Fil-parti l-kbira tiegħu, il-persunal tad-dipartimenti tal-istituzzjoni huwa rreklutat minn listi ta' riżervi ta' kompetizzjonijiet ġenerali organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).
Żur is-sit web dwar il-Karrieri tal-UE fejn tista’ tfittex fil-bażi tad-data ta’ opportunitajiet ta’ xogħol disponibbli għal pożizzjonijiet permanenti u temporanji, inklużi karigi ta’ aġent kuntrattwali, traineeships u sekondar fl-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE.
Barra minn dan kollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' wkoll tirrikorri, f'ċertu ċirkustanzi, għal membri tal-persunal temporanju jew għal membri tal-persunal kuntrattwali awżiljarji. Il-membri tal-persunal temporanji jiġu rreklutati qabel kollox biex jimlew impjiegi li eventwalment jimtlew minn min jgħaddi mill-kompetizzjoni. Huma jistgħu jimlew impjiegi li jirrikjedu profil speċifiku għal missjonijiet limitati fiż-żmien. Il-membri tal-persunal kuntrattwali awżiljarju jissostitwixxu l-uffiċjali li ma jistgħux jeżerċitaw ix-xogħol tagħhom minħabba mard jew leave għal maternità. Jiġu wkoll irreklutati sabiex isaħħu d-dipartiment meta dan jiffaċċja żieda fix-xogħol.
Il-persunal huwa maqsum fi tliet gruppi ta' funzjonijiet : il-grupp ta’ funzjonijiet AD li jinkludi l-amministraturi, fosthom il-ġuristi lingwisti, il-grupp ta' funzjonijiet AST li jinkludi l-assistenti fl-oqsma amministrattivi u grupp ta' funzjonijiet AST/SC li jwettaq xogħol tal-uffiċċju u ta’ segretarjat . Il-grupp ta' funzjonijiet AD jitlob mill-inqas livell ta' taħriġ universitarju, filwaqt li l-grupp ta' funzjonijiet AST jitlob mill-inqas livell ta' taħriġ post-sekondarju jew sekondarju flimkien ma' esperjenza professjonali ta' 3 snin.
Il-bżonnijiet tal-istituzzjoni f'termini ta' reklutaġġ jikkonċernaw b'mod partikolari l-impjiegi li ġejjin:
Għall-grupp ta' funzjonijiet AD:
Għall-grupp ta' funzjonijiet AST:
Għall-grupp ta' funzjonijiet AST.SC:
Lista tal-pożizzjonijiet vakanti
Barra minn hekk, id-Direttorat tat-Traduzzjoni Legali jitlob regolarment l-għajnuna ta' tradutturi esterni fuq bażi freelance.
Għal iktar informazzjoni fuq il-kompetizzjonijiet għal interpreti u opportunitajiet għal interpreti esterni, inti mitlub tikkonsulta l-paġna Tinterpreta għall-Ewropa
Kif tippreżenta applikazzjoni għal sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess jew tittrażmetti kandidatura spontanea?
Il-kandidati li jkunu jixtiequ jippreżentaw il-kandidatura tagħhom fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala membru tal-persunal temporanju jew bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, jistgħu jagħmlu dan f’żewġ mumenti separati: jew fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess marbuta ma’ proċedura partikolari, jew inkella billi jibgħatu kandidatura spontanea li tiddaħħal f’ġabra ta’ kandidaturi bil-ħsieb li jiġu koperti ħtiġiet futuri ta’ reklutaġġ. Fir-rigward tal-ġbir tal-kandidaturi spontanji, il-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet għal żewġ sejħiet permanenti għal kandidaturi, waħda għall-grupp ta’ funzjonijiet AD (amministraturi) u l-oħra għall-grupp ta’ funzjonijiet AST (inkluż AST/SC), li fihom hemm propost tipi ta’ xogħlijiet li huma l-iktar imfittxija b’mod frekwenti mid-dipartimenti.
Sabiex jagħmlu dan, il-kandidati għandhom jużaw l-applikazzjoni EU CV Online, ġestita mill-Kummissjoni Ewropea, fl-indirizz li ġej:
Għal iktar informazzjoni: - Informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data