Jannar

8 Tressiq tal-kawżi Sea Watch

Marzu

1 David Petrlík (ir-Repubblika Ċeka) daħal fil-kariga bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali.

11 Preżentata tar-rikorsi mill-Ungerija u l-Polonja kontra s-sistema ta’ kundizzjonalità

17 L-ewwel sentenza fil-lingwa tal-kawża Irlandiża

Mejju

9 Jum l-Ewropa 2021

Ġunju

24 Jingħata l-Premju għall-amministrazzjoni tajba lill-Qorti tal-Ġustizzja

Lulju

6 Dħul fil-kariga ta’ Maja Brkan (is-Slovenja) bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali

Settembru

2-3 Konferenza f’Riga (il-Latvja), tal-imħallfin tal-qrati kostituzzjonali nazzjonali u tal-Qorti tal-Ġustizzja

27 Dħul fil-kariga ta’ Pēteris Zilgalvis (il-Latvja) bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali

Ottubru

7 Tiġdid parzjali tal-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja

8 Elezzjoni mill-ġdid tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja Koen Lenaerts (il-Belġju) u elezzjoni tal-Viċi President Lars Bay Larsen (id-Danimarka)

25 Jum Ewropew għall-Ġustizzja 2021

27 Dħul fil-kariga ta’ Krisztián Kecsmár (l-Ungerija) u Ion Gâlea (ir-Rumanija) bħala Mħallfin fil-Qorti Ġenerali

Novembru

22-23 Forum tal-membri tal-ġudikatura 2021

A | Is-sena f’ritratti

4 JANNAR

Tressiq tal-kawża Rzecznik Praw Obywatelskich

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti deċiżjoni dwar il-possibbiltà għall-awtoritajiet Pollakki li jirrifjutaw li jirreġistraw l-att tat-twelid ta’ wild imwieled fi Spanja, maħruġ mill-awtoritajiet Spanjoli, li jsemmi żewġ nisa bħala ommijiet ta’ dan il-wild (C‑2/21).

8 JANNAR

Tressiq tal-kawżi Sea Watch

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddetermina jekk l-awtoritajiet portwali jistgħux jeżerċitaw is-setgħat tagħhom kontra vapur iċċertifikat bħala trasportatur ta’ tagħbija iżda li, fil-prattika, jeżerċita operazzjonijiet ta’ riċerka u ta’ salvataġġ fil-baħar ta’ migranti (C‑14/21 u C‑15/21).

26 JANNAR

Sentenza fil-kawża VL vs Szpital Kliniczny

l-ħlas ta’ suppliment tas'salarju esklużivament lill'ħaddiema b’diżabbiltà li jkunu ssottomettew ċertifikat ta’ rikonoxximent ta’ diżabbiltàwara data ffissata mill-persuna li timpjega tista’ tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq id-diżabbiltà (C‑16/19).

3 FRAR

Sentenza fil-kawża Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija

L-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li tiżgura, fit-territorju kollu tagħha, l-osservanza tal-valur limitu ta’ kuljum stabbilit għall-partiċelli PM10 u li l-perijodu ta’ qbiż ta’ dan il-valur limitu jkun l-iqsar possibbli (C‑637/18).

17 FRAR

Sentenzi fil'kawżi Ryanair DAC vs Il‑Kummissjoniu Ryanair DAC vs Il‑Kummissjoni

L-għajnuna mogħtija mill-Isvezja u minn Franza lill-kumpanniji tal-ajru, fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni (T‑238/20 u T‑259/20).

1 MARZU

Dħul fil-kariga ta’ membru ġdid fil-Qorti Ġenerali

Udjenza solenni fl-okkażjoni tal'ġurament u tad-dħul fil-kariga ta’ David Petrlík (ir-Repubblika Ċeka) bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali.

8 MARZU

Tressiq tal-kawża CIHEF et

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti deċiżjoni dwar il'possibbiltà għal Stat Membru li jadotta, fl-interess tas'saħħa pubblika u tal-ambjent, regoli restrittivi fil-qasam tal-prattiki kummerċjali u tar-reklamar għall-prodotti bijoċidali (C‑147/21).

11 MARZU

Preżentata tar-rikorsi L‑Ungerija u Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill kontra s-sistema ta’ kundizzjonalità

L-Ungerija u l-Polonja jitolbu l-annullament tar-regolament li jistabbilixxi sistema ġenerali ta’ kundizzjonalità għall'protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ ksur tal-prinċipji tal'istat tad-dritt fl-Istati Membri (C‑156/21 u C‑157/21).

17 MARZU

L-ewwel sentenza fil-lingwa tal-kawża Irlandiża

Fil-ġurnata ta’ Saint Patrick, patrun tal-Irlanda, il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti l-ewwel sentenza tagħha f’kawża bil'lingwa tal-kawża Irlandiża.Skont direttiva tal-Unjoni, iż'żewġ lingwi uffiċjali tal-Irlanda għandhom jintużaw għall'informazzjoni fuq il-prodotti mediċinali veterinarji. Qorti Irlandiża għandha tikkonstata l-assenza ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva u tiddeċiedi li l-Istat għandu jirrimedja għaliha (C‑64/20).

24 MARZU

Sentenza fil-kawża Lego

Il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) ma kellux jannulla d-disinn Komunitarju ta’ brikk ta’ kaxxa tal-logħob ta’ kostruzzjoni Lego (T‑515/19).

9 APRIL

Preżentata tar'rikors Firearm United Network

Assoċjazzjoni Pollakka ta’ proprjetarji ta’ armi tan-nar titlob l-annullament tar'regolament li jipprojbixxi l-użu taċ-ċomb tal-kaċċa. Hija tqis li dan it-test jippreġudika l-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika u li tiġi pprattikata l-kaċċa (T‑187/21).

14 APRIL

Sentenzi fil'kawżi Ryanair DAC vs Il‑Kummissjoni

Il-miżuri ta’ għajnuna Vimplimentati mill-Isvezja u mid'Danimarka favur il-kumpannija tal-ajru SAS kif ukoll il-garanzija mogħtija lill-kumpannija tal'ajru Finnair mill-Finlandja wara l-pandemija tal-COVID-19 huma konformi mad-dritt tal-Unjoni (T‑378/20, T‑379/20 u T‑388/20).

20 APRIL

Sentenza fil-kawża Repubblika vs Il-Prim Ministru

Id-dispożizzjonijiet Maltin li jagħtu lill-Prim Ministru setgħa deċiżiva fil-ħatra tal'membri tal-ġudikatura, filwaqt li jipprevedu l-involviment ta’ korp indipendenti responsabbli sabiex jevalwa l-kandidati u sabiex jagħti parir ma jmorrux kontra d-dritt tal-Unjoni (C‑896/19).

4 MEJJU

Preżentata tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbliguI l‑Kummissjoni vs Franza (PM10)

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li Franza naqset milli twettaq l-obbligi tagħha fuq il-kwalità tal-arja, billi qabżet b’mod sistematiku u persistenti l-valur limitu ta’ kuljum għall-partiċelli fini (PM10) fiż-żoni ta’ Pariġi u Martinique/Fort-de-France (C‑286/21).

9 MEJJU

Jum l-Ewropa 2021

Sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jafu aħjar id-drittijiet tagħhom u jiġu informati dwar il-funzjonament tal-ġustizzja Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tistieden liċ-ċittadini jaraw animazzjonijiet fuq ir-rwol tagħha u fuq il-ġurisprudenza tagħha, tagħmel mistoqsijiet permezz ta’ Twitter u LinkedIn u tagħmel żjara virtwali tal-bini li jospitaha.

12 MEJJU

Sentenza fil-kawżi Il‑Lussemburgu vs Il‑Kummissjoni u Amazon EU u Amazon.com, Inc. vs Il‑Kummissjoni

Il-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ddikjarat li l-vantaġġi fiskali mogħtija mil-Lussemburgu lill'kumpanniji tal-grupp Amazon kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali (T‑816/17 u T‑318/18).

3 ĠUNJU

Sentenza fil-kawża L‑Ungerija vs Il‑Parlament

Il-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-rikors tal-Ungerija kontra r-riżoluzzjoni tal-Parlament li tagħti bidu għall-proċedura ta’ konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju, minn dan l-Istat Membru, tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (C‑650/18).

22 ĠUNJU

Sentenza fil-kawżi Youtube u Cyando

Fl-Istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-operaturi ta’ pjattaformi online ma humiex bħala prinċipju responsabbli għall-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-kontenut protett mid-drittijiet tal-awtur imqiegħed online illegalment mill-utenti tagħhom (C‑682/18 u C‑683/18).

22 ĠUNJU

Preżentata tar-rikors Syndesmos Tyrokomon Kyprou et vs Il‑Kummissjoni

Produtturi tal-ġobon u tal-ħalib tal-baqra jitolbu lill-Qorti Ġenerali tannulla r-regolament tal-Kummissjoni li jirreġistra l-proliferazzjoni Χαλλούμι (Halloumi) bħala denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO) (T‑361/21).

24 ĠUNJU

Premju għall-amministrazzjoni tajba

L-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-Premju għall-amministrazzjoni tajba 2021 fil-kategorija “Eċċellenza fl-innovazzjoni/trasformazzjoni”, għall-proġett “seduti mill-bogħod”.

24 ĠUNJU

Sentenza fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Spanja

Spanja kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-estrazzjoni tal-ilma illegali u dak iddestinat għall-provvista urbana waqt l-istima tal-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art minn la Doñana, l-iktar żona umda importanti fl-Ewropa (C‑559/19).

4-5 LULJU

Sechser‑Treffen fi Vjenna

Delegazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tmur Vjenna sabiex tipparteċipa fil-laqgħa “Sechser-Treffen”, li kull sentejn tiġbor rappreżentanti tal-qrati kostituzzjonali Ġermanofoni tal-Ġermanja, tal-Awstrija, tal-Isvizzera u tal-Liechtenstein kif ukoll tal-Qorti tal-Ġustizzjatal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

6 LULJU

Dħul fil-kariga ta’ membru ġdid fil-Qorti Ġenerali

Udjenza solenni fl-okkażjoni tal-ġurament u tad-dħul fil-kariga ta’ Maja Brkan (is-Slovenja) bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali.

15 LULJU

Sentenza fil-kawżi WABE u MH Müller Hande

Il-projbizzjoni li wieħed jilbes kwalunkwe forma viżibbli ta’ espressjoni ta’ twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż fuq il-post tax-xogħol tista’ tiġi ġġustifikata mill-ħtieġa tal-persuna li timpjega li tippreżenta ruħha b’mod newtrali lill-klijenti tagħha jew li tipprevjeni kunflitti soċjali (C‑804/18 u C‑341/19).

20 LULJU

Tressiq tal-kawża Schrems vs Facebook

M. Schrems isostni li l-kunsens tiegħu għall-kundizzjonijiet tal-użu tal-pjattaforma Facebook ma huwiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (RĠPD) u jitlob lil Facebook tieqaf tipproċessa d-datatiegħu għal finijiet ta’ pubbliċità personalizzata u li jużaha għall-konsultazzjoni ta’ siti internet ta’ terzi (C‑446/21).

1 AWWISSU

Mewt ta’ Barna Berke

Imut Barna Berke (l-Ungerija), Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

31 AWWISSU

Tressiq tat-talba għal deċiżjoni preliminari Verband Sozialer Wettbewerb

Il-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) tistaqsi jekk il-prezz tal-bejgħ ta’ prodotti ppakkjati fi fliexken jew f’kontenituri tal-ħġieġ ikkunsinnati għandux inkludi l-ammont tal-kunsinna li l-konsumatur għandu jħallas (C‑543/21).

2-3 SETTEMBRU

Bejn tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni u identitajiet nazzjonali — Konferenza ta’ Riga

Tinżamm konferenza f’Riga (il-Latvja), li tlaqqa’ għall-ewwel darba mħallfin tal-qrati kostituzzjonali nazzjonali u tal-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar approċċ komuni li jippermetti l-konċiljazzjoni tan-neċessità tal-unità Ewropea mar-realtà tat-tradizzjonijiet kostituzzjonali u tal-identitajiet nazzjonali.

2 SETTEMBRU

Sentenza fil-kawża X vs État belge (Dritt ta’ residenza fil-każ ta’ vjolenza domestika)

Ċittadin ta’ pajjiż terz vittma ta’ atti ta’ vjolenza domestika mwettqa mill-konjuġi tiegħu, ċittadin tal-Unjoni Ewropea, ma jinsabx f’sitwazzjoni komparabbli ma’ dik taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, vittma ta’ atti ta’ vjolenza domestika mwettqa mill-konjuġi tiegħu, ċittadin ta’ pajjiż terz (C‑930/19).

9 SETTEMBRU

Sentenza fil-kawża Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne

Id-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta (DPO) jibbenefikaw minn protezzjoni fir-rigward ta’ aġir ipprojbit kemm fir-rigward ta’ prodotti kif ukoll ta’ servizzi (C‑783/19).

10 SETTEMBRU

Tressiq tal-kawżi fuq it-trade mark GOOGLE CAR quddiem il-Qorti Ġenerali

Il-Qorti Ġenerali tintalab tannulla żewġ deċiżjonijiet tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) li jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni tas-sinjal GOOGLE CAR (T‑568/21 u T‑569/21).

20 SETTEMBRU

Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Ir‑Repubblika Ċeka vs Il-Polonja

Peress li ma waqqfitx l-attivitajiet ta’ estrazzjoni ta’ linjite fil-minjiera ta’ Turów, il-Polonja hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità ta’ uljum għal ammont ta’ EUR 500 000 (C‑121/21 R).

27 SETTEMBRU

Dħul fil-kariga ta’ Mħallef ġdid tal-Qorti Ġenerali

Udjenza solenni fl-okkażjoni tal-ġurament u tad-dħul fil-kariga ta’ Pēteris Zilgalvis (il-Latvja) bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali.

6 OTTUBRU

Sentenza fil-kawża A (Qsim tal‑fruntieri f’bastiment rikreattiv)

Stat Membru jista’ jobbliga, taħt piena ta’ sanzjonijiet, liċ-ċittadini tiegħu jżommu fuqhom karta tal-identità jew passaport validu meta jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor, ikun xi jkun il-mezz ta’ trasport użat u r-rotta (C‑35/20).

6 OTTUBRU

Opinjoni Konvenzjoni ta’ Istanbul

Il-Kunsill jista’ jistenna, mingħajr madankollu ma huwa obbligat jagħmel hekk, il-kunsens komuni tal-Istati Membri kollha li jintrabtu bil-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fir-rigward tan-nisa u l-vjolenza domestika (Opinjoni 1/19).

7 OTTUBRU

Tiġdid parzjali tal-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja

Seduta solenni fl-okkażjoni tat-tiġdid parzjali tal-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja. Jidħlu fil-kariga bħala Mħallfin: Dimitrios Gratsias (il-Greċja), Maria Lourdes Arastey Sahún (Spanja), Miroslav Gavalec (is-Slovakkja), Zoltán Csehi (l-Ungerija), ctavia Spineanu-Matei (ir-Rumanija). Jidħlu fil-kariga bħala Avukati Ġenerali: Anthony Michael Collins (l-Irlanda), Nicholas Emiliou (Ċipru), Tamara Ćapeta (il-Kroazja), u Laila Medina (il-Latvja).

8 OTTUBRU

Elezzjoni mill-ġdid tal-President u l-elezzjoni tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja

Koen Lenaerts (il-Belġju) elett mill-ġdid President tal-Qorti tal-Ġustizzja, mill-kollegi tiegħu, għal mandat ta’ tliet snin.
Lars Bay Larsen (id-Danimarka) elett Viċi President, ukoll għal mandat ta’ tliet snin.

8 OTTUBRU

L-elezzjoni mill-ġdid tal-Avukat Ġenerali Ewlieni tal-Qorti tal-Ġustizzja

Maciej Szpunar (il-Polonja) elett, mill-kollegi tiegħu, Avukat Ġenerali Ewlieni tal-Qorti tal-Ġustizzja għal mandat ta’ tliet snin.

8 OTTUBRU

Elezzjoni tal-presidenti tal-awli b’ħames Imħallfin

Il-presidenti tal-awli b’ħames Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eletti għal mandat ta’ tliet snin: Alexander Arabadjiev (il-Bulgarija), Alexandra Prechal (il-Pajjiżi l-Baxxi), Küllike Jürimäe (l-Estonja), Constantinos Lycourgos (Ċipru) u Eugene Regan (l-Irlanda).

11 OTTUBRU

L-elezzjoni mill-ġdid tal-Avukat Ġenerali Ewlieni tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-presidenti tal-awli bi tliet Imħallfin eletti għal mandat ta’ sena: Siniša Rodin (il-Kroazja), Irmantas Jarukaitis (il-Litwanja), Niilo Jääskinen (il-Finlandja), Ineta Ziemele (il-Latvja) u Jan Passer (ir-Repubblika Ċeka).

25 OTTUBRU

Jum Ewropew għall-Ġustizzja 2021

Il-Qorti tal-Ġustizzja attiva fuq Twitter u Linkedin fl-okkażjoni ta’ din il-ġurnata intiża sabiex tippermetti liċ-ċittadini Ewropej jifhmu aħjar id-drittijiet tagħhom u li jkunu informati aħjar dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji.

27 OTTUBRU

Dħul fil-kariga ta’ żewġ membri ġodda fil-Qorti Ġenerali

Seduta solenni fl-okkażjoni tal-ġurament u tad-dħul fil-kariga ta’ Krisztián Kecsmár (l-Ungerija) u Ion Gâlea (ir-Rumanija) bħala Mħallfin fil-Qorti Ġenerali.

8 NOVEMBRU

Laqgħa maċ-CCBE

Delegazzjoni tal-Conseil des barreaux européens (CCBE) tiltaqa’ ma’ membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali. L-iskambju jirrigwarda l-konsegwenzi tal-miżuri proċedurali adottati wara l-pandemija tal-COVID-19 u fuq l-isforzi tal-qrati sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ġustizzja.

10 NOVEMBRU

Sentenza fil-kawża Google u Alphabet vs Il‑Kummissjoni (Google Shopping)

Il-Qorti Ġenerali tiċħad ir-rikors ta’ Google kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissanzjona lill-impriża għal abbuż minn pożizzjoni dominanti u tikkonferma l-multa ta’ EUR 2.42 biljun. Hija kienet iffavorixxiet il-komparatur tal-prodotti tagħha stess b’dannu għall-komparaturi kompetituri (T‑612/17).

15 NOVEMBRU

Seminar bilaterali Qorti tal-Ġustizzja – Conseil d’État Franċiż

Matul dan is-seminar, ġew organizzati tliet dibattitidwar is-suġġetti segwenti: “Ir-Rinviju għal deċiżjoni preliminari: żviluppi reċenti”, “Ir-rwol tal-qorti nazzjonali fil-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ implementazzjoni ta’ direttiva u fis-sanzjonijiet li jirriżultaw minnha”, u “Id-dritt tal-ambjent”.

16 NOVEMBRU

Sentenza fil-kawża Governor of Cloverhill Prison et

Id-dispożizzjonijiet dwar is-sistema tal-mandat ta’ arrest Ewropew fir-rigward tar-Renju Unit previsti fil-Ftehim dwar il-Ħruġ u li jikkonċernaw il-mekkaniżmu l-ġdid ta’ konsenja fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni u dan l-Istat terz huma vinkolanti għall-Irlanda (C‑479/21-PPU).

22-23 NOVEMBRU

Forum tal-membru tal-ġudikatura 2021

Fl-okkażjoni ta’ din il-laqgħa annwali, 136 membru tal-ġudikatura minn 27 Stat Membru, u l-membri ta’ Istituzzjoni jiskambjaw l-attwalità ġurisprudenzjali u l-mekkaniżmi ta’ kollaborazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali.

29 NOVEMBRU

Żjara ta’ delegazzjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Jiġu organizzati tliet dibattiti dwar is-suġġetti segwenti: “Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — metodoloġija u applikazzjoni”, “Id-detenzjoni tal-applikanti għall-ażil”, u “ It-tkeċċija taċ-ċittadini ta’ Stat terz u d-dritt għall-ħajja tal-familja”.

9 DIĊEMBRU

Ġurament solenni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ żewġ membri ġodda tal-Qorti tal-Awdituri

Helga Berger Helga Berger (l-Awstrija) u Marek Opioła (il-Polonja), maħtura membri tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jieħdu l-ġurament solenni previst mit-Trattati matul udjenza solenni.

21 DIĊEMBRU

Tiġdid tal-mandat tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja

Alfredo Calot Escobar (Spanja), reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2010, ikompli fil-funzjonijiet tiegħu, għal mandat ġdid ta’ sitt snin, sas-6 ta’ Ottubru 2028.

B | Is-sena f’ċifri

Bħal fl-2020, l-attività ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-2021, ġarrbet l-effetti tal-kriżi sanitarja. Permezz tal-miżuri li ttieħdu mill-bidu tal-kriżi, il-qrati setgħu jaqdu l-inkarigu tagħhom u jiżguraw il-kontinwità tas-servizz pubbliku tal-ġustizzja Ewropea. L-użu tal-videokonferenza b’interpretazzjoni simultanja ppermetta lir-rappreżentanti tal-partijiet jitkellmu mill-bogħod u lill-qorti li żżomm l-attività ġudizzjarja tagħha fuq livell għoli ħafna fl-2021.

Is-sena ġiet ikkaratterizzata minn tendenza ġdida ta’ żieda fin-numru ta’ kawżi mressqa quddiem iż-żewġ qrati, wara t-tnaqqis temporanju tal-2020, u n-numru ta’ kawżi magħluqin kellu evoluzzjoni paragunabbli.

Iż-żieda fin-numru tal-kawżi mressqa quddiem iż-żewġ qrati, li jammonta għal 1 720 (meta mqabbel ma’ 1 582 fl-2020) hija notevoli. Hija tikkonċerna fuq kollox lill-Qorti tal-Ġustizzja u hija spjegata essenzjalment miż-żieda sinjifikattiva fin-numru ta’ appelli mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali marbuta maż-żieda fl-attività tal-Qorti Ġenerali.

B’1 723 kawża magħluqa b’kollox għaż-żewġ qrati (meta mqabbel ma’ 1 540 fl-2020), il-Qorti tal-Ġustizzja laħqet riżultat qrib dak tas-sena preċedenti, filwaqt li n-numru ta’ kawżi magħluqa mill-Qorti Ġenerali, partikolarment sinjifikattiv, huwa r-riżultat tar-riforma tal-arkitettura istituzzjonali tal-Unjoni, li ntemmet f’Settembru 2019.

It-tul medju tal-proċeduri (17.2-il xahar), li żdied meta mqabbel mal-2020 (15.4-il xahar), huwa dovut, fil-parti l-kbira, għall-miżuri meħuda sabiex jittaffew l-effetti tal-kriżi sanitarja, fosthom l-għoti lill-partijiet ta’ terminu addizzjonali ta’ xahar sabiex jippreżentaw in-noti jew l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom.

Din l-evoluzzjoni parallela tan-numru globali tal-kawżi mressqa u magħluqa fl-2021 tispjega wkoll li n-numru ta’ kawżi pendenti quddiem iż-żewġ qrati jibqa’ stabbli: 2 541 (meta mqabbel ma’ 2 542 fl-2020).

L-istituzzjoni fl-2021

81 Imħallef

11 -il avukat ġenerali

minn 27 Stat Membru

uffiċjali u aġenti2 247

60 % 40 % 1 355 mara 892 raġel

BAĠIT 444 miljun EUR

Ir-rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà fi ħdan l-amministrazzjoni tqiegħed lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-medja ogħla tal-istituzzjonijiet Ewropej.

In-nisa jokkupaw 54 % tal-pożizzjonijiet ta’ amministratur 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ tmexxija intermedji u superjuri

Is-sena ġudizzjarja (Qorti tal-Ġustizzja u Qorti Ġenerali)

1 720 Kawża mressqa

1 723 Kawża maqtugħa

2 541 Kawża pendenti

Atti proċedurali rreġistrati fir-reġistru 173 167

Tul medju tal-kawżi 17.2-il xahar Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.6-il xahar Il-Qorti Ġenerali

17.3-il xahar

Perċentwali tal-atti proċedurali ppreżentati permezz ta’ e-Curia

85 % Il-Qorti tal-Ġustizzja

93 % Il-Qorti Ġenerali

8 378 kont ta’ aċċess għal e-Curia (żieda ta’ 13.5 % meta mqabbel mal-2020)

2 809 komunikazzjoni ġudizzjarja ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

e-Curia hija applikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Hija tippermetti lir-rappreżentanti tal-partijiet (fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali), kif ukoll lill-qrati nazzjonali fil-kuntest tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jiskambjaw l-atti proċedurali mar-Reġistri b’mezzi esklużivament elettroniċi.


e-Curia: l-applikazzjoni informatika li tippermetti l-iskambju ta’ dokumenti ġudizzjarji
ara l-video fuq YouTube

Id-dipartimenti lingwistiċi

Il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala istituzzjoni ġudizzjarja multilingwi, għandha tkun tista’ tittratta kawża tkun xi tkun il-lingwa uffiċjali tal-Unjoni li fiha tkun tressqet. Hija mbagħad tippubblika l-ġurisprudenza tagħha fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

24 lingwa tal-kawża potenzjali

552 pkombinazzjoni lingwistika possibbli

616 ġurista lingwista biex jittraduċu d-dokumenti miktuba

Volum ta’ xogħol: 1 337 000 paġna għat-traduzzjoni

1 257 000M/b> paġna prodotta mid-dipartiment tat-traduzzjoni legali

Riżultat tal-miżuri ta’ ffrankar adottati mill-qrati sabiex jitnaqqas il-bżonn ta’ traduzzjoni 668 000 paġna

71 interpretu għas-seduti u għal-laqgħat

423 seduta u laqgħa li użaw l-interpretazzjoni simultanja