Rapport annwali

Panorama tas-sena

Il-Panorama de l’année hija r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja u jagħti ħarsa lejn l-attività tal-istituzzjoni u l-ġurisprudenza taż-żewġ qrati matul is-sena li tkun għaddiet.

Din il-pubblikazzjoni tippreżenta sunti tal-kawżi prinċipali tas-sena, statistika dwar l-attività taż-żewġ qrati u ħarsa ħafifa lejn l-avvenimenti ewlenin tas-sena. Hija tinkludi wkoll kontribuzzjonijiet mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, mill-President tal-Qorti Ġenerali, kif ukoll mir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarju Ġenerali tal-istituzzjoni, dwar l-attività u l-evoluzzjoni taż-żewġ qrati u tal-istituzzjoni. Il-Viċi President tal-Qorti Ġenerali jippreżenta l-innovazzjonijiet fil-ġurisprudenza ta’ din il-qorti.

Parti mill-pubblikazzjoni, intitolata “Focus fuq il-ġurisprudenza”, hija intiża li tinforma lill-professjonisti u lill-pubbliku ġenerali dwar il-kawżi ewlenin tas-sena b’mod iddettaljat u bi skop pedagoġiku.

ran pan 2023 cover 

 

 

 

Ara wkoll:

Rapport ta’ ġestjoni

Kull sena, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega tal-Istituzzjoni jagħti rendikont lill-awtoritajiet tal-baġit tal-Unjoni, konformement mar-regoli finanzjarji applikabbli, tal-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet u tan-nefqa tal-Istituzzjoni fil-forma ta’ rapport annwali tal-attivitajiet. Dan ir-rapport, imsejjaħ ir-Rapport ta’ ġestjoni, b’mod partikolari jinkludi r-riżultati miksuba mill-Istituzzjoni permezz tar-riżorsi allokati lilha u l-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll intern.

Rapport de gestion