Preżentazzjoni tal-Ġabra
Skont ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, għandha tiġi ppubblikata Ġabra tal-ġurisprudenza fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Ġabra hija l-pubblikazzjoni uffiċjali tal-ġurisprudenza tal-qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Kompożizzjoni tal-ĠabraSal-1 ta’ Settembru 2016, li hija d-data tat-trasferiment tal-kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku lill-Qorti Ġenerali, il-Ġabra tal-ġurisprudenza kienet komposta minn Ġabra ġenerali, li tinkorpora l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, u minn Ġabra tas-servizz pubbliku, li tinkorpora l-ġurisprudenza fil-qasam tas-servizz pubbliku tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Mill-1 ta’ Settembru 2016, il-ġurisprudenza (inklużi d-deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tas-servizz pubbliku) qiegħda tiġi ppubblikata esklużivament fil-Ġabra ġenerali.
Il-forma ta’ pubblikazzjoni tal-ĠabraIl-Ġabra ġenerali u l-Ġabra tas-servizz pubbliku ġew ippubblikati fil-verżjoni stampata sal-2011 u sal‑2009, rispettivament. Għall-perijodu ta’ qabel dawn id-dati, il-verżjoni stampata tal-Ġabra hija l-unika pubblikazzjoni uffiċjali. Din tibqa’ disponibbli mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Verżjoni pdf tad-deċiżjonijiet ippubblikati fil-Ġabra hija wkoll disponibbli fuq EUR-Lex. Mill-1 ta’ Jannar 2012 (Ġabra ġenerali) u mill-1 ta’ Jannar 2010 (Ġabra tas-servizz pubbliku) rispettivament, il-pubblikazzjoni tal-Ġabra hija esklużivament disponibbli fil-format diġitali fuq is-sit EUR-Lex (pubblikazzjoni uffiċjali aċċessibbli bla ħlas). Dan is-sit jipprovdi wkoll aċċess għall-Ġabra ppubblikata fuq EUR-Lex. Il-Ġabra digitali hija magħmula minn numru ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, flimkien mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, fejn ikun il-każ, fil-format pdf. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konsultazzjoni ta’ dawn id-dokumenti, informazzjoni oħra hija miżjuda, kif ukoll verżjonijiet html b’hyperlinks. Din l-informazzjoni ma tagħmilx parti mill-Ġabra diġitali u ma hijiex ta’ natura uffiċjali.
Aċċess għall-Ġabra fuq is-sit CuriaIl-paġna ta’ aċċess għall-Ġabra tippreżenta d-dokumenti miġbura skont il-kawża f’ordni kronoloġiku tad-deċiżjonijiet. L-ikoni Ikona griża It-tabella kronoloġika hija wkoll mogħnija b’informazzjoni dwar il-possibbiltà ta' appell, eżami mill-ġdid jew rettifika u links lejn id-database Curia, għal konsultazzjoni iktar faċli.
Kriterji għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza fil-ĠabraIl-kriterji għall-pubblikazzjoni fil-Ġabra diġitali għall-Qorti tal-Ġustizzja u għall-Qorti Ġenerali ma nbidlux minn dawk tal-Ġabra ppubblikata fi verżjoni stampata. Il-Qorti tal-Ġustizzja Mill-1 ta’ Mejju 2004, għalhekk jiġu ppubblikati fil-Ġabra:
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-kulleġġ ġudikanti kkonċernat, bħala prinċipju mhux ser jibqgħu jiġu ppubblikati fil-Ġabra:
Minn Settembru 2011, l-awli bi tliet jew b’ħames imħallfin jistgħu barra minn hekk jiddeċiedu, f’każijiet eċċezzjonali, li sentenza dwar deċiżjoni preliminari ma tiġix ippubblikata fil-Ġabra.
Il-Qorti Ġenerali Minn Settembru 2005, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-kulleġġ ġudikanti, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġabra:
Il-pubblikazzjoni tas-sentenzi tal-awli bi tliet imħallfin tiġi deċiża każ b’każ mill-kulleġġ ġudikanti. Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali mogħtija minn imħallef uniku u d-digrieti ta’ natura ġudizzjarja ma jiġux ippubblikati fil-Ġabra, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor. Ċerti deċiżjonijiet jistgħu jiġu ppubblikati f’estratti.
Informazzjoni dwar deċiżjonijiet mhux ippubblikati fil-ĠabraId-deċiżjonijiet li, skont ir-regoli msemmija iktar ’il fuq, ma jiġux ippubblikati fil-Ġabra huma madankollu aċċessibbli fit-taqsima “ġurisprudenzaˮ ta’ dan is-sit, fil-lingwi disponibbli, jiġifieri l-lingwa tal-kawża u l-lingwa tad-deliberazzjoni. Il-Ġabra ġenerali tinkludi wkoll elementi ta’ informazzjoni fuq dawn id-deċiżjonijiet.
Ġabra tas-servizz pubblikuIl-Qorti Ġenerali Sal-31 ta’ Awwissu 2016, id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali mogħtija fl-appell fil-qasam tad-dritt tas-servizz pubbliku kienu jiġu ppubblikati fil-Ġabra tas-servizz pubbliku fil-forma ta’ sommarji fil-lingwi uffiċjali kollha, u bħala test sħiħ fil-lingwa tal-kawża. Setgħu jiġu wkoll ippubblikati fil-Ġabra ġenerali fil-lingwi uffiċjali kollha. Mill-1 ta’ Settembru 2016, id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-qasam tal-kontenzjuż tas-servizz pubbliku qegħdin jiġu ppubblikati fil-Ġabra ġenerali, skont il-kriterji msemmija iktar ’il fuq. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Sal-31 ta’ Awwissu 2016, id-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kienu jiġu ppubblikati fil-Ġabra tas-servizz pubbliku fil-forma ta’ sommarji fil-lingwi uffiċjali kollha, kif ukoll bħala test sħiħ fil-lingwa tal-kawża u fil-lingwa tad-deliberazzjoni. Għad-deċiżjonijiet ta’ interess ġenerali, it-test sħiħ kien jiġi wkoll ippubblikat fil-lingwi uffiċjali l-oħra.
Lingwi uffiċjaliIl-lingwi uffiċjali tal-Unjoni huma:
Kienu ġew previsti miżuri derogatorji temporanji għall-Malti (sat-30 ta’ April 2007) u għall-Irlandiż (sal-31 ta’ Diċembru 2021) rispettivament bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nri 930/2004 u 1738/2006 u bir-Regolamenti tal-Kunsill Nri 920/2005 u 2015/2264.
|