Ir-Reġistru

Ir-Reġistru huwa responsabbli għaż-żamma tal-atti tal-kawżi pendenti u għaż-żamma tar-reġistru li fih jiddaħħlu l-atti proċedurali kollha.

Ir-Reġistru jirċievi, iżomm u jinnotifika r-rikorsi, ir-risposti u l-atti proċedurali l-oħra mibgħuta lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-avukati jew l-aġenti tal-partijiet. Huwa inkarigat minn kull korrispondenza relatata mal-iżvolġiment tal-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Preżentata tal-atti proċedurali

Preżentata bil-posta

Preżentata b'mod elettroniku

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Ir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja
Rue du Fort Niedergrünewald
L-2925 Il-Lussemburgu

Tel.: (352) 4303-1
Faks: (352) 43 37 66
Posta elettronika: ECJ.Registry@curia.europa.eu

Preżentata bil-posta

L-atti proċedurali kif ukoll kull korrispondenza relatata mal-kawżi sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja għandhom jiġu indirizzati lir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-indirizz postali indikat hawn fuq, jew jingħataw direttament lis-sede tar-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew, wara l-ħin tal-ftuħ ta' din, lir-reception tal-Qorti tal-Ġustizzja.

It-trażmissjoni minn qabel ta' att tal-proċedura permezz ta' faks jew ta' posta elettronika tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza tat-termini ta' preskrizzjoni tal-proċedura, sakemm din it-trażmissjoni u d-depożitu sussegwenti tal-att ikunu konformi mal-eżiġenzi stabbiliti mir-Regoli tal-Proċedura. Trażmissjonijiet bħal dawn għandhom ikunu obbligatorjament mibgħuta lin-numru tal-faks jew lill-indirizz elettroniku indikat hawn fuq.

warning It-trażmissjoni, bil-posta elettronika, ta' dokumenti li jaqbżu ċertu daqs (madwar 4 MB) toħloq problemi ta' natura teknika. Sabiex jiġi żgurat li dawn id-dokumenti jiġu trażmessi sew, ikun aħjar li jintbgħat id-dokument skannjat f'diversi partijiet, jew li jintuża l-faks.

e-Curia

Preżentata b'mod elettroniku

L-aġenti u l-avukati awtorizzati jipprattikaw quddiem qorti ta' Stat Membru jew ta' Stat ieħor li huwa parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu, meta jkolhom kont sabiex jaċċedu għall-e-Curia, jippreżentaw att proċedurali permezz ta' din l-applikazzjoni. F'dan il-każ, wara t-trażmissjoni ta' dan l-att, ma hemmx għalfejn li dan l-att jintbagħat bil-posta jew li jintbagħtu kopji awtentikati.

 

Għal iktar informazzjoni:

- Proċedura
- Il-pjattaforma e-Curia tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Enregistrer

Enregistrer