuq in-natura kontestabbli ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tali proposta tiġi rreġistrata. Din il-proposta IĊE kienet ġiet ippreżentata fl-2013 lill-Kummissjoni, li, inizjalment, kienet ċaħditha minħabba li hija kienet tinsab manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tagħha li kienu jippermettulha tippreżenta proposta ta’ att legali tal-Unjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja kienet annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li, b’deċiżjoni tat-30 ta’ April 2019, kienet, sussegwentement, irreġistrat il-proposta IĊE kontenzjuża.
    Sentenza Ir‑Rumanija vs Il‑Kummissjonital-10 ta’ Novembru 2021 (T‑495/19)

  • Il-Qorti Ġenerali tat deċiżjoni dwar il-bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra deċiżjoni li kienet tikkonċerna persuna suġġetta għar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali Ewropej fil-każ ta’ notifika mingħajr suċċess ta’ ittra rreġistrata. Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw id-determinazzjoni tal-bidu tad-dekorrenza tal-kalkolu tat-terminu ħall-preżentata ta’ rikors fil-każ ta’ nuqqas ta’ rtirar ta’ ittra rreġistrata b’avviż ta’ riċezzjoni fil-kawżi li jaqgħu taħt l-imsemmi regolamenti, il-Qorti Ġenerali, barra minn hekk, fakkret li ċ-ċertezza legali u n-neċessità li tiġi evitata kull diskriminazzjoni jew trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja jipprekludu l-preżunzjoni ta’ notifika fid-data tal-iskadenza tat-terminu ta’ żamma tal-ittra rreġistrata indirizzata lir-residenza tar-rikorrent. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, peress li d-deċiżjoni kienet ġiet innotifikata bil-posta elettronika(li kienet is-suġġett ta’ konferma ta’ rċevuta mingħajr dewmien mid-destinatarju), kien fid-data tan-notifika li jibda jiddekorri t-terminu għall-preżentata ta’ rikors.
    Sentenza Barata vs Il‑Parlament Ewropewtat-3 ta’ Marzu 2021 (T‑723/18)

  • F’kawża bejn ir-Repubblika tal-Moldavja u kumpannija Ukraina, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mistoqsija dwar il-klassifikazzjoni bħala “investiment”, fis-sens tat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija (TKE), ta’ kreditu li kien jirriżulta minn kuntratt ta’ bejgħ tal-elettriku. Hija ddeċidiet li l-akkwist, minn impriża ta’ parti kontraenti tat-TCE, ta’ kreditu li jirriżulta minn kuntratt ta’ provvista ta’ elettriku, mhux assoċjat ma’ investiment, miżmum minn impriża ta’ Stat terz għal dan it-Trattat fil-konfront ta’ impriża pubblika ta’ parti kontraenti oħra tal-istess Trattat, ma jikkostitwixxix “investiment”, fis-sens tat-TCE. Fil-fatt, kreditu li jirriżulta minn sempliċi kuntratt ta’ bejgħ tal-elettriku ma jistax jitqies li jkun ingħata għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika fis-settur tal-enerġija. Minn dan isegwi li sempliċi kuntratt ta’ provvista ta’ elettriku, prodott minn operaturi oħra, huwa operazzjoni kummerċjali li ma jistax, bħala tali, jikkostitwixxi investiment.
    Sentenza Il‑Moldavja vs Komstroytat-2 ta’ Settembru 2021 (C‑741/19)

  • Fl-opinjoni tagħha mogħtija fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li t-Trattati ma jipprojbixxux lill-Kunsill milli jistenna, qabel ma jadotta d-deċiżjoni dwar il-konklużjoni mill-Unjoni tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (imsejħa Konvenzjoni ta’ Istanbul), il-“ftehim komuni” tal-Istati Membri, iżda li l-Kunsill ma jistax jemenda l-proċedura għall-konklużjoni ta’ din il-konvenzjoni billi jissuġġetta din il-konklużjoni għal “ftehim minn qabel” bħal tali “ftehim komuni”. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat il-bażi legali materjali xierqa għall-adozzjoni tal-att tal-Kunsill li jikkonkludi l-parti tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul li hija s-suġġett tal-ftehim previst. Hija ppreċiżat ukoll li l-att ta’ konklużjoni jista’ jinqasam f’żewġ deċiżjonijiet distinti meta jiġi stabbilit bżonn oġġettiv.
    Opinjoni Konvenzjoni ta’ Istanbul tas-ta’ Ottubru 2021 (1/19)

Tassazzjoni

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, l-Unjoni Ewropea armonizzat ċerti taxxi indiretti, bħad-dazji tas-sisa fuq prodotti tal-enerġija. Għalhekk, billi tistabbilixxi livelli minimi ta’ tassazzjoni, b’mod partikolari, tal-karburanti, direttiva tal-Unjoni hija intiża li tnaqqas id-differenzi bejn il-livelli nazzjonali ta’ tassazzjoni. Barra minn hekk, anki t-taxxi diretti li bħala prinċipju jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, bħat-tassazzjoni tal-kumpanniji, għandhom josservaw ir-regoli bażiċi tal-Unjoni Ewropea, bħall-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat. Ingħataw sentenzi fil-qasam fiskali u b’mod partikolari fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta’ “tax ruling” ta’ ċerti Stati Membri li taw lil impriżi multinazzjonali trattament fiskali partikolari li l-Kummissjoni qieset li kienu inkompatibbli mas-suq intern.

  • Fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-Italja kisret id-dritt tal-Unjoni billi eżentat mid-dazji tas-sisa l-karburanti tad-dgħajjes użati għar-rikreazzjoni għal finijiet privati. Fil-fatt, id-Direttiva tal-Unjoni li tipprevedi livelli minimi ta’ tassazzjoni tal-karburanti tawtorizza eżenzjoni biss meta d-dgħajsa tintuża mill-utent finali għal finijiet kummerċjali. Il-fatt li l-kirja tikkostitwixxi attività kummerċjali għal min jikri huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.
    Sentenza Il‑Kummissjoni vs L‑Italja tas-16 ta’ Settembru 2021 (C‑341/20)

  • Fil-kuntest ta’ rikorsi ppreżentati mil-Lussemburgu u minn Amazon, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-Lussemburgu kien ta, bejn l-2006 u l-2014, lil Amazon EU, dak iż-żmien iċ-ċentrali tal-bejgħ ta’ Amazon għall-Ewropa kollha, li s-sede tagħha tinsab fil-Lussemburgu, għajnuna mill-Istat li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, billi ppermettielha, permezz ta’ deċiżjonijiet fiskali antiċipattivi (“tax rulings”), li tħallas ħafna inqas taxxi minn impriżi oħra. Skont il-Kummissjoni, il-Lussemburgu kellu jirkupra mingħand Amazon vantaġġi fiskali indebiti għall-ammont ta’ madwar EUR 250 miljun, flimkien mal-interessi. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni ma kinitx uriet b’mod suffiċjenti li d-dħul taxxabbli ta’ Amazon EU kien ġie mnaqqas artifiċjalment minħabba s-sopravalutazzjoni tar-royalty mħallsa minnha lil impriża oħra tal-grupp Amazon għall-użu ta’ ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
    Sentenza Il‑Lussemburgu u Amazon vs Il‑Kummissjonitat-12 ta’ Mejju 2021 (T‑816/17 et)

  • Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi ppreżentati mil-Lussemburgu u mill-fornitur tal-enerġija Engie kontra d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet ikkonstatat li l-Lussemburgu kien ta lil Engie għajnuna mill-Istat li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni billi ppermetta, permezz ta’ deċiżjonijiet fiskali antiċipati (“tax rulings”), lil żewġ kumpanniji ta’ dan il-grupp residenti fil-Lussemburgu jevadu t-taxxa fuq il-kważi totalità tal-profitti tagħhom. Skont il-Kummissjoni, il-Lussemburgu kellu jirkupra madwar EUR 120 miljun ta’ taxxi mhux imħallsa, flimkien mal-interessi. Fis-sentenza tagħha li kkonfermat din id-deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali enfasizzat li l-Lussemburgu kien irrinunzja milli jikkonstata abbuż ta’ dritt minn Engie meta l-kriterji kollha kienu ssodisfatti.
    Sentenza Il‑Lussemburgu et vs Il‑Kummissjonitat-12 ta’ Mejju 2021 (T‑516/18 et)

Proprjetà intellettwali

Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jiżguraw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni adottata mill-Unjoni sabiex tipproteġi d-drittijiet esklużivi kollha fuq il-kreazzjonijiet intellettwali. Barra minn hekk, il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali (drittijiet tal-awtur) u industrijali (dritt tat-trade marks, protezzjoni tad-disinni, dritt tal-privattivi) ittejjeb il-kompetittività tal-impriżi billi tiffavorixxi ambjent tajjeb għall-kreattività u għall-innovazzjoni

  • F’tilwima bejn il-kumpannija Lego u kumpannija Ġermaniża, il-Qorti Ġenerali qieset li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) kien, b’mod żbaljat, iddikjara invalidu disinn ta’ brikk ta’ kaxxa tal-logħob għall-kostruzzjoni ta’ LEGO. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali qieset li l-EUIPO kellu jwettaq evalwazzjoni xierqa tad-derogi mir-Regolament dwar id-Disinni Komunitarji billi jieħu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi kollha tad-dehra tad-disinn ikkonċernat. Il-Qorti Ġenerali fakkret li disinn ma jistax jiġi ddikjarat invalidu jekk mill-inqas waħda minn dawn il-karatteristiċi ma tkunx meħtieġa mill-funzjoni teknika ta’ dan il-prodott.
    Sentenza Lego A/S vs EUIPO u Delta Sport Handelskontor GmbHtal-24 ta’ Marzu 2021 (T‑515/19)

  • Il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet il-validità ta’ trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ stikk tal-lipstikk. B’dan il-mod, hija annullat id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) li kienet ċaħdet l-applikazzjoni inizjali għar-reġistrazzjoni ta’ dan is-sinjal bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea sabiex tindika lipstikk. Skont il-Qorti Ġenerali, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kellha karattru distintiv peress li kienet tiddevja ħafna mir-regola u mill-użanzi tas-settur tal-lipstikk, peress li l-istikk kien ta’ forma tonda u mhux vertikali u ċilindrika.
    Sentenza Guerlaintal-14 ta’ Lulju 2021 (T‑488/20)

  • Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li fajl awdjo li jirriproduċi l-ħoss tal-ftuħ ta’ landa tax-xorb, segwit b’silenzju u minn tfexfix, ma jistax jiġi rreġistrat bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea sabiex jindika b’mod partikolari xorb, sa fejn ma jkollux karattru distintiv. Il-Qorti Ġenerali b’hekk qablet mal-pożizzjoni tal-EUIPO u fakkret li sinjal awdjo għandu jkollu karattru distintiv sabiex il-konsumatur ikun jista’ jifhmu bħala trade mark u mhux bħala element ta’ karattru funzjonali jew indikatur mingħajr karatteristika proprja tiegħu.
    Sentenza Ardagh Metal Beverage Holdingstas-7 ta’ Lulju 2021 (T‑668/19)

  • Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-kumpannija Chanel kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark ippreżentata mill-kumpannija Huawei quddiem l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għar-raġuni li s-sinjali figurattivi inkwistjoni ma kinux jixxiebhu u ddeċidiet li t-trade marks għandhom jiġu pparagunati kif kienu ġew irreġistrati jew li għalihom saret l-applikazzjoni, mingħajr ma tbiddel l-orjentazzjoni tagħhom. Il-Qorti Ġenerali indikat li s-sempliċi preżenza, f’kull waħda mit-trade marks inkwistjoni, ta’ żewġ elementi li huma marbuta bejniethom ma tirrendix it-trade marks simili, anki jekk ikollhom il-forma ġeometrika bażika ta’ ċirku madwar dawn l-elementi.
    Sentenza Chanel SAStal-21 ta’ April 2021 (T‑44/20)

  • Il-Qorti Ġenerali tat deċiżjoni dwar il-possibbiltà għal avukat Brittaniku li jirrappreżenta parti fi proċedura quddiemha fil-kuntest ta’ rikors kontra deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). Il-Qorti Ġenerali fakkret iż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi sabiex persuna tkun tista’ validament tirrappreżenta partijiet (minbarra l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni) quddiem il-qrati tal-Unjoni: l-ewwel nett, ikollu l-kwalità ta’ avukat u jkun awtorizzat jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li jkun parti fil-Ftehim ŻEE. Ir-rikors kien ġie ppreżentat wara l-31 ta’ Diċembru 2020, tmiem il-perijodu tranżitorju qabel il-ħruġ definittiv tar-Renju Unit mill-Unjoni, u ma kien jaqa’ taħt ebda waħda mill-ipoteżijiet previsti fil-Ftehim dwar il-Ħruġ li fihom avukat awtorizzat jipprattika quddiem il-qrati tar-Renju Unit u li ma jkunx stabbilixxa li jkun awtorizzat jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li jkun parti fil-Ftehim ŻEE jkun jista’ jirrappreżenta parti quddiem il-qrati tal-Unjoni. Għaldaqstant, ir-rikors ġie ddikjarat inammissibbli.
    Digriet Daimler vs EUIPOtas-7 ta’ Diċembru 2021 (T‑422/21)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li meta d-detentur tad-drittijiet tal-awtur ikun adotta jew impona miżuri ta’ restrizzjoni kontra t-transklużjoni (framing), l-inkorporazzjoni ta’ xogħol f’paġna internet ta’ terz, permezz ta’ din it-teknika, tikkostitwixxi tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dan ix-xogħol lil pubbliku ġdid. Din il-komunikazzjoni lill-pubbliku għandu jkollha l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.
    Sentenza VG Bild‑Kunsttad-9 ta’ Marzu 2021 (C‑392/19)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fil-kuntest tas-sistema ta’ qabel dik introdotta bid-direttiva l-ġdida tal-2019 dwar id-drittijiet tal-awtur, il-kundizzjonijiet li fihom ir-responsabbiltà tal-pjattaformi online (f’dan il-każ, YouTube u Cyando) setgħet tiġi stabbilita. Hija ddeċidiet li l-operaturi ta’ tali pjattaformi, bħala prinċipju, ma jwettqux, huma stess, komunikazzjoni lill-pubbliku tal-kontenut protett mid-drittijiet tal-awtur imqiegħed illegalment fuq l-internet mill-utenti tagħhom. Madankollu, jistgħu jinżammu responsabbli għat-twettiq ta’ tali komunikazzjoni bi ksur tad-drittijiet tal-awtur jekk jikkontribwixxu, lil hinn mis-sempliċi tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pjattaformi, billi jagħtu aċċess lill-pubbliku għal dan il-kontenut.
    Sentenza YouTube ettat-22 ta’ Ġunju 2021 (C‑682/18)

  • F’din il-kawża, intużaw il-konnessjonijiet internet ta’ klijenti tal-kumpannija Telenet sabiex jaqsmu films li jappartjenu lill-katalgu tal-kumpannija Mircom, fuq network pari għal pari (“peer-to-peer”). Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetarju ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tista’ tiġġustifika, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, li ssir ir-reġistrazzjoni sistematika tal-indirizzi IP tal-utenti u l-komunikazzjoni tal-ismijiet u l-indirizzi postali tagħhom lill-proprjetarju jew lil terz sabiex jippermetti li jiġi ppreżentat rikors għad-danni. Madankollu, it-talba għal informazzjoni minn detentur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ma tistax tkun abbużiva u għandha tkun iġġustifikata u proporzjonata.
    Sentenza M.I.C.M.tas-7 ta’ Ġunju 2021 (C‑597/19)

  • Proprjetarju ta’ barijiet tapas fi Spanja kien juża s-sinjal CHAMPANILLO sabiex jindika u jippromwovi l-istabbilimenti tiegħu. Fir-riklami tagħha kienu rrappreżentati żewġ tazzi mimlijin b’xarba tfexfex. Il-Kumitat Interprofessionnel du Vin de Champagne (CIVC), korp li jieħu ħsieb l-interessi tal-produtturi tax-xampanja, xtaq jipprojbixxi l-użu tal-kelma “champanillo” (li bl-Ispanjol tfisser “xampanja żgħira”) minħabba li l-użu ta’ dan is-sinjal kien jikkostitwixxi preġudizzju għad-denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO) “Champagne”. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-prodotti koperti minn DOP jibbenefikaw minn protezzjoni fir-rigward ta’ aġir ipprojbit li jirrigwarda kemm prodotti kif ukoll servizzi.
    Sentenza Comité Interprofessionnel du Vin de Champagnetad-9 ta’ Settembru 2021 (C‑783/19)

Protezzjoni tad-data personali

L-Unjoni Ewropea għandha leġiżlazzjoni li tikkostitwixxi bażi solida u konsistenti għall-protezzjoni tad-data personali, irrispettivament mill-mod u mill-kuntest tal-ġbir tagħha (xiri fuq l-internet, self bankarju, tfittxijiet għal impjieg, talbiet għal informazzjoni minn awtoritajiet pubbliċi). Dawn ir-regoli japplikaw għall-persuni jew entitajiet pubbliċi u privati stabbiliti fl-Unjoni jew barra mill-Unjoni, inkluż għal impriżi li joffru prodotti jew servizzi, bħalma huma Facebook jew Amazon, meta dawn jitolbu jew jużaw mill-ġdid id-data personali ta’ ċittadini tal-Unjoni.

Fl-2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tat diversi deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet li joħorġu mill-ġbir u mill-ipproċessar ta’ din id-data b’mod partikolari mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-impriżi privati.


Il-Qorti tal-Ġustizzja fid-dinja diġitali
Ara l-video fuq YouTube

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lill-awtorità tas-sigurtà fit-toroq tagħmel aċċessibbli għall-pubbliku d-data dwar il-punti ta’ penalità imposti fuq is-sewwieqa għal ksur tar-regoli tat-traffiku tmur kontra d-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, hija qieset li l-ħtieġa ta’ din is-sistema sabiex tittejjeb is-sigurtà fit-toroq ma kinitx ġiet ipprovata. Il-kawża kienet tikkonċerna l-leġiżlazzjoni Latvjana dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq li kienet tipprevedi li l-informazzjoni dwar il-punti ta’ penalità imposti fuq is-sewwieqa ta’ vetturi tkun aċċessibbli għall-pubbliku u tiġi kkomunikata lil kull persuna li titlobha, mingħajr ma din ikollha għalfejn tiġġustifika interess speċifiku li tiksibha.
    Sentenza Latvijas Republikas Saeimatat-22 ta’ Ġunju 2021 (C‑439/19)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-aċċess, għal finijiet kriminali, għal ġabra ta’ data ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi dwar it-traffiku jew dwar il-lokalizzazzjoni, li tippermetti li jinsiltu konklużjonijiet preċiżi dwar il-ħajja privata tal-utenti, huwa awtorizzat biss sabiex tiġi miġġielda l-kriminalità serja jew sabiex jiġi evitat theddid serju għas-sigurtà pubblika. Barra minn hekk, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti kompetenza lill-uffiċċju tal-prosekutur sabiex jawtorizza l-aċċess ta’ awtorità pubblika għal din id-data sabiex imexxi investigazzjoni kriminali.
    Sentenza H. K vs Prokuratuurtat-2 ta’ Marzu 2021 (C‑746/18)

  • F’sentenza mogħtija f’kawża dwar protezzjoni tad-data personali li tinvolvi l-kumpannija Facebook Ireland, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni fir-rigward ta’ pproċessar transkonfinali ta’ data, billi indikat li, taħt ċerti kundizzjonijiet, tali awtorità setgħet allegatament tikser id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data personali (RĠPD) quddiem qorti ta’ Stat Membru, anki jekk hija ma tkunx l-awtorità li tmexxi dan l-ipproċessar. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset ukoll li, peress li Facebook Ireland ma kinitx informat b’mod suffiċjenti lill-utenti tal-internet bil-ġbir u bl-użu tal-informazzjoni li tikkonċernahom, il-kunsens tagħhom għal dan l-ipproċessar ta’ data ma kienx validu
    Sentenza Facebook Ireland ettal-15 ta’ Ġunju 2021 (C‑645/19)

Protezzjoni tal-konsumaturi

Il-promozzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi, il-prosperità u l-benesseri tagħhom huma valuri fundamentali fl-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tissorvelja l-applikazzjoni tar-regoli li jipproteġu lill-konsumaturi, sabiex tiżgura l-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi u legali tagħhom, ikun xi jkun il-post fejn jirrisjedu jew jiċċaqilqu jew fejn jixtru fi ħdan l-Unjoni.


Il-Qorti tal-Ġustizzja: garanzija tad-drittijiet tal-konsumaturi tal-Unjoni Ewropea
Ara l-video fuq YouTube


X’tagħmel il-Qorti tal-Ġustizzja għalina?
Ara l-video fuq YouTube

  • Il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li biha l-eżenzjoni mill-ġbir ta’ depożitu fuq ċerti imballaġġi ta’ xarbiet mibjugħa minn ħwienet transkonfinali Ġermaniżi lil klijenti ddomiċiljati fid-Danimarka ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni, meta kkonkludiet li l-kundizzjoni dwar ir-riżorsi tal-Istat ma kinitx issodisfatta, wettqet żball ta’ liġi.
    Sentenza Dansk Erhverv vs Il‑Kummissjonitad-9 ta’ Ġunju 2021 (T‑47/19)

  • Fl-ipproċessar ta’ ikel bijoloġiku bħax-xorb bijoloġiku abbażi ta’ ross u ta’ fażola tas-soja intiż għall-arrikkiment tal-kalċju, iż-żieda tal-alka Lithothamnium calcareum (lithotami) ġiet ipprojbita mill-Qorti tal-Ġustizzja, li fakkret li d-dritt tal-Unjoni jipprevedi regoli stretti fir-rigward taż-żieda ta’ minerali, bħall-kalċju, fil-produzzjoni ta’ prodotti tal-ikel organiċi. Li jiġi awtorizzat l-użu tat-trab ta’ din l-alka bħala ingredjent mhux bijoloġiku ta’ oriġini agrikola jwassal, fil-fatt, sabiex il-produtturi ta’ dawn il-prodotti tal-ikel ikunu jistgħu jevitaw dawn ir-regoli.
    Sentenza Natumi GmbH vs Land Nordrhein‑Westfalentad-29 ta’ April 2021 (C‑815/19)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li s-sempliċi żvolġiment ta’ titjira lejn ajruport qrib l-ajruport tad-destinazzjoni inizjali ma jagħtix dritt għal kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa. Min-naħa l-oħra, hija indikat li l-kumpannija tal-ajru għandha, fuq inizjattiva tagħha stess, tipproponi lill-passiġġier il-ħlas tal-ispejjeż ta’ trasferiment lejn l-ajruport tad-destinazzjoni inizjalment previst jew, jekk ikun il-każ, destinazzjoni oħra qrib miftiehma miegħu. Sabiex jeħles mill-obbligu tiegħu li jikkumpensa lill-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien twil fil-wasla ta’ titjira, it-trasportatur jista’ jinvoka ċirkustanza straordinarja li ma taffettwax it-titjira mdewma, iżda titjira preċedenti li hija topera anki bl-istess ajruplan.
    Sentenza WZ vs Austrian Airlines AG tat-22 ta’ April 2021 (C‑826/19)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li strajk organizzat minn sindakat tal-persunal ta’ trasportatur bl-ajru, intiż b’mod partikolari sabiex jinkisbu żidiet fis-salarju, ma jikkostitwixxix “ċirkustanza straordinarja”li teħles lill-kumpannija tal-ajru mill-obbligu tagħha li tħallas kumpens fil-każ ta’ annullament jew ta’ dewmien twil. Fil-fatt, il-fatt li tiġi eskluża din il-klassifikazzjoni għal tali strajk, organizzat b’osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, la jippreġudika l-libertà tal-intrapriża tat-trasportatur bl-ajru u lanqas id-drittijiet tiegħu ta’ proprjetà u ta’ negozj
    Sentenza Airhelp Ltd vs Scandinavian Airlines System SAStat-23 ta’ Marzu 2021 (C‑28/20)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li Stat Membru taż-żona tal-euro jista’ jobbliga lill-amministrazzjoni tiegħu li taċċetta ħlasijiet fi flus. Madankollu, hija indikat li l-Istat Membru jista’ wkoll jillimita din il-possibbiltà ta’ ħlas għal raġuni ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari meta l-ħlas fi flus kontanti jista’ jwassal għal spiża mhux raġonevoli għall-amministrazzjoni minħabba n-numru kbir ħafna ta’ persuni taxxabbli. Hija ppreċiżat ukoll li l-obbligu li jiġu aċċettati flus kontanti jista’ jiġi limitat għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, jekk dawn ir-restrizzjonijiet ikunu proporzjonati mal-għan ta’ interess pubbliku mfittex, li jimplika b’mod partikolari l-possibbiltà, għall-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa, li jkollhom mezzi legali oħra għal-likwidazzjoni tal-krediti pekunjarji.
    Sentenza Johannes Dietrich u Norbert Häring vs Hessischer Rundfunktas-26 ta’ Jannar 2021 (C‑422/219 u C‑423/19)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-leġiżlazzjoni Ungeriża li tipprojbixxi l-annullament ta’ kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija minħabba li jinkludi klawżola inġusta dwar id-differenza fir-rati tal-kambju tidher kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jekk din il-leġiżlazzjoni tippermetti li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni fid-dritt u fil-fatt li kienet tkun dik tal-konsumatur fl-assenza tal-klawżola inġusta, u anki jekk l-annullament tal-kuntratt kien ikun iktar vantaġġuż għall-konsumatur. Barra minn hekk, ir-rieda murija mill-konsumatur ikkonċernat ma tistax tipprevali fuq l-evalwazzjoni, li għandha ssir mill-qorti nazzjonali, tal-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali Ungeriża tippermettix effettivament li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni, fid-dritt u fil-fatt ta’ dan il-konsumatur.
    Sentenza OTP Jelzálogbank ettat-2 ta’ Settembru 2021 (C‑932/19)

  • F’kawża li fiha l-kumpannija marittima Irlandiża Irish Ferries kellha, fl-2018, tannulla l-istaġun kollu tal-vjaġġi peress li, wara dewmien fil-kunsinna ta’ bastiment ġdid, hija ma setgħetx tqiegħed fis-servizz bastiment sostituttiv, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat diversi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq mezz ta’ navigazzjoni interna (annullament, kumpens, prezz tal-biljett...). Hija qieset b’mod partikolari li l-obbligi ta’ rotta differenti u ta’ kumpens fil-każ ta’ annullament ta’ servizz ta’ trasport huma proporzjonati mal-għan imfittex mir-regolament applikabbli f’dan il-qasam.
    Sentenza Irish Ferries tat-2 ta’ Settembru 2021 (C‑570/19)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja tat deċiżjoni dwar l-għażla tariffarja msejħa “b’tariffa żero” għall-internet. Din hija prattika kummerċjali li permezz tagħha fornitur ta’ aċċess japplika “tariffa żero” jew iktar vantaġġuża, għat-traffiku kollu jew parti minnu relatat ma’ applikazzjoni jew ma’ kategorija ta’ applikazzjonijiet speċifiċi, proposti mill-imsieħba ta’ dan il-fornitur ta’ aċċess. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tali għażliet tariffarji jmorru kontra r-regolament dwar l-aċċess għal internet miftuħ, kif ukoll limitazzjonijiet tal-broadband, tat-tqassim tal-konnessjoni jew tal-użu f’roaming, minħabba l-attivazzjoni ta’ tali għażla.
    Sentenzi Vodafone u Telekom Deutschlandtat-2 ta’ Settembru 2021 (C‑854/19 et)

Dritt tal-familja

L-Unjoni Ewropea tistabbilixxi regoli komuni fid-dritt tal-familja sabiex iċ-ċittadini Ewropej ma jiġux ostakolati fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom minħabba li jkunu qegħdin jgħixu fi Stati Membri differenti tal-Unjoni jew għaliex jiċċaqilqu minn Stat Membru għall-ieħor matul ħajjithom.

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kawżi transkonfinali bejn l-ulied u l-ġenituri tagħhom jinsabu fir-Regolament Brussell IIa, li huwa l-bażi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi ħdan l-Unjoni fi kwistjonijiet matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri.

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar każ ta’ ħtif internazzjonali ta’ wlied fil-kuntest ta’ kawża dwar it-talba għar-ritorn fl-Isvezja ta’ koppja Iranjana li kienet ittieħdet fil-Finlandja. Hija qieset li s-sitwazzjoni li fiha ġenitur, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-ieħor, ikun ittrasferixxa lill-wild mill-Istat ta’ residenza abitwali tiegħu lejn StatMembru ieħor tal-Unjoni, wara li l-awtorità tal-Istat ta’ residenza kompetenti fil-qasam tal-immigrazzjoni jkun qies li huwa f’dan l-Istat Membru l-ieħor li kellhom jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għal ażil li jikkonċernaw il-minuri u l-ġenitur inkwistjoni ma tistax tikkostitwixxi tneħħija (jew żamma) illegali..
    Sentenza Atat-2 ta’ Awwissu 2021 (C‑262/21)

  • Tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-każ ta’ wild minuri ċittadin tal-Unjoni li l-att tat-twelid tiegħu, stabbilit mill-Istat Membru ospitanti, kien jindika bħala ġenituri tiegħu żewġ persuni tal-istess sess. Hija ddeċidiet li l-Istat Membru li tiegħu dan il-wild huwa ċittadin kien obbligat li joħroġlu karta tal-identità jew passaport, mingħajr ma dan jeżiġi l-istabbiliment minn qabel ta’ att tat-twelid mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu. Dan l-Istat Membru huwa obbligat ukoll li jirrikonoxxi d-dokument li joriġina mill-Istat Membru ospitanti, li jippermetti lill-imsemmi wild jeżerċita, flimkien ma’ kull waħda minn dawn iż-żewġ persuni, id-dritt tiegħu ta’ moviment u ta’ residenza liberi fit-territorju tal-Unjoni..
    Sentenza Stolichna obshtina, raġġ “Pancharevo” tal-14 ta’ Diċembru 2021 (C‑490/20)

Sigurtà soċjali

Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea għandhom l-għan li jikkoordinaw is-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali, sabiex jiggarantixxu li l-persuni li jkunu ser jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ma jitilfux il-kopertura soċjali tagħhom (drittijiet għal pensjoni u kura tas-saħħa, pereżempju) u li huma jkunu dejjem jafu taħt liema dispożizzjonijiet nazzjonali jkunu suġġetti. Fi kliem ieħor, l-ebda persuna li teżerċita d-dritt tagħha għall-moviment liberu fl-Ewropa ma tista’ tiġi ppreġudikata meta mqabbla ma’ persuna li tkun dejjem għexet u ħadmet fi Stat Membru wieħed. F’dan il-kuntest ta’ regoli u ta’ prinċipji, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-intenzjoni li tiżgura s-sigurtà soċjali taċ-ċittadini Ewropej, filwaqt li tikkonċiljaha mal-preżervazzjoni tal-finanzi pubbliċi tal-Istat Membru ospitanti.

  • F’kawża li tikkonċerna ċ-ċittadinanza u l-affiljazzjoni ma’ skema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet, liċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu ekonomikament inattivi u li jirrisjedu fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom, id-dritt li jkunu affiljati mas-sistema pubblika tal-assigurazzjoni għall-mard tal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, hija indikat li din l-affiljazzjoni ma kellhiex neċessarjament tkun bla ħlas.
    Sentenza A (Kura tas-saħħa pubblika)tal-15 ta’ Lulju 2021 (C‑535/19)

  • Fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-leġiżlazzjoni Brittanika stabbilixxiet għaċ-ċittadini tal-Unjoni sistema ġdida li tipprovdi li l-għoti ta’ dritt ta’ residenza ma jkunx suġġett għar-rekwiżit ta’ riżorsi. Min-naħa l-oħra, hija ċċaħħad liċ-ċittadini tal-Unjoni mill-benefiċċji ta’ għajnuna soċjali kklassifikati bħala “kreditu universali”. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li din il-leġiżlazzjoni hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament iggarantit mid-dritt tal-Unjoni. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jivverifikaw li rifjut li jingħataw tali benefiċċji ta’ għajnuna soċjali ma jesponix liċ-ċittadin tal-Unjoni u lill-uliedu għal riskju ta’ ksur tad-drittijiet tagħhom stabbiliti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, b’mod partikolari r-rispett tad-dinjità tal-bniedem.
    Sentenza The Department for Communities in Northern Ireland tal-15 ta’ Lulju 2021 (C‑709/20)

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat il-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk impriża ta’ xogħol temporanju twettaqx ġeneralment “attivitajiet sostanzjali minbarra attivitajiet ta’ amministrazzjoni interna pura” fit-territorju tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jitqies li “normalment twettaq l-attivitajiet tagħha” fi Stat Membru, impriża ta’ impjieg temporanju għandha twettaq parti sinjifikattiva mill-attivitajiet tagħha ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema favur impriżi utenti stabbiliti u li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru. L-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ selezzjoni u ta’ reklutaġġ ta’ ħaddiema temporanji fl-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-aġenzija ta’ xogħol temporanju ma huwiex biżżejjed sabiex din l-impriża titqies li teżerċita “attivitajiet sostanzjali” fih.
    Sentenza Team Power Europetat-3 ta’ Ġunju 2021 (C‑784/19)

Ugwaljanza fit-trattament

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tikkonferma l-ugwaljanza quddiem il-liġi tal-individwi kollha bħala esseri umani, ħaddiema, ċittadini jew partijiet fi proċedura ġudizzjarja. Id-Direttiva 2000/78, b’mod partikolari, tiżgura qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol kif ukoll protezzjoni kontra d-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, l-età, id-diżabbiltà jew l-orjentazzjoni sesswali f’dawn l-oqsma. Il-Qorti tal-Ġustizzja qatgħet diversi kawżi dwar każijiet preżunti ta’ diskriminazzjoni, diretta jew indiretta, filwaqt li enfasizzat l-osservanza dovuta għall-prinċipju ta’ proporzjonalità bejn l-għan imfittex mir-regoli kkontestati u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

  • F’Lulju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-impossibbiltà assoluta li jinżamm fil-funzjonijiet tiegħu aġent penitenzjarju, li n-nuqqas ta’ smigħ tiegħu ma kienx jissodisfa l-livelli minimi ta’ smigħ, mingħajr ma tippermetti li jiġi vverifikat jekk ikunx f’pożizzjoni li jaqdi l-funzjonijiet tiegħu, tmur kontra d-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, din il-leġiżlazzjoni kienet tistabbilixxi diskriminazzjoni direttament ibbażata fuq id-diżabbiltà.
    Sentenza Tartu Vanglatal-15 ta’ Lulju 2021 (C‑795/19)

  • Żewġ kawżi kienu jikkonċernaw impjegati ta’ twemmin Musulman li ddeċidew li jilbsu velu reliġjuż fil-post tax-xogħol tagħhom. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, il-projbizzjoni, ordnata mill-persuna li timpjega, li wieħed jilbes kwalunkwe forma viżibbli ta’ espressjoni tat-twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż fil-post tax-xogħol tista’ tiġi ġġustifikata mill-ħtieġa tal-persuna li timpjega li tippreżenta ruħha b’mod newtrali fil-konfront tal-klijenti tagħha jew sabiex tevita kunflitti soċjali. Madankollu, din il-ġustifikazzjoni għandha tissodisfa ħtieġa reali tal-persuna li timpjega u, fil-kuntest tal-konċiljazzjoni tad-drittijiet u interessi inkwistjoni, il-qrati nazzjonali jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest rispettiv tal-Istat Membru tagħhom u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet nazzjonali iktar favorevoli f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-libertà ta’ reliġjon.
    Sentenza WABE u MH Müller Handeltal-15 ta’ Lulju 2021 (C‑804/18 u C‑341/19)

Għajnuna mill-Istat u Covid-19

  • F’Ġunju 2020, il-Portugall ikkomunika lill-Kummissjoni għajnuna mill-Istat favur il-kumpannija tal-ajru Transportes Aereos Portugueses SGPS SA, kumpannija omm u azzjonista 100 % ta’ TAP Air Portugal, li kienet tikkonsisti f’self ta’ ammont massimu ta’ EUR 1.2 biljun. Il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li kienet iddikjarat l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern, fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, minħabba li din id-deċiżjoni ma kinitx suffiċjentement motivata. Madankollu, minħabba dan l-istess kuntest, l-effetti tal-annullament ġew sospiżi sakemm il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ġdida.
    Sentenza Ryanair DAC vs Il-Kummissjoni (TAP ‑ Covid‑19)tad-19 ta’ Mejju 2021 (T‑465/20)

  • F’April 2020, il-Ġermanja kkomunikat lill-Kummissjoni għajnuna individwali favur il-kumpannija tal-ajru Condor Flugdienst GmbH fil-forma ta’ żewġ kuntratti ta’ self li jammontaw għal EUR 550 miljun, iggarantiti mill-Istat u flimkien mal-interessi ssussidjati. Il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-għajnuna minħabba insuffiċjenza ta’ motivazzjoni. Madankollu, minħabba l-kuntest ekonomiku u soċjali kkaratterizzat mill-pandemija tal-COVID-19, hija ssospendiet l-effetti tal-annullament sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni.
    Sentenza Ryanair vs Il‑Kummissjoni (Condor ‑ Covid‑19)tad-9 ta’ Ġunju 2021 (T‑665/20)

  • Il-Qorti Ġenerali qieset li l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat stabbilita mill-Isvezja, fil-forma ta’ garanziji ta’ self favur il-kumpanniji tal-ajru li kellhom liċenzja operattiva Svediża, sabiex tirrimedja t-tfixkil serju tal-ekonomija ta’ dan l-Istat Membru matul il-pandemija tal-COVID-19, kienet konformi mad-dritt tal-Unjoni. Din l-iskema kienet intiża b’mod partikolari għall-kumpanniji tal-ajru li kellhom, fl-1 ta’ Jannar 2020, liċenzja sabiex jeżerċitaw attivitajiet kummerċjali fil-qasam tal-avjazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-kumpanniji tal-ajru li kienu joperaw titjiriet mhux skedati.
    Sentenza Ryanair DAC vs Il‑Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 2021 (T‑238/20)

  • Il-Qorti Ġenerali vvalidat l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat stabbilita minn Franza fil-forma ta’ moratorju fuq il-ħlas ta’ taxxi favur il-kumpanniji li kellhom liċenzja Franċiża. Din l-iskema ta’ għajnuna, li kienet tikkonċerna t-tassazzjoni tal-avjazzjoni ċivili u t-taxxa ta’ solidarjetà fuq il-biljetti tal-ajru dovuti fuq bażi ta’ kull xahar matul il-perijodu bejn Marzu u Diċembru 2020, kienet, fil-fatt, meqjusa xierqa, mill-Qorti Ġenerali, sabiex tirrimedja għad-danni ekonomiċi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 u għalhekk ma kinitx tikkostitwixxi diskriminazzjoni kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni.
    Sentenza Ryanair DAC vs Il‑Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 2021 (T‑259/20)

  • Il-Qorti Ġenerali vvalidat l-għajnuna, fil-forma ta’ żewġ linji ta’ kreditu li jiġġeddu ta’ ammont massimu ta’ 1.5 biljun Krona Svediża (SEK) kull waħda, implimentata mill-Isvezja u mid-Danimarka favur il-kumpannija SAS għad-danni li jirriżultaw mill-kanċellazzjoni jew mill-programmazzjoni mill-ġdid tat-titjiriet wara restrizzjonijiet ta’ vvjaġġar ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19. Hija qieset li, peress li SAS kellha sehem mis-suq sinjifikattivament ogħla mill-eqreb kompetitur tagħha f’dawn iż-żewġ Stati Membri, l-għajnuna inkwistjoni ma kinitx tikkostitwixxi diskriminazzjoni illegali.
    Sentenzi Ryanair DAC vs Il‑Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 (T‑378/20 u T‑379/20)

  • Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-garanzija tal-Finlandja favur il-kumpannija tal-ajru Finnair intiża bħala għajnuna fil-kisba, minn fondi tal-pensjoni, ta’ self ta’ EUR 600 miljun sabiex tkopri l-bżonnijiet tagħha ta’ kapital operattiv wara l-pandemija tal-COVID-19 kienet konformi mad-dritt tal-Unjoni. Il-garanzija kienet neċessarja sa fejn Finnair kienet qiegħda tirriskja l-falliment minħabba t-tnaqqis f’daqqa tal-attività tagħha u minħabba l-impossibbiltà li tkopri l-bżonnijiet tagħha ta’ likwidità fis-swieq ta’ kreditu.
    Sentenza Ryanair DAC vs Il‑Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 (T‑388/20)

  • Il-Qorti Ġenerali vvalidat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-fondi ta’ sostenn stabbiliti minn Spanja sabiex tiġi żgurata s-solvenza tal-impriżi mhux finanzjarji li kellhom iċ-ċentri prinċipali ta’ attività tagħhom fi Spanja, li kienu meqjusa sistemiċi jew strateġiċi għall-ekonomija nazzjonali u li kellhom diffikultajiet temporanji minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Hija enfasizzat li l-miżura inkwistjoni, intiża għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni u li kellha baġit ta’ EUR 10 biljun, kienet ċertament tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna mill-Istat iżda kienet proporzjonata u nondiskriminatorja.
    Sentenza Ryanair DAC vs Il‑Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2021 (T‑628/20)

Għajnuna mill-Istat

L-eżami tal-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tas-sussidji li l-Istati Membri jagħtu favur operaturi ekonomiċi jista’ jeħtieġ evalwazzjoni kumplessa u fil-fond taċ-ċirkustanzi li jkunu wasslu lill-awtoritajiet pubbliċi jintervjenu fl-operat tal-kompetizzjoni. Fl-2021, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali stħarrġu, f’diversi kawżi dwar kwistjonijiet ekonomiċi kunsiderevoli, l-evalwazzjoni magħmula mill-Kummissjoni, gwardjana tal-osservanza tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, dwar dawn il-miżuri nazzjonali.

  • In-Nürburgring, li jinsab fil-Ġermanja, jinkludi b’mod partikolari ċirkwit tat-tlielaq tal-karozzi u park ta’ divertiment. Wara l-insolvenza tal-proprjetarji tagħha, organi rregolati mid-dritt pubbliku, il-kumpless inbiegħ lil impriża privata. Għalkemm operaturi ekonomiċi oħra affermaw li l-bejgħ sar taħt il-prezz tas-suq u b’mod diskriminatorju, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tiftaħx proċedura ta’ investigazzjoni formali. Adita b’appelli f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni kif ukoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali li kkonfermatha u ordnat lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid jekk il-bejgħ tan-Nürburgring kienx jimplika l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat.
    Sentenza Ja zum Nürburgring et vs Il-Kummissjoni tat-2 ta’ Settembru 2021 (C‑647/19 P et)

  • Il-Kummissjoni kienet ikkonstatat, permezz ta’ deċiżjonijiet varji, li deċiżjoni ta’ arbitraġġ li tistabbilixxi, għall-produttur tal-aluminju Grieg Mytilinaios, tariffa tal-elettriku li kellha titħallas lil DEI (produttur u fornitur tal-elettriku Grieg), allegatament preferenzjali, ma kinitx tinkludi, fir-realtà, l-għoti ta’ vantaġġ. Il-Qorti Ġenerali annullat dawn id-deċiżjonijiet billi kkunsidrat li l-Kummissjoni kellha teżamina, b’mod diliġenti, suffiċjenti u komplet, l-eventwali eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat.
    Sentenza DEI vs Il‑Kummissjoni tat-22 ta’ Settembru 2021 (T‑639/14 et)

  • Ġew ippreżentati rikorsi minn kooperattiva u minn sidien tas-sajjieda kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar l-għajnuna marbuta mat-twettiq tal-ewwel parks eoliċi fil-baħar fi Franza. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat li dawn il-persuni ma kinux awtorizzati jippreżentaw tali rikorsi peress li, minn naħa, huma ma kinux f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni mal-operaturi ta’ dawn il-parks eoliċi u, min-naħa l-oħra, huma ma kinux urew ir-riskju ta’ effett konkret tal-għajnuna inkwistjoni fuq is-sitwazzjoni tagħhom.
    Sentenza CAPA et vs Il‑Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2021 (T‑777/19)

Dritt soċjali

Fl-2021, il-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tinterpreta d-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-politika soċjali, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema. Il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa f’dan ir-rigward regoli minimi li l-Istati Membri għandhom josservaw. Għalhekk, fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, id-dritt tal-Unjoni jiddefinixxi rekwiżiti minimi ta’ saħħa u ta’ sigurtà, billi jippermetti lill-ħaddiema jibbenefikaw minn perijodi minimi ta’ mistrieħ. Sabiex jiżgura l-bilanċ bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, huwa jipprevedi wkoll regoli fil-qasam tal-leave parentali. Fl-aħħar nett, huwa jorganizza l-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali, bil-għan li jiżgura l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-ħaddiema kollha tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tippreċiża l-kundizzjonijiet ta’ aċċess tal-ħaddiema ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal allowances nazzjonali.


Il-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-post tax-xogħol — tipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema
Ara l-video fuq YouTube

  • Mistoqsija minn qorti Rumena dwar l-interpretazzjoni tad-direttiva dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, il-Qorti tal-Ġustizzja analizzat is-sitwazzjoni ta’ esperti impjegati mill-Academia de Studii Economice din București (ASE) bis-saħħa ta’ numru ta’ kuntratti ta’ xogħol u li, xi jiem, kienu akkumulaw it-tmien sigħat ta’ xogħol maħduma fil-kuntest tal-ħinijiet ta’ xogħol u s-sigħat ta’ xogħol maħduma fil-kuntest ta’ proġett jew proġetti oħra. Hija indikat li, meta ħaddiem ikun ikkonkluda diversi kuntratti ta’ xogħol mal-istess persuna li timpjega, il-perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kuljum japplika għall-kuntratti meħuda kollha kemm huma u mhux għal kull wieħed mill-kuntratti meħuda separatament.
    Sentenza Academia de Studii Economice din Bucureşti vs Organismul Intermediar pentru Programul Operaţional Capital Uman – Ministerul Educaţiei Naţionaletas-17 ta’ Marzu 2021 (C‑585/19)

  • Fil-kuntest ta’ kawża bejn ex fizzjal tal-armata Slovena u l-Ministeru għad-Difiża dwar ir-remunerazzjoni tal-attività ta’ għassa tiegħu, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat il-każijiet li fihom id-direttiva dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ma tapplikax għall-attivitajiet eżerċitati minn suldati. Din id-direttiva ma tipprekludix li perijodu on-call li matulu suldat huwa obbligat jibqa’ fil-kwartieri fejn huwa assenjat iżda ma jwettaqx xogħol effettiv jiġi rremunerat b’mod differenti minn perijodu on-call li matulu huwa jwettaq xogħol effettiv
    Sentenza Ministrstvo za obrambo tal-15 ta’ Lulju 2021 (C‑742/19)

  • F’kawża għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti Lussemburgiża, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat id-direttiva li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave parentali. Hija indikat li Stat Membru ma jistax jissuġġetta d-dritt għal leave parentali għar-rekwiżit li l-ġenitur kellu impjieg fil-mument tat-twelid jew tal-adozzjoni tal-wild. Madankollu, dan l-Istat Membru jista’ jeżiġi li l-ġenitur ikun okkupa, mingħajr interruzzjoni, impjieg matul perijodu ta’ mill-inqas tnax-il xahar immedjatament qabel il-bidu ta’ dan il-leave parentali.
    Sentenza XI vs Caisse għall-futur tat-tfaltal-25 ta’ Frar 2021 (C‑129/20)

  • Fl-Italja, l-għoti ta’ allowance tat-twelid u ta’ allowance tal-maternità ġie rrifjutat lil diversi ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom permess tax-xogħol uniku miksub bis-saħħa ta’ liġi nazzjonali li ttrasponiet direttiva tal-Unjoni, għar-raġuni li dawn il-persuni ma kellhomx l-istatus ta’ resident għal perijodu twil. Adita mill-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Italja), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kellhom id-dritt li jibbenefikaw minn dawn l-allowances kif previst mil-leġiżlazzjoni Taljana.
    Sentenza O. D. et vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) tat-2 ta’ Settembru 2021 (C‑350/20)

Unjoni bankarja

L-unjoni bankarja hija komponent essenzjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Unjoni li nħolqot bħala risposta għall-kriżi finanzjarja tal-2008 u għall-kriżi tad-dejn sovran li seħħet fiż-żona tal-euro. L-unjoni bankarja tfittex li s-settur bankarju taż-żona tal-euro u, b’mod iktar wiesa’, tal-Unjoni Ewropea jibqa’ stabbli, sigur u affidabbli, u b’hekk jikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja ġenerali, sabiex il-banek ikunu jistgħu jirreżistu għall-kriżijiet finanzjarji u li tinstab soluzzjoni għan-nuqqasijiet tal-banek mingħajr ma jirrikorru għall-flus tal-persuni taxxabbli tal-Unjoni u billi jitnaqqsu l-konsegwenzi tagħhom fuq l-ekonomija tal-Unjoni. L-Istati Membri taż-żona tal-euro huma parti mill-unjoni bankarja u dawk li ma jagħmlux parti minnha jistgħu jipparteċipaw fihapermezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jintalbu regolarment jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-unjoni bankarja.

  • F’Ġunju 2018, il-Prosekutur Latvjan akkuża lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Latvja b’diversi reati ta’ korruzzjoni. Dan il-gvernatur kien, f’din il-kwalità, ukoll membru tal-Kunsill Ġenerali u tal-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Fid-dawl ta’ din il-partikolarità, il-qorti Latvjana adita bil-kawża staqsiet jekk il-persuna kkonċernata setgħetx tibbenefika minn immunità bis-saħħa tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li tagħti lill-uffiċjali u lill-membri tal-persunal l-oħra tal-Unjoni immunità ġudizzjarja għall-atti kollha mwettqa minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta awtorità kriminali tikkonstata li l-aġir ta’ gvernatur ta’ bank ċentrali ta’ Stat Membru manifestament ma twettaqx minn dan tal-aħħar fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu, l-immunità ma tapplikax. Ma jitwettqux atti ta’ frodi, ta’ korruzzjoni jew ta’ ħasil tal-flus minn gvernatur ta’ bank ċentrali fil-kwalità uffiċjali tiegħu.
    Sentenza LG enerālprokuratūratat-30 ta’ Novembru 2021 (C‑3/20)

  • Fl-2016, l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) ħarġet linji gwida dwar il-modalitajiet ta’ governanza u s-sorveljanza tal-prodotti għal prodotti bankarji bl-imnut. Permezz ta’ avviż ippubblikat fis-sit internet tagħha, l-Autorité de contrôle prudentiel et de résolution (l-Awtorità għas-Sorveljanza u r-Riżoluzzjoni Prudenzjali) (ACPR) (Franza) ħabbret li hija kienet ikkonformat ruħha ma’ dawn il-linji gwida, li għalhekk saru applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha suġġetti għas-superviżjoni tagħha. Il-Fédération bancaire français (FBF) għalhekk talbet lill-Conseil d’État Franċiż l-annullament tal-opinjoni, billi qieset li l-EBA ma kellhiex il-kompetenza sabiex toħroġ tali linji gwida. Il-Conseil d’État ressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tar-rimedji ġudizzjarji disponibbli sabiex jiġi żgurat l-istħarriġ tal-legalità tal-linji gwida inkwistjoni u fir-rigward tal-validità ta’ dawn tal-aħħar. Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li l-proċedura tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari tista’ tintuża sabiex tiġi mistħarrġa din il-validità u li l-linji gwida kienu, f’dan il-każ, validi.
    Sentenza FBFtal-15 ta’ Lulju 2021 (C‑911/19)

Miżuri restrittivi u politika barranija

Il-miżuri restrittivi jew “sanzjonijiet” jikkostitwixxu strument essenzjali tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-Unjoni Ewropea. Dawn jintużaw fil-qafas ta’ azzjoni integrata u globali li tinkludi b’mod partikolari djalogu politiku. L-Unjoni tirrikorri għaliha, b’mod partikolari sabiex tippreżerva l-valuri, l-interessi fundamentali u s-sigurtà tal-Unjoni u tipprevjeni l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali. Is-sanzjonijiet jipprovaw, fil-fatt, iqajmu bidla fil-politika jew fl-aġir min-naħa tal-persuni jew entitajiet ikkonċernati, sabiex jiġu promossi l-għanijiet tal-PESK.

  • Is-“sanzjonijiet sekondarji” huma bbażati fuq il-kapaċità tal-Gvern Amerikan li juża s-supremazija tas-sistema finanzjarja tiegħu sabiex iġiegħel lil entitajiet barranin jirrinunzjaw għal tranżazzjonijiet, barra minn hekk legali, mal-persuni ssanzjonati. Id-dritt tal-Unjoni jipprojbixxi lil dawn l-entitajiet milli jikkonformaw ruħhom ma’ dawn is-sanzjonijiet, ħlief jekk jiġi awtorizzat mill-Kummissjoni Ewropea meta n-nuqqas ta’ osservanza tal-liġijiet barranin jippreġudika serjament l-interessi ta’ dawn l-entitajiet. Deutsche Telekom kienet xoljiet unilateralment, mingħajr motivazzjoni jew awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, il-kuntratti ta’ provvista ta’ servizz li kienu jorbtuha mal-fergħa Ġermaniża tal-bank Iranjan Melli, proprjetà tal-Istat Iranjan. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-projbizzjoni imposta mid-dritt tal-Unjoni li jikkonforma ruħu mas-sanzjonijiet sekondarji meħuda mill-Istati Uniti kontra l-Iran tista’ tiġi invokata f’kawża ċivili, anki fl-assenza ta’ informazzjoni speċifika indirizzata minn awtorità tal-Istati Uniti. Il-Qorti Ġermaniża li lilha l-bank Iranjan indirizza ruħu mbagħad kellha tibbilanċja l-għan imfittex minn din il-projbizzjoni kif ukoll il-probabbiltà u l-portata tat-telf ekonomiku li Deutsche Telekom setgħet tbati li kieku ma setgħetx ittemm ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma’ dan il-bank.
    Sentenza Bank Melli Irantal-21 ta’ Diċembru 2021 (C‑124/20)

  • Fid-dawl tad-deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tal-Istat ta’ dritt u tad-demokrazija, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta, fl-2017, regolament li stabbilixxa miżuri restrittivi kontra l-Venezwela). Din tal-aħħar għalhekk talbet l-annullament ta’ dawn il-miżuri quddiem il-Qorti Ġenerali, iżda din tal-aħħar qieset li l-Venezwela ma kellhiex locus standi kontra tali regolament. Adita b’appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, għall-kuntrarju, li dan l-Istat kellu locus standi kontra regolament li jintroduċi miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu u għalhekk bagħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni fuq il-mertu tar-rikors għal annullament.
    Sentenza Il-Venezwela vs Il‑Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2021 (C‑872/19 P)

Spazju kriminali Ewropew

L-ispazju kriminali Ewropew huwa mibni fuq diversi prinċipji: ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, l-approssimazzjoni tad-dritt kriminali tal-Istati Membri, it-twaqqif ta’ atturi integrati ta’ kooperazzjoni u, fl-aħħar nett, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali f’dan il-qasam. B’dan il-mod, l-għan mogħti lill-Unjoni Ewropea li ssir spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja wassal sabiex titneħħa l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u minflokha tiġi stabbilita sistema ta’ konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji. Il-mandat ta’ arrest Ewropew jikkostitwixxi l-ewwel pass konkret, fil-qasam tad-dritt kriminali, tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku li hija l-ġebla tax-xewka tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri. Din hija deċiżjoni ġudizzjarja ta’ Stat Membru sabiex tiġi arrestata u kkonsenjata persuna mfittxija fi Stat Membru ieħor għall-eżerċizzju tal-prosekuzzjonijiet kriminali jew sabiex tiġi eżegwita piena jew miżura ta’ sigurtà li tirrestrinġi l-libertà. Id-deċiżjonijiet dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli suffiċjenti fuq livell nazzjonali u jiġri li jqumu diffikultajiet ta’ interpretazzjoni; għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja tiġi adita sabiex tneħħi dawn id-diffikultajiet

  • F’kawża li tirrigwarda l-eżekuzzjoni, fl-Irlanda, ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mir-Renju Unit qabel il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet dwar is-sistema tal-mandat ta’ arrest Ewropew fir-rigward tar-Renju Unit, previsti fil-Ftehim dwar il-Ħruġ, u dawk li jikkonċernaw il-mekkaniżmu l-ġdid ta’ konsenja li jinsab fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u dan l-Istat terz, huma vinkolanti għall-Irlanda. L-inklużjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fl-imsemmija ftehimiet ma tiġġustifikax iż-żieda ta’ bażi legali relatata mal-ispazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja għall-finijiet tal-konklużjoni tagħhom, b’tali mod li l-imsemmija dispożizzjonijiet ma jirrikjedux li l-Irlanda tkun f’pożizzjoni li tagħżel li tiġi suġġetta għalihom jew le.
    Sentenza Governor of Cloverhill Prison ettas-16 ta’ Novembru 2021 (C‑479/21 PPU)

B | Iċ-ċifri bażiċi tal-attività ġudizzjarja

Il-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ prinċipalment tisma’ kawżi dwar:

  • talbiet għal deċiżjoni preliminari, meta qorti nazzjonali jkollha dubji dwar l-interpretazzjoni ta’ att adottat mill-Unjoni jew dwar il-validità tiegħu. F’dan il-każ, il-qorti nazzjonali tissospendi l-kawża quddiemha u tagħmel talba lillQorti tal-Ġustizzja, li tagħti deċiżjoni dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lid-dispożizzjonijiet inkwistjoni jew dwar il-validità tagħhom. Ladarba tingħata d-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti nazzjonali tkun tista’ taqta’ l-kawża quddiemha. Fost il-kawżi li jirrikjedu risposta fi żmien qasir ħafna (pereżempju fil-qasam tal-ażil, tal-kontroll tal-fruntieri, tal-ħtif ta’ minuri, eċċ.), hemm prevista proċedura preliminari b’urġenza (“PPU”);
  • appelli, mid-deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ġenerali, li huma rimedji ġudizzjarji li bihom il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tħassar deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali;
  • rikorsi diretti, li jfittxu prinċipalment li:
    • att tal-Unjoni jiġi annullat (“rikors għal annullament”) jew
    • jiġi kkonstatat li Stat Membru naqas taħt id-dritt tal-Unjoni (“rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu”). Jekk l-Istat Membru ma jikkonformax ruħu mas-sentenza li tkun ikkonstatat in-nuqqas, rikors ieħor, imsejjaħ “rikors għat-tieni nuqqas”, jista’ jwassal lill-Qorti tal-Ġustizzja timponi fuqu sanzjoni ta’ flus
  • talbiet għal opinjoni dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati ta’ ftehim li l-Unjoni tkun qiegħda tippjana li tikkonkludi ma’ Stat terz jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali. Din it-talba tista’ titressaq minn Stat Membru jew minn istituzzjoni Ewropea (il-Parlament, il-Kunsill jew il-Kummissjoni)

838 Kawża mressqa

Proċeduri preliminari 567 li minnhom 9 PPUs

Stati Membri li minnhom prinċipalment joriġinaw it-talbiet: Ġermanja 106 Bulgarija 58 Italja 46 Rumanija 38 Awstrija 37

Rikorsi diretti 29 li minnhom 22 rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u 1 rikors għat-“tieni nuqqas”

232 Appell minn deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali

12 -il talba għal għajnuna legali

Parti fil-kawża li ma tkunx tista’ tħallas għall-ispejjeż tal-kawża tista’ titlob li tibbenefika mill-għajnuna legali b’xejn.

772 Kawża maqtugħa

Proċeduri preliminari

547 li minnhom 9 PPUs

30 Rikors diretti

li minnhom

1 Opinjoni

183 Appell minn deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali Proċeduri preliminari 547 li minnhom 9 PPU Rikors dirett

li minnhomli minnhom 23 annullaw id-deċiżjoni adottata mill-Qorti Ġenerali

Tul medju tal-kawżi 16.6-il xahar

3.7 xhur Tul medju tal-proċeduri b’urġenza għal deċiżjoni preliminari

1 113 Kawżi pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2021

Suġġetti ewlenin ittrattati

Agrikoltura 24

Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja 136

Protezzjoni tal-konsumatur 63

Unjoni Doganali 17

Ambjent 45

Libertajiet ta’ moviment u ta’ stabbiliment u suq intern 77

Proprjetà intellettwali u industrijali 49

Dritt soċjali 64

Għajnuna mill-Istat u kompetizzjoni 115

Tassazzjoni 80

Trasport 61

Il-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija komposta minn 27 Imħallef u 11-il Avukat Ġenerali.

L-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali jintgħażlu bi ftehim bejn il-gvernijiet tal-Istati Membri, wara konsultazzjoni ma’ kumitat inkarigat li jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati proposti li jaqdu d-dmirijiet inkwistjoni. Il-mandat tagħhom huwa ta’ sitt snin li jista’ jiġġedded.

Huma jintgħażlu minn fost personalitajiet li jipprovdu garanzija ta’ indipendenza sħiħa u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet mitluba sabiex jokkupaw, fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, l-ogħla karigi ġudizzjarji, jew li huma ġuristi ta’ kompetenza magħrufa.

K. Lenaerts

President

L. Bay Larsen

Viċi President

A. Arabadjiev

President tal-Ewwel Awla

A. Prechal

Presidenta tat-Tieni Awla

K. Jürimäe

Presidenta tat-Tielet Awla

C. Lycourgos

President tar-Raba’ Awla

E. Regan

President tal-Ħames Awla

M. Szpunar

Avukat Ġenerali Ewlieni

S. Rodin

President tad-Disa’ Awla

I. Jarukaitis

President tal-Għaxar Awla

N. Jääskinen

President tat-Tmien Awla

I. Ziemele

Presidenta tas-Sitt Awla

J. Passer

President tas-Seba’ Awla

J. Kokott

Avukata Ġenerali

M. Ilešič

Imħallef

J.-C. Bonichot

Imħallef

T. von Danwitz

Imħallef

M. Safjan

Imħallef

F. Biltgen

Imħallef

M. Campos Sánchez-Bordona

Avukat Ġenerali

P. G. Xuereb

Imħallef

N. J. Cardoso da Silva Piçarra

Imħallef

L. S. Rossi

Imħallef

G. Pitruzzella

Avukat Ġenerali

P. Pikamäe

Avukat Ġenerali

A. Kumin

Imħallef

N. Wahl

Imħallef

J. Richard de la Tour

Avukat Ġenerali

A. Rantos

Avukat Ġenerali

D. Gratsias

Imħallef

M. L. Arastey Sahún

Imħallef

A. M. Collins

Avukat Ġenerali

M. Gavalec

Imħallef

N. Emiliou

Avukat Ġenerali

Z. Csehi

Imħallef

O. Spineanu-Matei

Imħallef

T. Ćapeta

Avukat Ġenerali

L. Medina

Avukat Ġenerali

A. Calot Escobar

Reġistratur

Kompożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

(Ordni protokollari tal-31 ta’ Diċembru 2021)

L-ewwel filliera, mix-xellug għal-lemin:

L-Avukat Ġenerali Ewlieni M. Szpunar, il-President ta’ Awla C. Lycourgos, il-Presidenta ta’ Awla A. Prechal, il-Viċi President L. Bay Larsen, il-President K. Lenaerts, il-President ta’ Awla A. Arabadjiev, il-Presidenta ta’ Awla K. Jürimäe, il-Presidenti ta’ Awla E. Regan u S. Rodin

It-tieni filliera, mix-xellug għal-lemin:

L-Imħallfin T. von Danwitz u M. Ilešič, il-Presidenti ta’ Awla J. Passer, N. Jääskinen u I. Jarukaitis, il-Presidenta ta’ Awla I. Ziemele, l-Avukata Ġenerali J. Kokott, l-Imħallef J.-C. Bonichot

It-tielet filliera, mix-xellug għal-lemin:

L-Avukat Ġenerali P. Pikamäe, l-Imħallef L. S. Rossi, l-Imħallfin P. G. Xuereb, F. Biltgen u M. Safjan, l-Avukat Ġenerali M. Campos Sánchez-Bordona, l-Imħallef N. J. Piçarra, l-Avukat Ġenerali G. Pitruzzella

Ir-raba’ filliera, mix-xellug għal-lemin:

L-Imħallef M. L. Arastey Sahún, l-Avukat Ġenerali A. Rantos, l-Imħallfin N. Wahl u A. Kumin, l-Avukat Ġenerali J. Richard de la Tour, l-Imħallef D. Gratsias, l-Avukat Ġenerali A. M. Collins

Il-ħames filliera, mix-xellug għal-lemin:

L-Avukata Ġenerali L. Medina, l-Imħallef O. Spineanu-Matei, l-Avukat Ġenerali N. Emiliou, l-Imħallfin M. Gavalec u Z. Csehi, l-Avukata Ġenerali T. Ćapeta, ir-Reġistratur A. Calot Escobar

Il-Qorti Ġenerali

Il-Qorti Ġenerali tista’ tintalab tisma’ kawżi, fl-ewwel istanza, dwar rikorsi diretti ppreżentati mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi (kumpanniji, assoċjazzjonijiet, eċċ.) u mill-Istati Membri kontra l-atti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi jew tal-organi tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll dwar rikorsi diretti intiżi għal kumpens għal danni kkawżati mill-istituzzjonijiet jew mill-persunal tagħhom. Il-parti l-kbira mill-kontenzjuż hija ta’ natura ekonomika: proprjetà intellettwali (trade marks, disinni tal-Unjoni Ewropea), kompetizzjoni, għajnuna mill-Istat u sorveljanza bankarja u finanzjarja.

Il-Qorti Ġenerali hija wkoll kompetenti sabiex taqta’ kawżi fil-qasam tas-servizz pubbliku dwar tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha.

Mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali jista’ jiġi ppreżentat appell, fuq punti ta’ liġi biss, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-kawżi li diġà jkunu bbenefikaw minn eżami doppju (minn Bord tal-Appell indipendenti, imbagħad mill-Qorti Ġenerali), il-Qorti tal-Ġustizzja tammetti l-appell biss jekk dan l-appell iqajjem kwistjoni ta’ natura sinjifikattiva għall-unità, għall-koerenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni.

882 Kawża mressqa

785 Rikors dirett

li minnhom 80 Għajnuna mill-Istat u kompetizzjoni (inklużi 4 rikorsi ppreżentati mill-Istati Membri))

308 Proprjetà intellettwali u industrijali

81 Servizz pubbliku tal-UE

316 Rikors dirett ieħor (inklużi 11-il rikors imressaq mill-Istati Membri)

70 Talba għal għajnuna legali

Parti fil-kawża li ma tkunx tista’ tħallas għall-ispejjeż tal-kawża tista’ titlob li tibbenefika mill-għajnuna legali b’xejn.

951 Kawża maqtugħa

836 Rikors dirett

li minnhom 81 Għajnuna mill-Istat u kompetizzjoni

307 Proprjetà intellettwali u industrijali

128 Servizz pubbliku tal-UE

320 Rikors dirett ieħor

Tul medju tal-kawżi 17.3-il xahar

29% Proporzjon tad-deċiżjonijiet li minnhom sar appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

1 428 Kawża pendenti (fil-31 ta’ Diċembru 2021)

Suġġetti prinċipali tar-rikorsi

Aċċess għal dokumenti 44

Agrikoltura 23

Kompetizzjoni 96

Politika ekonomika u monetarja 179

Ambjent 16

Proprjetà intellettwali u industrijali 320

Kuntratti pubbliċi 25

Miżuri restrittivi 51

Regolamenti tal-Persunal tal-UE 133

Għajnuna mill-Istat 273

Il-membri tal-Qorti Ġenerali

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea hija komposta minn żewġ Imħallfin għal kull Stat membru mill-1 ta’ Settembru 2019. L-Imħallfin jinħatru fi ftehim komuni mill-Istati Membri għal mandat ta’ sitt snin li jista’ jiġġedded. L-imħallfin jaħtru minn fosthom il-President u l-Viċi President għal perijodu ta' tliet snin li jista’ jiġġedded. Huma jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’imparzjalità sħiħa

M. van der Woude

President

S. Papasavvas

Viċi President

H. Kanninen

President ta’ Awla

V. Tomljenović

President ta’ Awla

S. Gervasoni

President ta’ Awla

D. Spielmann

President ta’ Awla

A. Marcoulli

President ta’ Awla

R. da Silva Passos

President ta’ Awla

J. Svenningsen

President ta’ Awla

M. J. Costeira

President ta’ Awla

A. Kornezov

President ta’ Awla

G. De Baere

President ta’ Awla

M. Jaeger

Imħallef

S. Frimodt Nielsen

Imħallef

J. Schwarcz

Imħallef

M. Kancheva

Imħallef

E. Buttigieg

Imħallef

V. Kreuschitz

Imħallef

L. Madise

Imħallef

C. Iliopoulos

Imħallef

V. Valančius

Imħallef

N. Półtorak

Imħallef

F. Schalin

Imħallef

I. Reine

Imħallef

R. Barents

Imħallef

P. Nihoul

Imħallef

U. Öberg

Imħallef

K. Kowalik-Bańczyk

Imħallef

C. Mac Eochaidh

Imħallef

R. Frendo

Imħallef

T. Pynnä

Imħallef

L. Truchot

Imħallef

J. Laitenberger

Imħallef

R. Mastroianni

Imħallef

J. Martín y Pérez de Nanclares

Imħallef

O. Porchia

Imħallef

G. Hesse

Imħallef

M. Sampol Pucurull

Imħallef

M. Stancu

Imħallef

P. Škvařilová-Pelzl

Imħallef

I. Nõmm

Imħallef

G. Steinfatt

Imħallef

R. Norkus

Imħallef

T. Perišin

Imħallef

D. Petrlík

Imħallef

M. Brkan

Imħallef

P. Zilgalvis

Imħallef

K. A. Kecsmár

Imħallef

I. Gâlea

Imħallef

E. Coulon

Reġistratur