Repertorju tal-ġurisprudenza

Ir-Repertorju tal-Ġurisprudenza jiġbor, b'mod sistematiku, is-sommarji tas-sentenzi u tad-digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ngħataw mill-bidu tal-attività rispettiva tagħhom.

Il-pjan ta' klassifikazzjoni, inizjalment maqsum fi tmien partijiet, għall-perijodu bejn l-1954-2009, inbidel wara t-Trattat ta' Lisbona fi pjan b'disa' partijiet, għall-ġurisprudenza mill-2010. Referenzi bejn iż-żewġ fażijiet jiffaċilitaw il-mogħdija minn wieħed għall-ieħor.

Filwaqt li jibbażaw ruħhom bl-iktar mod fidil possibli fuq it-test stess tad-deċiżjoni, is-sommarji jiġbru l-punti ta' dritt essenzjali ppronunċjati fiha. Ma' kull deċiżjoni huma assoċjati: katina ta' kliem gwida li jfissru, fi stil sistematiku u telegrafiku, il-kontenut tal-punt studjat, kwotazzjoni ta' klassifikazzjoni li tikkorrispondi mas-suġġett ikkonċernat u r-referenza tal-punti tad-deċiżjoni li servew sabiex jiġi ppreparat is-sommarju.

Is-sommarji huma kklassifikati skont l-ordni kronoloġiku tad-deċiżjonijiet li wasslu għalihom ġewwa kwotazzjoni ta' klassifikazzjoni simili. Madankollu, jekk huma jinkludu katina ta' kliem gwida, li hija assolutament identika ma' katina li kienet teżisti qabel, it-test innifsu tas-sommarju jiġi konness ma' din il-katina mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzzjoni d-data. Bl-istess mod, jekk katina ta' kliem ewlenin u t-test tas-sommarju jkunu għal kollox identiċi ma' serje li diġà teżisti, jiġu miżjuda fl-aħħar tas-sommarju eżistenti r-referenzi ta' pubblikazzjoni u l-punti rilevanti biss.

Attenzjoni! Din il-pubblikazzjoni teżisti bil-Franċiż biss