70 sena fis-servizz taċ-ċittadini u ta’ Unjoni tad-dritt

A | Attività tal-istituzzjoni fl-2022
B | L-avvenimenti prinċipali tas-sena
C | Relazzjonijiet mal-pubbliku

 
Start Scroll

A | Attività tal-istituzzjoni fl-2022

Fl-4 ta’ Diċembru 1952, l-ewwel Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar (KEFA) ħadu ġurament b’waħda mill- erba’ lingwi uffiċjali tal-KEFA.

Alfredo Calot Escobar

Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja


Ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarju Ġenerali tal-Istituzzjoni, imexxi d-dipartimenti amministrattivi taħt l-awtorità tal-President.


Fl-4 ta’ Diċembru 1952, l-ewwel Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar (KEFA) ħadu ġurament b’waħda mill- erba’ lingwi uffiċjali tal-KEFA. Disa’ membri – seba’ Mħallfin u żewġ Avukati Ġenerali – li kienu jirrappreżentaw il-kulturi ġuridiċi ta’ kull Stat Membru bil-għan li jiġi żgurat djalogu produttiv bejn it-tradizzjonijiet tagħhom, Reġistru ddedikat għall-funzjonament tajjeb tal-qorti, dipartiment lingwistiku li jiggarantixxi l-aċċess għall-ġustizzja Ewropea mingħajr barriera ling wistika u amministrazzjoni li tiżgura l-użu tajjeb tar-riżorsi pubbliċi fis-servizz tal-awtorità ġudizzjarja tal-KEFA: din hija deskrizzjoni, għalkemm b’mod ġenerali, ta’ dak li kienet il-Qorti tal-Ġustizzja matul l-ewwel jiem tal-ħolqien tagħha.

70 sena iktar tard, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tħares lura lejn il-vjaġġ tagħha u għandha tkun kburija li rnexxielha tevolvi maż-żmien, mingħajr qatt ma rrinunzjat għall-valuri fundaturi tagħha.

Iktar minn qatt qabel, illum li l-Qorti tal-Ġustizzja tat iktar minn 43 000 deċiżjoni sa mill-ħolqien tagħha, is-sostenn għall-attività ġudizzjarja jibqa’ jservi bħala boxxla għad-dipartimenti kollha tal-istituzzjoni.

F’dan ir-rigward, is-sena 2022 kienet sena importanti għat-teħid tal-ewwel passi fil-kuntest ta’ wieħed mill-proġetti ewlenin tal-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri l-implimentazzjoni ta’ sistema integrata ta’ ġestjoni tal-kawżi, li għandha eventwalment tippermetti lill-qrati jaħdmu fil-kuntest ta’ proċess kompletament diġitali, sigur u integrat, mit-tressiq tal-kawża sal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni. Dan il-proġett, li għandu fil-qofol tal-filosofija tiegħu l-kwalità u l-ħeffa tal-ġustizzja, ser jitlesta fl-2024, wara diversi snin ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn il- qrati, ir-Reġistri u d-dipartimenti. Dan il-proġett ser ikun pass importanti fil-proċess ta’ diġitalizzazzjoni tal-attività ġudizzjarja, li nbeda diversi snin ilu bl-implimentazzjoni tal-applikazzjoni e Curia, u ser jikkostitwixxi evidenza ġdida, li kieku kienet meħtieġa tali evidenza, tal-ħeffa li biha ġiet adottata l-innovazzjoni teknoloġika, li hija indikazzjoni ta’ effiċjenza u ta’ progress.

Fl-istess ħin, għanijiet strateġiċi oħra komplew jiggwidaw il-pjan ta’ ħidma tal-istituzzjoni. F’dan il-kuntest, fl-2022 inbdew proġetti importanti, li wħud minnhom mingħajr dubju jirriflettu l-prinċipji ta’ gwida li mexxew l-azzjoni tal-istituzzjoni sa mill- ħolqien tagħha.

Fost dawn il-prinċipji, li ilhom imħaddna mill-istituzzjoni matul dawn l-aħħar seba’ deċennji, hemm ir-riċerka ta’ persunal bl-ogħla livelli ta’ kompetenzi u ta’ professjonaliżmu, mill-Istati Membri kollha. Poliglotti, bi kwalifiki għolja u kompletament iddedikati fis-servizz tal-proġett ta’ Ewropa tal-Ġustizzja, il-membri tal-persunal huma fil-qofol tal-proġett ta’ massimizzazzjoni tal-valur u ta’ żamma tat-talent implimentat mill-istituzzjoni. F’dan id-dawl, fl-2022, il-Qorti tal-Ġustizzja nediet inizjattiva globali għat-tisħiħ tal-aċċessibbiltà u tal-inklużjoni, intiża li tiffavorixxi r-reklutaġġ, l-integrazzjoni u l-benesseri tal- kollegi b’diżabbiltà u, b’hekk, li tippermetti lil kull individwu jesprimi kompletament il-kompetenzi tiegħu. Din l-inizjattiva, li timplika l-parteċipazzjoni tal-istituzzjoni kollha, għandha wkoll l-ambizzjoni li tiggarantixxi l-aċċess għall-Qorti tal- Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fiżikament jew virtwalment, għas-suġġetti tad-dritt, għall-atturi fil-proċedura u għall- viżitaturi kollha.

Ir-rieda li tibqa’ viċin iċ-ċittadini, kif ukoll li tiffaċilita l-qrubija lejn il-pubbliku ġenerali, ilha tinfluwenza wkoll, għal żmien twil, il-politika ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni tal- istituzzjoni. F’din is-sena ta’ anniversarju, numru ta’ inizjattivi, bħal pereżempju l-proġett f’fażi ta’ test ta’ streaming tas- seduti, iffavorixxew din il-qrubija u huma ppreżentati f’dawn il-paġni. Abbażi tal-esperjenza miksuba matul il-pandemija, l-istituzzjoni barra minn hekk għamlet permanenti programm ta’ żjarat mill-bogħod, maħsub għall-istudenti tal-Istati Membri. Dan il-programm jippermettilhom iżuru l-binjiet tal- istituzzjoni, isegwu preżentazzjonijiet u jiddiskutu direttament ma’ Membru, bil-lingwa tagħhom, mingħajr ma joħorġu mill- klassi tagħhom. Din l-inizjattiva entużjażmanti, li fiha diġà pparteċipaw mijiet ta’ studenti f’diversi Stati Membri, b’hekk toffri lil żgħażagħ, li sa issa kienu miżmuma l-bogħod mill- Qorti tal-Ġustizzja minħabba kunsiderazzjonijiet marbuta ma’ distanza, ma’ spejjeż u ma’ diffikultajiet ta’ vjaġġar, possibiltajiet ġodda sabiex iżuruna u jifhmu aħjar ir-rwol tal- awtorità ġudizzjarja tal-Unjoni.

Bħal kull sena, il-lista tal-proġetti konklużi fl-2022 hija kemm twila kif ukoll diversifikata, b’tali mod li nistgħu nkomplu nelenkawhom. Madankollu, iktar mill-proġetti konklużi matul is-sena, hija l-kapaċità tal-Qorti tal-Ġustizzja li tassumi s-sehem ta’ responsabbiltà tagħha fil-kuntest diffiċli li għaddejja minnu l-Ewropa li tesprimi bl-aħjar mod il-kultura u l-valuri ta’ din l-organizzazzjoni.

F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja eżerċitat b’mod sħiħ ir-rwol tagħha meta ospitat il-Qorti Suprema tal-Ukraina sabiex tiffavorixxi l-ħolqien ta’ ġustizzja msejsa fuq il-paċi u l-progress, meta fetħet b’mod eċċezzjonali s-Sala Prinċipali tagħha sabiex tfakkar, permezz ta’ xogħol teatrali, il-memorja ta’ Mħallfin li ssagrifikaw ħajjithom sabiex jipproteġu l-Istat tad-dritt, evokat kontinwament fil-ġurisprudenza tagħna, meta użat it-teknoloġiji kollha disponibbli sabiex tiltaqa’ ma’ dawk li jinsabu mbiegħda minnha jew meta implimentat sforzi sabiex kull individwu jsib il-post tiegħu u jkun jista’ jevolvi fi ħdan l-istituzzjoni, bi spirtu ta’ ugwaljanza u ta’ inklużjoni.

Fl-2022, fil-Qorti tal-Ġustizzja, bħal bnadi oħra, is-sħana u d-dwal tbaxxew sabiex nikkontribwixxu għall-isforz li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija: il-fjamma li tħeġġeġ il- missjoni tagħna, iżda, qatt ma kienet iktar intensa!

Alfredo Calot Escobar

Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja

B | L-avvenimenti prinċipali tas-sena

Is-70 sena tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: ħarsa lejn sena li fiha fakkarna dan l-anniversarju

“Ġustizzja qrib iċ-ċittadin”

L-istituzzjoni ċċelebrat is-70 anniversarju tagħha matul is-sena 2022 kollha b’tema komuni, “Ġustizzja qrib iċ-ċittadin”. Iċ-ċelebrazzjonijiet servew ta’ stedina sabiex nagħtu ħarsa lejn il-mixja tal-istituzzjoni sa mit-tqegħid tal-ewwel ġebla mill-missirijiet fundaturi tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar (KEFA) fl- 1952, li kienu l-ewwel passi tal-proġett Ewropew. Sabiex waslet għas-70 sena tagħha, l-istituzzjoni ġudizzjarja kellha taffaċċja diversi sfidi matul is-snin u matul epoki differenti. Is-suċċessjoni tat-Trattati, il-ħolqien tal-Qorti Ġenerali fl-1989, it-trasferiment ta’ kompetenzi ġodda kif ukoll it-tkabbir suċċessiv, iżda wkoll Brexit, iż-żieda progressiva tal-lingwi uffiċjali u tal-Avukati Ġenerali, l-irdoppjar tal-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali ... dawn huma kollha avvenimenti li ħallew il-marka tagħhom fuq din il-mixja u li fil-kuntest tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja wettqet il-missjoni tagħha, jiġifieri li tiżgura l-osservanza tad-dritt tal-Unjoni u li tiżgura l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tiegħu. Qabel inħarsu lejn il-futur, induru l-ewwel lejn l-avvenimenti prinċipali li seħħew matul din is-sena speċjali.

Fil-bidu tas-sena, il-President żvela l-logo tas-70 anniversarju, li ntuża għall-ewwel darba fl-ambjent intern tal-Qorti tal-Ġustizzja. Simbolu ta’ dan l-anniversarju, dan il-logo ntuża fil-pubblikazzjonijiet kollha matul is-sena. Il-logo tqiegħed fuq il- faċċata tal-bini u kien jidher miċ-ċentru tal-Belt tal-Lussemburgu, sabiex jiġbed l-attenzjoni taċ-ċittadini. Matul il-Ġranet “Bibien Miftuħa”, il-viżitaturi setgħu jibagħtu kartolini, bil-logo msemmi iktar ’il fuq, madwar l-Unjoni kollha sabiex jinformaw lill-qraba tagħhom dwar il-parteċipazzjoni tagħha f’dan l-avveniment ta’ ċelebrazzjoni.

Fuq Twitter, kampanja ta’ informazzjoni rawmet għarfien fost iċ-ċittadini dwar l-istorja u l-attività tal-istituzzjoni. 70 tweet ippreżentaw l-istorja tal-Qorti tal- Ġustizzja mill-1952 sal-lum għall-146 000 segwaċi tagħna!

B’kontinwazzjoni ta’ tradizzjoni li tmur lura diversi deċennji, wara l-bolol maħruġa fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-Palazz fl-1973, tal-35 sena anniversarju tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-1987, tal-50 sena anniversarju fl-2002 u tas-60 sena anniversarju fl-2012, Post Luxembourg ħarġet bolla biex tfakkar is-70 sena tal-istituzzjoni. F’kuntest kompletament differenti, ġie ppubblikat ktieb dwar l-istorja tal-Qorti tal-Ġustizzja, f’edizzjoni ta’ prestiġju: dan il-ktieb ser jippermetti l-kondiviżjoni tal-għarfien dwar l-istituzzjoni tagħna fil-kuntest ta’ żjarat uffiċjali u okkażjonijiet protokollari. Edizzjoni aċċessibbli għall-pubbliku ser tinħareġ fl-2023.

L-avveniment prinċipali taċ-ċelebrazzjonijiet inżamm fil-bidu ta’ Diċembru: il-Qorti tal-Ġustizzja laqqgħet, fil-kuntest ta’ Forum straordinarju tal-membri tal-ġudikatura, il-presidenti tal-qrati kostituzzjonali u supremi tal-Istati Membri, tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Qorti tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. Dan l-avveniment annwali importanti, li nżamm b’format speċjali fl-2022, iservi ta’ opportunità għal skambji bejn l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali u l-membri tal-ġudikatura tal-Istati Membri kollha, biex jippromwovu d-djalogu ġudizzjarju. Iddedikat għat-tema “Ġustizzja qrib iċ-ċittadin”, dan il-forum tnieda bil-wiri fis-Sala Prinċipali ta’ film ġdid, li jfakkar is-70 anniversarju tal-Qorti tal-Ġustizzja billi jirrakkonta l-istorja tagħha u r-rwol tagħha fil-proġett tal-ordinament ġuridiku Ewropew. Aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, dan il-film inħoloq mid-dipartimenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’interventi mill-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali u minn rappreżentanti tad-dinja akkademika u b’diversi ritratti meħuda mill-arkivji.

Għall-udjenza solenni tas-6 ta’ Diċembru, il-Qorti tal-Ġustizzja laqgħet lill-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Eredi Guillaume, kif ukoll lil Othmar Karas, l-ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew, lil Michal Šalomoun, il-Ministru għal-Leġiżlazzjoni u President tal-Kunsill Leġiżlattiv tal-Gvern tar-Repubblika Ceka, lil Věra Jourová, Viċi Presidenta tal-Kummissjoni Ewropea, u lil Sam Tanson, Ministru għall-Kultura u għall-Ġustizzja tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Bennejja tal-Ewropa: iż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

Les célébrations du 70e anniversaire se sont achevées le 6 décembre par la conférence « Bâtisseurs d’Europe », une rencontre particulière entre les hauts représentants de l’Union et la jeunesse européenne.

“Merħba f’darkom, fil-Qorti tal-Ġustizzja tagħkom!”

Kien b’dan il-kliem li l-President Koen Lenaerts laqa’ l-240 student post sekondarju minn għaxar Stati Membri li kienu preżenti fis-Sala Prinċipali u mill-bogħod, qabel ma ddeskriva r-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-impatt tagħha fil-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini. Il-President Lenaerts, kif ukoll Othmar Karas u Věra Jourová ppreżentaw il-mixja professjonali individwali tagħhom u l-azzjonijiet tagħhom fl-istituzzjoni rispettiva tagħhom, filwaqt li enfasizzaw l-importanza tal-oriġini differenti tagħhom, riflessjoni ta’ Ewropa magħquda fid-diversità: “Individwu b’oriġini, reliġjon jew opinjoni differenti, jista’ jkollu raġun daqsi”, iddikjara O. Karas. Min-naħa tagħha, V. Jourová fakkret lill-istudenti żgħażagħ li valuri bħalma huma d-demokrazija u l-Istat tad-dritt mhux dejjem kienu meħuda għall-għarrieda: f’dan id-dawl, hija semmiet l-ewwel memorji importanti tal-ħajja tagħha, il-wasla tat-tankijiet Sovjetiċi fil-Ħarifa ta’ Praga tal-1968.

K. Lenaerts, O. Karas u V. Jourová għaddew imbagħad għal sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet mal-mistiedna żgħażagħ. Il-vantaġġi tal-proġett Ewropew, is-sens tal-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant mal-Unjoni, l-ikbar sfidi li qiegħda taffaċċja l-Unjoni, l-azzjoni tagħha meta jkun hemm ksur tad-dritt tagħha u tal-valuri demokratiċi tagħha, il-kritika diversa fil-konfront tagħha u l-firxa progressiva tax-xettiċiżmu fil-konfront tal-Ewropa, il-bidla fil-klima u d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess jew l-orjentament sesswali. Dawn kienu wħud mit-temi li l-viżitaturi żgħażagħ stiednu lill-kelliema jindirizzaw.

Sabiex jagħlaq il-laqgħa mal-istudenti, il-President Lenaerts fakkar id-dikjarazzjoni ta’ Robert Schuman: “L-Ewropa ma hijiex ser tinbena f’daqqa, u lanqas bi proġett globali. L-Ewropa ser tinbena bi proġetti konkreti li joħolqu, qabel kollox, solidarjetà fil-fatt”. Fi tmiem din il-laqgħa, l-istudenti wrew is-sodisfazzjon kbir tagħhom dwar l-opportunità li kellhom li jinteraġixxu mal-ogħla rappreżentanti tal-Unjoni.

“Għalija kien verament ta’ ispirazzjoni l-fatt li kellna l-possibbiltà nipparteċipaw u li nagħmlu mistoqsijiet lil mexxejja tal-ogħla livell!”

“L-iskola tagħna kellha l-privileġġ li tagħmel mistoqsijiet lill-iktar personalitajiet importanti tal-istituzzjonijiet Ewropej: ma kontx spettatur iżda parteċipant fil- konferenza.”

Streaming tas-seduti: pass ieħor biex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun qrib iċ-ċittadini

Bil-għan li tagħti dimensjoni moderna lill-prinċipju ta’ trasparenza u ta’ pubbliċità tas-seduti, il-Qorti tal-Ġustizzja din is-sena bdiet tagħmel disponibbli l-istreaming tas-seduti fis-sit CVRIA bħala parti minn esperiment pilota. B’dan is-servizz ġdid, il-Qorti tal-Ġustizzja tixtieq tkun eqreb lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni. Is-sistema, implimentata f’April 2022, toffri l-possibbiltà lill-persuni li ma jkollhomx il-miżuri neċessarji biex jivvjaġġaw lejn il-Lussemburgu, tkun xi tkun ir-raġunti (riżorsi finanjarji, distanza, diffikultà ta’ vjaġġar), isegwu s-seduti tal-Awla Manja tal- Qorti tal-Ġustizzja fl-istess kundizzjonijiet bħall-pubbliku li jkun fil-post. Bil- multilingwiżmu fil-qofol tal-funzjonament tal-istituzzjoni, iċ-ċittadini jistgħu fil- fatt isegwu d-dibattiti bil-lingwa tal-għażla tagħhom billi jagħżlu l-interpretazzjoni li jridu waqt l-istreaming.

Biex tiġi żgurata s-serenità tad-dabattiti u biex tiġi evitata kull diffikultà teknika, is-seduti għas-sottomissjonijiet orali ma jiġux trażmessi b’mod dirett, iżda bi ftit dewmien. B’hekk, is-seduti li jinżammu filgħodu jiġu trażmessi waranofsinhar, filwaqt li s-seduti ta’ waranofsinhar ikunu disponibbli l-għada filgħodu. Min-naħa tagħhom, l-għoti tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-qari tal-konklużjonijiet tal-Avukati Ġenerali jiġu trażmessi b’mod dirett. Qabel it-trażmissjoni tas-seduta, sabiex tiġi ffaċilitata l-komprensjoni tal-kawża, preżentazjoni qasira multilingwi li tippreżenta l-kawża tingħata minn uffiċjal tal-istampa fuq l-iskrin.

Sébastien Servais

Kap tad-diviżjoni “Multimedia”

“Għalkemm id-deċiżjoni li jiġi implimentat streaming hija pjuttost reċenti, id-diviżjoni tagħna ilha diversi snin tipprepara għaliha. L-isfida prinċipali li kellna bil-bidu kienet, qabel kollox, ta’ natura teknika peress li kienu meħtieġa diversi apparati informatiċi u bidla fil-qalba stess tas-sistemi ta’ konferenza tagħna, b’mod partikolari biex jiġi rrispettat il-multilingwiżmu. Elementi oħra kienu jeħtieġu attenzjoni intensiva: l-użu tal-immaġni matul is-seduti, id-diversi problemi marbuta mal-integrità tas-seduta stess, kif ukoll il-protezzjoni tad-data personali tal-persuni li jipparteċipaw fis-seduta. Ingħatat attenzjoni partikolari lill-kwalità tal-immaġni u lill-ġestjoni tal-kameras, bil-ħsieb li tixxandar immaġni ta’ kwalità għolja. Dan is-servizz ta’ streaming ser jiġi kkompletat b’mod progressiv permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni esterni ġodda li ser jippermettu li tiżdied il-viżibbiltà tal-ħidma tal-istituzzjoni tagħna, filwaqt li tinżamm trasparenza massima fil-konfront taċ-ċittadin. Dan huwa probabbilment l-ewwel stadju, iżda l-ewwel pass huwa mingħajr dubju dejjem l-iktar pass diffiċli.”

Tina Omahen

interpretu

“Wara li kellna nadattaw ruħna għal bidliet kbar fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħna minħabba l-kriżi sanitarja, aħna l-interpreti kellna naffaċċjaw novità oħra: id-dubbing tal-preżentazzjonijiet awdjoviżwali mogħtija qabel is-seduti trażmessi permezz ta’ streaming. B’differenza mill-interpretazzjoni, id-dubbing għandu jitwettaq b’sinkronizzazzjoni kważi perfetta mal-kelliem. Apparti l-fatt li kellna nadattaw it-teknika abitwali ta’ rendiment tagħna għal dan ir-rekwiżit differenti, kellna niffamiljarizzaw ruħna wkoll ma’ għodda ta’ reġistrazzjoni ġdida. Għal ċerti kollegi, li jużaw prinċipalment dokumenti miktuba bl-idejn sabiex jippreparaw ruħhom, it-trasferiment lejn id-diġitali kien sfida li kellhom jegħlbu. Madankollu, wara ftit għaraq ta’ nkwiet, illum għandna rutina tajba sabiex inwettqu dan il-kompitu ġdid.”

Marc-André Gaudissart

Assistent Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja

“Għalkemm ilha tintalab għal diversi snin, b’mod partikolari minn ġurnalisti, minn universitajiet jew minn membri parlamentari, it-trażmissjoni tas-seduti għas-sottomissjonijiet orali fuq l-internet kienet madankollu għadha ma ġietx implimentata mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-Qorti Ġenerali, u dan mhux biss minħabba kwistjonijiet marbuta mal-ġestjoni tad-dibattiti u mal-iżvolġiment tajjeb tas-seduti, iżda wkoll minħabba restrizzjonijiet ta’ natura teknika jew lingwistika sa fejn trażmissjoni ta’ seduta multilingwi mingħajr interpretazzjoni simultanja ftit li xejn tkun utli għaċ- ċittadini tal-Unjoni. Dan kien qabel il-kriżi sanitarja...
Bis-saħħa tal-isforzi kunsiderevoli min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja matul dan il-perijodu, b’mod partikolari sabiex tippermetti lill-partijiet, ħafna drabi suġġetti għal restrizzjonijiet stretti ħafna fuq l-ivvjaġġar, jipparteċipaw mill-bogħod fis-seduti għas-sottomissjonijiet orali li kienu jinżammu fil-Lussemburgu, il-Qorti tal-Ġustizzja attrezzat ruħha bil-mezzi tekniċi neċessarji li jippermettulha, illum il-ġurnata, tiżgura t-trażmissjoni tas-seduti tagħha fuq l-internet. Fil-preżent, dan l-iżvilupp jikkonċerna biss is-seduti tal-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, dan huwa pass importanti lejn trasparenza ikbar tal-ġustizzja fil- konfront taċ-ċittadini, iżda huwa wkoll mingħajr dubju progress għall-qrati nazzjonali li jkunu għamlu lill-Qorti tal-Ġustizzja domanda preliminari dwar l-interpretazzjoni jew il-validità tad- dritt tal-Unjoni li issa jistgħu jsegwu mill-bogħod l-iskambji dwar din id-domanda matul is-seduta u li, għalhekk, ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-portata tar-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dan huwa vantaġġ kbir fi żmien fejn il-valuri u l-pedamenti stess tal-proġett Ewropew xi drabi jinsabu mhedda.”

Rappreżentazzjoni teatrali fis-Sala Prinċipali tal-Qorti tal-Ġustizzja

L-aħħar sajf – Falcone u Borsellino, tletin sena wara

Sabiex jitfakkar it-30 anniversarju mill-assassinat tal-maġistrati Taljani Giovanni Falcone u Paolo Borsellino, is-Sala Prinċipali tal-Qorti tal-Ġustizzja inbidlet f’teatru għar-rappreżentazzjoni tax-xogħol L’Ultima estate – Falcone e Borsellino trent’anni dopo ta’ Claudio Fava, taħt id-direzzjoni ta’ Chiara Callegari, fil-preżenza tal-President Lenaerts u ta’ diversi personalitajiet. Claudio Fava huwa ġurnalist u kittieb, ex Membru tal-Parlament Taljan u Membru tal-Parlament Ewropew, President tal-Commissione Antimafia della Regione Sicilia. Ix-xogħol tiegħu jsegwi l-aħħar xhur tal-ħajja taż-żewġ maġistrati Taljani fis-snin 90.

Mejda ta’ uffiċċju, żewġ siġġijiet, fajl f’ambjent minimalist: il-messaġġ li d-direttriċi, C. Callegari, xtaqet twassal kien dwar l-importanza tal-impenn f’kawża komuni u dwar il-ħtieġa li nibqgħu attenti quddiem il-perikolu li għadhom jirrappreżentaw illum il-ġurnata t-theddid għall-Istat tad-dritt u l-kriminalità ekonomika mingħajr fruntieri. Il-lingwaġġ artistiku joħloq spazju sabiex jiġu indirizzati l-emozzjonijiet tal-ispettaturi u sabiex ikunu magħmula konxji tal-valuri tal-ġustizzja. Il-Qorti tal-Ġustizzja b’hekk fakkret l-importanza tad-dmir li jiġu mfakkrin u jingħataw ġieħ dawn il-maġistrati Taljani li ssieltu għall-protezzjoni tal-Istat tad-dritt.

Chiara Callegari, Simone Luglio u Giovanni Santangelo

“L-ispettaklu L’Ultima Estate – Falcone e Borsellino trent’anni dopo jirrakkonta l-istorja unika ta’ żewġ maġistrati Taljani ddedikati għall-ġlieda kontra l-mafja. Dan ix-xogħol inkiteb fl-2021, matul perijodu ta’ inċertezza kbira għall-umanità, perijodu li fih il-popli tad-dinja kollha kienu qegħdin jiġġieldu theddida komuni. F’din l-inċertezza, l-idea li tiġi riprodotta fuq palk il-ħajja ta’ dawn iż-żewġ irġiel li kellhom jiġġieldu waħedhom kontra mostru mingħajr limiti, il-mafja, kienet stramba u diffiċli. Kien privileġġ għalija li kelli l-opportunità nonora l-personalitajiet tagħhom f’kuntest bħal dak tal- Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Sabiex jirrakkonta l-istejjer, l-attur għandu bżonn il-pubbliku. Fil-Qorti tal-Ġustizzja ma sibniex biss diversi spettaturi – preżenti fil-post jew li segwew bi streaming – iżda sibna wkoll post li min-natura tiegħu u mill-missjoni tiegħu jirrappreżenta l-vuċi taċ-ċittadini kollha tal- Ewropa.

Dan il-post ta perspettiva lix-xogħol tagħna u għolla l-ispettaklu għal livell ieħor. Il-piż tal-kliem mitkellem mill-atturi nbidel u ħa dimensjoni oħra. Kellna nqisu wkoll il-fatt li konna l-ewwel li tellajna xogħol teatrali fil-Qorti tal-Ġustizzja, li saret teatru għal ġurnata.

Ix-xogħol ġie introdott mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, Koen Lenaerts, u mbagħad mill-Ministru Taljana għall-Ġustizzja, Marta Carabia. Il-kelma mbagħad tħalliet f’idejna! Kellna nibqgħu kkonċentrati quddiem l-isfida li nippreżentaw xogħol li jmiss daqstant il-qalb f’post ta’ ġustizzja tant simboliku.

“Il-jum kien deċiż, Sibt f’Mejju...”, dan il-kliem nifed is-silenzju fis-Sala Prinċipali u hekk beda r-rendikont tagħna tal-avventura umana ta’ żewġ qaddejja tal-ġustizzja.

Nibqgħu niftakru l-merħba ġenwina, id-disponibbiltà u l-kompetenza tal-organizzaturi u tat-timijiet tekniċi, u l-entużjażmu komuni li jikkaratterizza din il-katidral impressjonanti tad-dritt tal-Unjoni.”

C | Relazzjonijiet mal-pubbliku

L-uffiċjali tal-istampa fid-Direttorat tal-Komunikazzjoni, li għandhom taħriġ ta’ ġuristi, għandhom ir-rwol li jispjegaw is-sentenzi, id- digrieti u l-konklużjonijiet, iżda wkoll il-kawżi pendenti lill-ġurnalisti mill-Istati Membri kollha u lid-diversi korrispondenti tagħhom. Huma responsabbli għat- tħejjija tal-avvenimenti u għall-materjal ta’ komunikazzjoni li jintbagħtu lil dawn il-ġurnalisti u korrispondenti u li għalihom dawn tal-aħħar jistgħu jabbonaw.

page-s3.sub-3.region-2.graph-1.paragraph-1

page-s3.sub-3.region-2.graph-1.paragraph-2

Fl-2022, sena ddedikata għat-tema “Ġustizzja qrib iċ-ċittadin”, id-djalogu mal-professjonisti tad-dritt u mal-pubbliku ġenerali kien iktar intensiv. Bħal fis-snin li għaddew, l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni, kemm fil- kuntest tal-programm il-ġdid ta’ żjarat mill-bogħod u kemm fil-kuntest tan- networks soċjali, baqa’ għodda importanti sabiex tissaħħaħ l-aċċessibbiltà u t-trasparenza tal-attività tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fir- rigward tas-soċjetà ċivili. Is-70 anniversarju kien okkażjoni sabiex jiġi enfasizzat wieħed mill-valuri essenzjali tal-Qorti tal-Ġustizzja: li tkun għas- servizz taċ-ċittadini ta’ Unjoni tad-dritt.

Is-sena 2022 kienet ikkaratterizzata mir-ritorn progressiv tal-viżitaturi wara t-tneħħija progressiva tar-restrizzjonijiet imposti mill-pandemija.

Wara sentejn li matulhom ma setax jitwettaq, l-ewwel Jum “Bibien miftuħa” ġie organizzat fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-9 ta’ Mejju, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa. Matul dan l-avveniment, fis-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja, ġew organizzati żjarat iggwidati b’diversi lingwi li ppreżentaw l-attività tal-istituzzjoni. Dawn iż-żjarat, li kienu jeħtieġu reġistrazzjoni minn qabel, ippreżentaw lill-pubbliku l-missjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, l-iżvolġiment ta’ kawża, is-sala tad-deliberazzjonijiet u s-Sala Prinċipali. Fl-istess ħin, f’Esch-sur-Alzette, il-kapital Ewropea tal-kultura fl- 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha stand, li approfittat minn ġurnata sabiħa tar-rebbiegħa. Tim ikkostitwit mill-persunal u mill-Membri ltaqa’ maċ- ċittadini sabiex jippromwovi u jispjega r-rwol tal-istituzzjoni ġudizzjarja Ewropea. Fit-8 ta’ Ottubru, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tiftaħ mill-ġdid il-bibien tagħha, b’avveniment ikbar minn dak li nżamm fir-rebbiegħa. Id-dipartimenti tal-istituzzjoni u d-diversi professjonijiet kienu s-suġġett ta’ spjegazzjonijiet. Fl-2022, kienu iktar minn 2 700 l-persuni li ħadu din l-opportunità li jiskopru kif taħdem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Matul is-sena, l-istituzzjoni ppubblikat fuq is-sit CVRIA 216-il stqarrija għall-istampa , intiżi li jinformaw lill-ġurnalisti u lill-prattikanti dwar id- deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali hekk kif jingħataw. Fid-dawl tal-verżjonijiet lingwistiċi kollha disponibbli fuq is-sit, 2 856 stqarrija għall-istampa ntbagħtu lill-korrispondenti fl-Istati Membri.

L-uffiċjali tal-istampa ttrażmettew ukoll, lill-korrispondenti tagħhom li huma prinċipalment ġurnalisti iżda li jinkludu wkoll professjonisti tad-dritt, 551 ittra ta’ informazzjoni u 568 “informazzjoni rapida” dwar kawżi li ma kinux is-suġġett ta’ stqarrijiet għall-istampa. Fl-2022 ġew ittrattati wkoll iktar minn 10 000 ittra elettronika u kważi 5 000 telefonata dwar talbiet għal informazzjoni mressqa minn ċittadini (bil-lingwa ta’ kull ċittadin li għamel it-talba).

L-istituzzjoni intensifikat l-użu tan-networks soċjali sabiex tinforma lill-pubbliku ġenerali permezz taż-żewġ kontijiet Twitter tagħha, wieħed bil- Franċiż u l-ieħor bl-Ingliż. Flimkien dawn il-kontijiet għandhom 146 000 segwaċi. Iddedikati essenzjalment għall-iktar sentenzi importanti mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Qorti Ġenerali u għall-avvenimenti prinċipali fil-ħajja tal-istituzzjoni, fl-2022 ittellgħu 1 868 tweet, jiġifieri d-doppju tas-sena preċedenti. Tnediet kampanja fuq Twitter sabiex jiġu koperti ċ-ċelebrazzjonijiet tas-70 anniversarju. Is-segwaċi setgħu b’hekk jiskopru l-istorja tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ 70 tweet imtella’ speċjalment għall-okkażjoni, li xeħtu dawl fuq l-aħħar 70 sena tal- istituzzjoni. L-istituzzjoni hija preżenti wkoll fuq LinkedIn, fejn tellgħet 313-il messaġġ għall-attenzjoni tal-178 000 segwaċi tagħha fuq dan in- network professjonali. Fi żmien sena, il-Qorti tal-Ġustizzja kabbret b’iktar minn terz din il-komunità, evoluzzjoni li turi l-viżibbiltà tal-preżenza tagħha fuq din il-pjattaforma.

page-s3.sub-3.region-2.graph-2.paragraph-1

page-s3.sub-3.region-2.graph-2.paragraph-2

Min-naħa tagħhom, il-professjonisti tad-dritt għandhom aċċess għall-“Fajls tematiċi”, kif ukoll għall-“Bullettin mensili ta’ ġurisprudenza”, u għas-“Selezzjoni ta’ sentenzi importanti” tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, li jiġu proposti mid-Direttorat tar-Riċerka u tad-Dokumentazzjoni, fil-kuntest tal-Kollezzjoni tas-Sunti tiegħu. B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi għan ta’ trasparenza sabiex issaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fil- konfront tal-istituzzjoni. Għal dan il-għan, il-komprensjoni tar-rwol tagħha u tal-attività ġurisprudenzjali tagħha hija fattur essenzjali. Din ir-rieda li tkun qrib iċ-ċittadini toħroġ ukoll mill-implimentazzjoni ta’ proġett ta’ żjarat mill-bogħod li nbeda fl-2021. Wara l-implimentazzjoni tiegħu bil- Franċiż, bit-Taljan, bil-Latvjan u bl-Ungeriż, dan il-proġett, fid-dawl tas- suċċess li kellu, ġie propost b’lingwi oħra. B’hekk, żjarat mill-bogħod saru wkoll biċ-Cek, bil-Grieg, bil-Pollakk u bir-Rumen. L-għan għas-sena 2023 huwa li l-Qorti tal-Ġustizzja tkompli timxi f’din id-direzzjoni u tkompli tkabbar dan il-programm għal lingwi uffiċjali ġodda.

Fir-rigward tal-formati iktar klassiċi, wara sentejn milquta b’mod qawwi mill-pandemija, l-organizzazzjoni ta’ żjarat fil-post reġgħet bdiet mill-ġdid. B’hekk, 9 683 viżitatur żaru l-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja. Oħrajn għażlu l-format virtwali – madwar 15 % tal-viżitaturi ta’ din is-sena. Din it-tendenza hija mistennija li tkompli tikber b’mod kunsiderevoli fis-snin li ġejjin, b’mod li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja aċċessibbli wkoll għaċ-ċittadini Ewropej li jinsabu l-bogħod mil-Lussemburgu. Din il-politika ta’ ftuħ, minn naħa, tnaqqas l-impatt ambjentali, ixxejjen id- distanzi u l-ispejjeż, u, min-naħa l-oħra, tikkostitwixxi valur miżjud fl-għan ta’ trasparenza u ta’ komprensjoni tal- istituzzjoni.

Iż-żjarat mill-bogħod huma intiżi li tingħata informazzjoni dwar il-rwol tal-qrati tal-Unjoni lill- istudenti ta’ bejn 15 u 18-il sena. L-impatt tal-ġurisprudenza tal- Qorti tal-Ġustizzja fuq il-ħajja ta’ kuljum tagħhom u l-attività ġudizzjarja jiġu ppreżentati minn ġurist. L-istudenti jżuru virtwalment il-bini u jassistu għall-wiri ta’ żewġ films qosra maħluqa għal dan il-programm. Huma jkunu jistgħu jiltaqgħu ma’ Mħallef jew ma’ Avukat Ġenerali għal seduta ta’ mistoqsijiet u tweġibiet. Il-programm huma maħsub li jrawwem għarfien fost l-istudenti żgħażagħ, u l-għalliema tagħhom, dwar il- valuri demokratiċi u dwar l-isfidi legali attwali.

Dimitrios Gratsias,

Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

“Il-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni fi ‘żjara mill-bogħod’, bil-Grieg, fil-Qorti tal-Ġustizzja kienet idea li interessatni sa mill-bidu tal-proġett. Ikolli ngħid, iżda, li kelli ftit dubji. Kif se nkellem lil studenti dwar il-Qorti tal-Ġustizzja mingħajr ma ndejjaqhom b’dettalji tekniċi żejda, iżda fl-istess ħin mingħajr ma naqa’ fin- nassa ta’ semplifikazzjoni li tqarraq bihom? U dan barra minn hekk fil-kuntest ta’ żjara mill-bogħod, mingħajr l-iskambju spontanju li ġeneralment ikun hemm fil-kuntest ta’ żjara fil-post. Fil-verità, iżda, id-dubji tiegħi ma kinux iġġustifikati. Diversi parteċipanti għaddewlna bil-quddiem il-mistoqsijiet tagħhom, waħda iktar interessanti mill-oħra. Ęiena fassalt il-preżentazzjoni tiegħi billi weġibt l-ewwel għall-iktar mistoqsijiet ġenerali, u mbagħad għal dawk iktar speċifiċi, jekk mhux ukoll personali. B’hekk kellna, u dan bis-saħħa wkoll tal-mistoqsijiet magħmula matul il-laqgħa, mhux biss diskussjoni animata, li ma hijiex ħaġa sorprendenti b’pubbliku bħal dan, iżda wkoll dibattitu verament approfondit, li fil-fehma tiegħi ħalla impressjoni fidila ta’ x’inhi l-missjoni tal-Qorti tal- Ġustizzja u ta’ liema huma l-isfidi li għandha quddiemha. Kienet esperjenza li nerġa’ nagħmilha? Iva, mingħajr ebda ħjiel ta’ dubju!”

Varvara Efkarpidou,

studenta fl-aħħar sena, skola Franċiża-Ellenika “Ęeanne d’Arc” f’Pireaus, il-Greċja

Flimkien mal-istudenti l-oħra fil-klassi tiegħi, kelli l-privileġġ li nipparteċipa fi żjara mill-bogħod tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u li nitkellem mal-Membri tagħha. L-aċċess għaż-żjarat iggwidati tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa opportunità unika fl-età tagħna, età meta r-riflessjoni u l-orjentament professjonali jsiru iktar importanti għat-tfassil tal-futur tagħna. Iż-żmien li qegħdin ngħixu fih mhux dejjem jimlina b’ottimiżmu: il-kriżi soċjali u l-kriżi finanzjarji, kif ukoll l-inkwiet dejjem ikbar tal-ġenituri tagħhom joħolqulna dubji. F’dan id-dawl, il-laqgħa mal-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet opportunità li ħalliet il-frott u, għal uħud minna, il-bidu ta’ ħolma. It-tweġibiet għall-mistoqsijiet tagħna u ż-żjara ggwidata kollha qajmu l-interess u l-kurżità tal-istudenti kollha. Din iż-żjara ser tibqa’ mnaqqxa fil-memorji tagħna. Nixtieq għalhekk nirringrazzja lill-organizzaturi kollha u lill-iskola tagħna għal din l-inizjattiva mill-isbaħ.

go to top