Il-Qorti tal-Ġustizzja

Massimo PILOTTI
Massimo PILOTTI

Twieled fl-1 ta' Awwissu 1879 f'Ruma; ta' nazzjonalità Taljana; duttur fil-liġi, Maġistrat (1901); Imħallef fit-Tribunale ta' Ruma (1913); konsulent fil-Corte d'appello ta' Ruma (1923); konsulent fil-Corte di cassazione (1926); Prim'Imħallef tal-Corte d'appello di Trieste (1930); Avukat Ġenerali tal-Corte di cassazione (1944); President tat-Tribunale superiore delle acque pubbliche (1948); Prim'Imħallef Onorarju tal-Corte di cassazione (1949); Segretarju Ġenerali aġġunt tal-Lega tan-Nazzjonijiet (1932-1937); President tal-Istitut Internazzjonali għall-Armonizzazzjoni tad-dritt privat (1944); Membru tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ tal-Aja (1949); President tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-1952 sal-1958; miet fid-29 ta' April 1962.

Petrus SERRARENS
Petrus SERRARENS

Twieled fit-12 ta' Novembru 1888 f'Dordrecht; ta' nazzjonalità Olandiża; Segretarju Ġenerali tal-Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Sindikati Kristjani (1920-1952); delegat f'diversi konferenzi internazzjonali fuq ix-xogħol, membru aġġunt tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol, President tal-Kummissjoni tal-Affarijiet Soċjali tal-Kunsill tal-Ewropa, membru tal-Ewwel Awla (1929) u tat-Tieni Awla (1939-1952) tal-États généraux; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-4 ta' Diċembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; miet fis-26 ta' Awwissu 1963.

Otto RIESE
Otto RIESE

Twieled fis-27 ta' Ottubru 1894 fi Frankfurt-a-M.; ta' nazzjonalità Ġermaniża; duttur fil-liġi (1921); assessur tal-Landgericht ta' Frankfurt-a-M (1923); ħadem fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1925-1928); studju tal-dritt Ingliż (Londra, 1928); assistent lecturer (1932), Professur Straordinarju (1935), Professur (1949), dekan tal-Fakultà tal-Liġi (1950), Professur Onorarju (1951) tal-Università ta' Lausanne; President ta' Awla fil-Bundesgerichtshof ta' Karlsruhe; membru tal-Kummissjoni Internazzjonali Teknika ta' Esperti Ġuridiċi fuq l-Ajru (mill-1926); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-4 ta' Diċembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mis-7 ta' Ottubru 1958 sas-6 ta' Frar 1963; miet fl-4 ta' Ġunju 1977.

Louis DELVAUX
Louis DELVAUX

Twieled fil-21 ta' Ottubru 1895 f'Orp-le-Grand (il-Belġju); ta' nazzjonalità Belġjana; duttur fil-liġi (1922); avukat f'Louvain u wara f'Nivelles; membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti fid-distrett ta' Nivelles (1936-1946); Ministru tal-Agrikoltura (1945); irtira mill-politika (1946) u reġa' beda jipprattika ta' avukat (1946-1949), President tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju tas-Sekwestri (1949-1953), ċensur tal-Bank Nazzjonali, amministratur tas-Soċjetà Nazzjonali ta' Artjiet Żgħar sa Marzu 1953, ġurnalist mill-1931 sal-1940 u mill-1944 sal-1945 : "Le vingtième siècle", "Le Soir", "La cité"; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-4 ta' Diċembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mis-7 ta' Ottubru 1958 sat-8 ta' Ottubru 1967; miet fl-24 ta' Awwissu 1976.

Jacques RUEFF
Jacques RUEFF

Twieled fit-23 ta' Awwissu 1896 f'Pariġi; ta' nazzjonalità Franċiża; Spettur Ġenerali tal-Finanzi; membru tal-Istitut ta' Franza; membru estern tal-Akkademja Rjali tax-Xjenza, tal-Letteratura u tal-Arti u tal-Akkademja Nazzjonali tal-Lincei; spettur tal-finanzi (1923); Professur fl-Istitut tal-Istatistika tal-Università ta' Pariġi (1923-1930); kap ta' proġett fil-kabinet tas-sur Poincaré, President tal-Kunsill, Ministru tal-Finanzi (1926); membru tas-sezzjoni ekonomika u finanzjarja tas-Segretarjat tal-Lega tan-Nazzjonijiet (1927); attaché ekonomiku fl-Ambaxxata ta' Franza f'Londra (1930); Professur tal-Iskola Libera tax-xjenzi politiċi (mill-1933) : direttur aġġunt tal-Moviment Ġenerali tal-Fondi fil-Ministeru tal-Finanzi (1934); direttur tal-Moviment Ġenerali tal-Fondi (1936-1939); Avukat Anzjan tal-Istat f'servizz straordinarju (1936); viċi-gvernatur tal-Banque de France (1939); delegat aġġunt tal-Ewwel u t-Tieni Assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti (1946); membru Franċiż tal-Kumitat Ekonomiku u tal-Impjieg tan-Nazzjonalitajiet Uniti (1946); President onorarju tas-Soċjetà ta' Ekonomija Politika ta' Pariġi u tas-Soċjetà tal-Istatistika ta' Pariġi; President Onorarju tal-Kunsill Internazzjonali tal-filosofija u tax-xjenzi umani; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-4 ta' Diċembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mis-7 ta' Ottubru 1958 sat-18 ta' Mejju 1962. Huwa mexxa, għall-fondazzjoni tal-Ħames Repubblika, il-kumitat ta' esperti mqabbad mill-Ġeneral de Gaulle sabiex iħejji u japplika l-pjan ta' rkupru ekonomiku, li waħda mill-miżuri l-iktar importanti tiegħu kienet il-ħolqien tal-"franc lourd". Mill-1962 sal-1974, kien membru tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali. Grand-Croix de la Légion d'honneur, membru tal-Akkademja tax-xjenzi morali u politiċi, Jacques Rueff, li kien jokkupa l-kariġa ta' kanċillier tal-Istitut ta' Franza, kien elett fl-Akkademja Franċiża fit-30 ta' April 1964 minflok Jean Cocteau, permezz ta' 18-il vot kontra s-sitta tal-poeta André Berry. Huwa ġie milqugħ minn André Maurois fl-1 ta' April 1965. Miet fit-23 ta' April 1978.

Charles Léon HAMMES
Charles Léon HAMMES

Twieled fl-21 ta' Mejju 1898 f'Falk; ta' nazzjonalità Lussemburgiża; duttur fil-liġi; Avukat fil-Qorti ta' Lussemburgu (1922-1927); attaché fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1927-1929); juge de paix (1929-1930); assistent prosekutur tal-Istat (1930-1937), Imħallef tat-Tribunal tad-Distrett (1937-1945); Konsulent tal-Cour supérieure de justice (1945-1952); Konsulent tal-kumitat tal-kontenzjuż tal-Conseil d'État (1951-1952); Professur Straordinarju fl-Università ta' Brussell; membru tal-Conseil d'État tal-Gran Dukat; membru tal-Kummissjoni Benelux għall-unifikazzjoni tad-dritt; President tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Konferenza tal-Aja fuq id-dritt internazzjonali privat, president tal-Kummissjoni tal-istudji leġiżlattivi fil-Lussemburgu; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-4 ta' Diċembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mis-7 ta' Ottubru 1958 sas-7 ta' Ottubru 1964; President tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta' Ottubru 1964 sad-9 ta' Ottubru 1967; President tal-Qorti ta' Arbitraġġ tal-Assoċjazzjoni bejn il-KEE u l-Istati Afrikani u l-Madagaskar assoċjati ma' din il-Komunità (1965-1967); miet fid-9 ta' Diċembru 1967.

Adrianus VAN KLEFFENS
Adrianus VAN KLEFFENS

Twieled fl-14 ta' Ottubru 1899; ta' nazzjonalità Olandiża; studji fid-dritt (Leyden); ħadem fis-Segretarjat Ġenerali tal-Lega tan-Nazzjonijiet f'Ġinevra; Imħallef fir-Rechtbank f'Amsterdam; membru tal-Kummissjoni Internazzjonali Marittima; direttur tas-servizz tal-Kummerċ Estern fil-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi (1934); priġunier tal-gwerra; fl-1945, kompla l-kariġa tiegħu fl-istess Ministeru; membru assoċjat tal-iżvilupp tal-integrazzjoni ekonomika Ewropea; awtur prinċipali, għall-Olanda, tal-proġett tal-unjoni tal-Benelux; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-10 ta' Diċembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; Miet fit-2 ta' Awwissu 1973.

Maurice LAGRANGE
Maurice LAGRANGE

Twieled fl-14 ta' Mejju 1900 f'Meudon; ta' nazzjonalità Franċiża; beda' jaħdem fil-Conseil d'État permezz ta' konkors, uffiċjal ta' tieni klassi (1924), uffiċjal tal-ewwel klassi (1929), Avukat tal-Conseil d'État (1934), Avukat Anzjan tal-Istat mas-sezzjoni tal-finanzi (1945); kummissarju tal-Gvern; ipparteċipa, bħala expert ġuridiku, fin-negozjati li wasslu għall-firma tat-Trattat li jistabbilixxi l-KEFA (1950); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mill-4 ta' Dicembru 1952 sas-6 ta' Ottubru 1958; Avukat ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mis-7 ta' Ottubru 1958 sat-8 ta' Ottubru 1964; miet fil-5 ta' Settembru 1986.

Karl ROEMER
Karl ROEMER

Twieled fit-30 ta' Diċembru 1899; ta' nazzjonalità Ġermaniża, studji ta' ekonomija politika u ta' dritt (Köln, München, Freiburg, Bonn);"Gerichtsassessor" u Mħallef (Köln, 1932); avukat quddiem il-Qorti f'Berlin sal-1946; avukat quddiem il-Landgericht u l-Oberlandesgericht ta' Sarrebrück; mill-1947 sal-1952, wettaq attivitajiet prinċipalment b'konnessjoni mad-dritt barrani, id-difiża tal-interessi Ġermaniżi quddiem l-awtoritajiet u l-qrati stabbiliti fil-qafas tas-sistema ta' okkupazzjoni kif ukoll quddiem l-amministrazzjonijiet u l-qrati barranin; karigi speċjali għall-gvern federali qabel l-istabbiliment tas-servizzi diplomatiċi barra mill-pajjiż; mill-1947 sal-1948, ipparteċipa fix-xogħlijiet tas-"Sonderstelle für Geld und Kredit" f'Hamburg, għall-preparazzjoni tar-riforma monetarja; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja (1953-1973); miet fil-21 ta' Diċembru 1984.

Rino ROSSI
Rino ROSSI

Twieled fi Chivenna fl-14 ta' Awwissu 1889; ta' nazzjonalità Taljana; Pretore f'Caraglio (1920) u f'Torino (1924); President tat-Tribunale ta' Rodi (1928), assenjat fit-Tribunale ta' Ruma (1934); Imħallef tat-Tribunale consolare tal-Kajr (1936); assenjat fil-Ministeru tal-affarjiet barranin (1940); President tal-Corte d'appello ta' Rodi (1941); Konsulent tal-Corte d'appello dell'Aquila, wara għal dik ta' Ruma (1945); assenjat fl-uffiċċju tal-prosekutur tal-Qorti ta' Kassazzjoni (1948); assistent Avukat Ġenerali tal-Corte di cassazione (1951), President ta' Awla tal-Corte di cassazione (1958); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1958 sas-7 ta' Ottubru 1964; miet fis-6 ta' Frar 1974.

Nicola CATALANO
Nicola CATALANO

Twieled fl-1910, duttur fil-liġi (1932), avukat sal-1939; ammess b'konkors fl-"Avvocatura dello Stato", u laħaq assistent Avukat Ġenerali (1955); assistent fl-Università ta' Ruma (1939-1950); "commissario governativo" tal-kumpannija ta' pubblikazzjoni "Il Giornale d'Italia" (1944-1946); konsulent ġuridiku tal-"Poligrafico dello Stato" (1946-1948); aġent tal-Gvern Taljan fil-kummissjonijiet tal-konċiljazzjoni tat-Trattat ta' Paċi (1948-1950); konsulent ġuridiku taż-żona internazzjonali ta' Tangïer (1951-1953) u tal-Awtorità Għolja tal-KEFA (1953-1956); espert ġuridiku tad-delegazzjoni Taljana għall-abbozz tat-Trattati ta' Ruma; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet ġuridiċi; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja (1958-1961); miet fil-5 ta' Awwissu 1984.

Andreas Matthias DONNER
Andreas Matthias DONNER

Twieled fil-15 ta' Jannar 1918 f'Rotterdam; ta' nazzjonalità Olandiża; duttur fil-liġi (1941); kollobarazzjoni ġuridika fi "Schoolraad voor de Scholen met de Bijbel", wara l-projbizzjoni ta' dan il-korp mill-okkupazzjoni, kompla l-attività tiegħu bil-moħbi (1941-1945); Professur tad-dritt pubbliku u tad-dritt amministrattiv fl-Università Libera ta' Amsterdam (mill-1945); President tan-"Nederlandse Verening voor Administratief Recht" (1948-1958); mill-1955, membru tal-Akkademja Rjali Olandiża tax-Xjenzi; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1958 sad-29 ta' Marzu 1979, President mis-7 ta' Ottubru 1958 sas-7 ta' Ottubru 1964; Professur tad-dritt kostituzzjonali fl-Univesità ta' Groningen (1979-1984); miet fl-24 ta' Awwissu 1992.

Alberto TRABUCCHI
Alberto TRABUCCHI

Twieled fis-26 ta' Lulju 1907 f'Verona; ta' nazzjonalità Taljana; duttur fil-liġi fl-Università ta' Padova (1928); assistent fl-Istitut ta' filosofija tad-dritt f'Padova (1929); lecturer ta' dritt ċivili (1935); Professur inkarigat mill-korsijiet ta' dritt ċivili f'Ferrara (1935-1942); Professur Straordinarju ta' dritt ċivili f'Venezja (1941-1942); Professur ta' dritt ċivili f'Padova mill-1942 u responsabbli għall-korsijiet ta' dritt privat komparattiv fl-istess università mill-1953; direttur tal-istitut ta' dritt privat f'Padova mill-1945; Membru tal-Istitut Veneto ta' Venezja, tal-Akkademji ta' Padova, Verona u Ferrara; Imħallef mit-8 ta' Marzu 1962 sat-12 ta' Diċembru 1972, wara Avukat Ġenerali mid-9 ta' Jannar 1973 sas-6 ta' Ottubru 1976; miet fit-18 ta' April 1998.

Robert LECOURT
Robert LECOURT

Twieled fid-19 ta' Settembru 1908; ta' nazzjonalità Franċiża; duttur fil-liġi; avukat tal-Cour d'Appel ta' Pariġi; kaptan tar-riżervi; membru tat-tmexxija klandestina tal-Kumitat tal-Moviment "Resistance" u membru tal-Moviment tal-Ħelsien Nazzjonali; membru tal-Assemblea konsultattiva provviżorja; deputat għal Pariġi (1945-1958); deputat għal Hautes - Alpes (Novembru 1958); Ministru tal-Ġustizzja (f'diversi okkazzjonijiet bejn l-1948 u l-1958); Ministru mingħajr portafoll responsabbli għall-għajnuna u għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika u l-Istati Membri tal-Komunità u wara mad-dipartimenti u mat-territorijiet extra-Ewropej u mas-Sahara (Jannar 1959 - Awwissu 1961); Membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Moviment Ewropew; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-18 ta' Mejju 1962 sad-9 ta' Ottubru 1967; president mill-10 ta' Ottubru 1967 sal-25 ta' Ottubru 1976; miet fid-9 ta' Awwissu 2004.

Walter STRAUSS
Walter STRAUSS

Twieled fil-15 ta' Ġunju 1900 f'Berlin; ta' nazzjonalità Ġermaniża; duttur fil-liġi (Heidelberg, 1924); Imħallef awżiljarju tal-Gerichten ta' Berlin; impjegat fil-Ministeru tal-Ekonomija (mill-1928 sal-1935); espert fuq l-ekonomija; direttur ta' amministrazzjoni fl-isptarijiet ta' Berlin; Segretarju ta' Stat tal-gvern ta' Hesse għall-Affarijiet Federali, membru tad-Direttorat tal-Kunsill Federali taż-żona ta' okkupazzjoni Amerikana fi Stuttgart (1946); direttur aġġunt (1947-1948), wara kap tal-Uffiċċju Ġuridiku (1948-1949) tal-amministrazzjoni tal-ekonomija taż-żona magħquda ekonomikament; Membru tal-Kunsill Parlamentari (1948-1949); Segretarju ta' Stat fil-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (1949-1963); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta' Frar 1963 sat-28 ta Ottubru 1970; miet fl-1 ta' Jannar 1976.

Joseph GAND
Joseph GAND

Twieled fit-28 ta' Frar 1913; ta' nazzjonalità Franċiża; lawreat fid-dritt; diplomat fl-istudji superjuri ta' dritt pubbliku u ta' ekonomija politika; diplomat fl-Iskola Libera fix-xjenzi pubbliċi; għadda mill-konkors għal uffiċjal tal-Conseil d'état fl-1963; kummissarju tal-gvern fis-sezzjoni tal-kontenzjuż tal-Conseil d'état mill-1947 sal-1950, mill-1957 sal-1960 u mill-1962 sal-1964; direttur ġenerali tal-amministrazzjoni u tas-servizz pubbliku minn Frar 1959 sa April 1961; lecturer anzjan fl-École nationale d'administration mill-1947 sal-1958 u Professur fl-Istitut ta' studji politiċi ta' Pariġi mill-1958 sal-1962; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta' Ottubru 1964 sas-6 ta' Diċembru 1970; miet fl-4 ta' Ottubru 1974.

Riccardo MONACO
Riccardo MONACO

Twieled fit-2 ta' Jannar 1909; ta' nazzjonalità Taljana; duttur fil-liġi fl-Università ta' Torino (1930); "Privatdozent" fi dritt internazzjonali (1933); assistent lecturer fl-Università ta' Torino; Professur tad-dritt internazzjonali fl-Università ta' Cagliari (1939-1940), wara ta' Modena (1940-1942); Professur fil-fakultà tad-dritt ta' Torino (1942-1956); Professur ta' organizzazzjoni internazzjonali fil-fakultà tax-xjenzi politiċi tal-Università ta' Ruma (1956-1964); Imħallef fit-Tribunal ta' Torino; consigliere di Stato (mill-1948); President tas-Sezzjoni Onorarja tal-Consilgio di Stato (1956); Segretarju Ġenerali tal-kontenzjuz diplomatiku u kap tas-servizz ġuridiku; membru tal-Istitut ta' Dritt Internazzjonali, membru tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Ottubru 1964 sat-3 ta' Frar 1976; miet fit-8 ta' Jannar 2000.

Josse J. MERTENS de WILMARS
Josse J. MERTENS de WILMARS

Twieled fit-22 ta' Ġunju 1912 f'St-Niklaas Waas; ta' nazzjonalità Belġjana; duttur fil-liġi (1934); avukat, membru tal-Kunsill tal-Ordni (1935); gradwat fi xjenzi politiċi u diplomatiċi (1945); membru tal-avukatura u wara President tal-"Vlaamse Conferentie van de Balie"; membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti (1951-1961); membru tal-kummissjonijiet parlamentari tal-affarijiet barranin, tal-ġustizzja u tar-riformi tal-Kostituzzjoni; Professur Straordinarju fil-fakultà tad-dritt tal-Università ta' Louvain; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Ottubru 1967 sad-29 ta' Ottubru 1980, President mit-30 ta' Ottubru 1980 sal-10 ta' April 1984; miet fl-1 ta' Awwissu 2002.

Pierre PESCATORE
Pierre PESCATORE

Twieled fil-Lussemburgu fl-20 ta' Novembru 1919; ta' nazzjonalità Lusssemburgiża; duttur fil-liġi; konsulent ġuridiku, direttur politiku u segretarju ġenerali fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1946-1967); assistent lecturer fil-fakultà tad-dritt tal-Universita ta' Liège (1951); kofondatur tal-Istitut ta' studji ġuridiċi Ewropej tal-Università ta' Liège (1963); Professur Straordinarju u Professur tad-dritt tal-Komunitajiet Ewropej (1965); membru soċju tal-Istitut ta' dritt Internazzjonali waqt is-sezzjoni ta' Varsanja (1965); membru tas-sezzjoni tax-xjenzi morali u politiċi tal-Istitut tal-Gran Dukat (1967); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Ottubru 1967 sas-7 ta' Ottubru 1985; miet fit-2 ta 'Frar 2010.

Hans KUTSCHER
Hans KUTSCHER

Twieled fl-14 ta' Diċembru 1911 f'Hamburg; ta' nazzjonalità Ġermaniża; studji fid-dritt (Graz, Freiburg-en-Brisgau u Berlin); duttur fil-liġi (1937, Königsberg/Pr.; uffiċjal pubbliku fil-Ministeru tal-Ekonomija u tat-Trasport; segretarju tal-Kumitat ta' esperti ġuridiċi tal-Bundesrat u tal-kummissjoni ta' arbitraġġ fil-Bundestag u fil-Bundesrat; Imħallef tal-Bundesverfassungsgericht ta' Karlsruhe (1955-1970); Professur Onorarju fl-Università ta' Heidelberg; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mit-28 ta' Ottubru 1970 sas-6 ta' Ottubru 1976; President mis-7 ta' Ottubru 1976 sal-31 ta' Ottubru 1980; miet fl-24 ta' Awwissu 1993.

Alain Louis DUTHEILLET de LAMOTHE
Alain Louis DUTHEILLET de LAMOTHE

Twieled f'Limoges fil-25 ta' Awwissu 1919; ta' nazzjonalità Franċiża; duttur fil-liġi; lawreat fil-letteratura (Ingliż); student tal-École nationale d'administration (1945-1947); uffiċjal tal-Conseil d'État, u wara maħtur Avukat tal-Conseil d'État, Avukat Anzjan tal-Istat (1969); kummissarju tal-gvern fis-sezzjoni tal-kontenzjuż tal-Conseil d'État (1957-1969) u tat-Tribunal des conflits (1965-1970); assenjat temporanjament, matul ċerti perijodu, fil-kumitat interdipartimentali ta' kooperazzjoni ekonomika Ewropea (1948-1951), fil-kabinet tal-president tal-kunsill (1952), tal-Ministru tad-Difiża Nazzjonali (1952-1954), u tal-Ministru tal-Ġustizzja (1969-1970); karigi barra mill-pajjiż għall-għajnuna teknika; lecturer anzjan fl-ENA u fl-Istitut ta' Studji Politiċi ta' Pariġi; kollaborazzjoni regolari f'diversi ġurnali ġuridiċi; Avukat ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1970 sat-2 ta' Jannar 1972, id-data tal-mewt tiegħu.

Henri MAYRAS
Henri MAYRAS

Twieled fid-29 ta' Marzu 1920 f'Charenton-le-Pont (Val-de-Marne); ta' nazzjonalità Franċiża; diplomat fl-istudji superjuri ta' dritt pubbliku u ta' ekonomija politika; aġent tal-gvern fil-Kummissjoni ta' konċiljazzjoni Franċiża - Taljana (1949-1951); konsulent tekniku fil-kabinet tal-Ministru tal-Ġustizzja (1952-1953); uffiċjal tal-Conseil d'État, wara maħtur Avukat tal-Conseil d'État (1954), Avukat Anzjan tal-Istat (1972); konsulent ġuridiku fl-ambaxxata ta' Franza fil-Marokk (1956-1958); kummissarju tal-gvern fis-sezzjoni tal-kontenzjuż tal-Conseil d'État (1958-1961); President tal-Awla Amministrattiva tal-Qorti Suprema tal-Marokk (1961-1964); Direttur tas-servizzi ġudizzjarji fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1964); lecturer anzjan fl-ENA; assistent lecturer fil-fakultà tal-liġi ta' Rabat; Professur fl-Iskola tal-Marokk tal-Amministrazzjoni; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-22 ta' Marzu 1972 sat-18 ta' Marzu 1981; miet fid-9 ta' Lulju 1995.

Cearbhall O
Cearbhall O'DALAIGH

Twieled fit-12 ta' Frar 1911; ta' nazzjonalità Irlandiża; diploma ta' studji ċeltiċi (University College, Dublin, 1933); barrister, King's Inn (1934); Avukat Anzjan (1945); bencher, King's Inn (1946); Avukat Ġenerali (1946-1948 u 1951-1953); Imħallef tas-Supreme Court (1953-1961); Prim'Imħallef (1961-1973); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja (mid-9 ta' Jannar 1973 sat-12 ta' Diċembru 1974); President tal-Irlanda (1974-1976); miet fil-21 ta' Marzu 1978.

Max SØRENSEN
Max SØRENSEN

Twieled fid-19 ta' Frar 1913; ta' nazzjonalità Daniża; studji ġuridiċi fl-Universita ta' Copenhagen u fl-Istitut Universitarju ta' studji superjuri internazzjonali f'Ginevra; doctor juris (1946); impjegat mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tad-Danimarka f'Bern u Londra (1938-1945); Professur tad-dritt internazzjonali u tad-dritt kostituzzjonali fl-Università ta' Aarhus (mill-1947); Imħallef ad hoc, maħtur mill-gvernijiet tad-Danimarka u tal-Olanda fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja għall-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-blata kontinentali tal-Baħar tat-Tramuntana (1968-1969); membru tal-Qorti Permanenti ta' Artibraġġ; membru tal-Istitut tad-Dritt Internazzjonali; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Jannar 1973 sat-8 ta' Ottubru 1979; miet fil-11 ta' Ottubru 1981.

Gerhard REISCHL
Gerhard REISCHL

Twieled fis-17 ta' Lulju 1918 f'München; ta' nazzjonalità Ġermaniża; duttur fil-liġi fl-Università ta' München (1950); tieni eżami tal-Istat fi xjenzi ġuridiċi (1951); assistent Imħallef, wara konsulent, bħala Imħallef tad-Distrett, mal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Istat tal-Bavaria (1951-1954); Imħallef tal-Amtsgericht ta' München (1954-1955); fl-uffiċċju tal-ambaxxatur plentipotenzjarju li jirrappreżenta lill-Bavaria fil-"Bund" (1955-1956); "Oberregierungsrat", wara "Regierungsdirektor" tal-Kanċellerija tal-Istat tal-Bavaria fi München (1956-1958); Imħallef tal-Landgericht f'München (1958-1961); deputat tal-Bundestag (1961-1972); Segretarju tal-Istat inkarigat mir-relazzjonijiet mal-Parlament mal-Ministru Federali tal-Finanzi (1969-1971); membru tal-Assemblea Ewropea (1971-1973); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Ottubru 1973 sal-11 ta' Jannar 1984; miet fis-16 ta' April 1998.

Jean-Pierre WARNER
Jean-Pierre WARNER

Twieled fl-24 ta' Settembru 1924; ta' nazzjonalità Britannika; daħal fl-armata tal-Gran Brittanja fi Frar 1943; daħal fir-Rifle Brigade; ipparteċipa f'operazzjonijiet militari fl-Ewropa u fl-Asja; maħtur Acting Major (1947); gradwat fil-liġi (B.A., 1948); imsejjaħ għall-avukatura ta' Lincoln's Inn (Jannar 1950); Avukat (tal-qrati superjuri) fiċ-Chancery Bar (1950-1972); Bencher ta' Lincoln's Inn (mill-1966); Kunsillier, Royal Borough of Kensington (1959-1968); Direttur ta' Warner & Sons Ltd. u s-sussidjarji (1952-1970); Avukat tal-Istat (Novembru 1972); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Jannar 1973 sas-26 ta' Frar 1981; miet fl-1 ta' Frar 2005.

Alexander J. MACKENZIE STUART
Alexander J. MACKENZIE STUART

Twieled fit-18 ta' Novembru 1924; ta' nazzjonalità Britannika; ipprattika fl-Avukatura Skoċċiża (1951); Avukat tal-Istat (1963); Imħallef tal-"Court of Session" (Qorti Suprema tal-Iskozja, 1972); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Jannar 1973 sas-6 ta' Ottubru 1988; President mill-10 ta' April 1984 sas-6 ta' Ottubru 1988; bħala rikonoxximent tas-servizzi tiegħu, ingħatatlu barunija tar-Renju Unit bit-titlu ta' Lord Mackenzie-Stuart of Dean; miet fl-1 ta' April 2000.

Andreas O
Andreas O'KEEFFE

Twieled fl-4 ta' Ottubru 1912; ta' nazzjonalità Irlandiża; LL. B., University College Dublin (1936); barrister, the Kings Inns, Dublin (1935); Avukat Anzjan (1951); bencher of the Kings Inns (1954); Avukat Ġenerali (1954 u 1957-1965); Imħallef tal-Qorti Suprema (1965); President tal-High Court (1966); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja (mit-12 ta' Diċembru 1974 sas-16 ta' Jannar 1985); miet fit-30 ta' Diċembru 1994.

Giacinto BOSCO
Giacinto BOSCO

Twieled fil-25 ta' Jannar 1905 f'Caserta; ta' nazzjonalità Taljana; lawreat fil-liġi, Università ta' Napli (1925); viċi-segretarju tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1927-1932); Professur tad-dritt internazzjonali fl-Università ta' Ruma (1932); dekan tal-fakultà tal-liġi tal-Università ta' Urbino (1932); Professur tad-dritt internazzjonali, Università ta' Firenze (1933-1940), Università ta' Ruma (1940-1975); direttur tal-Istitut tad-Dritt Internazzjonali fil-fakultà tal-ekonomija u tal-kummerċ tal-Università ta' Ruma (mill-1966); senatur (1948-1972); sotto-segretarju tal-Istat fil-Ministeru tad-Difiża (1953-1958); viċi-president tas-Senat (1958-1960); Ministru tal-Edukazzjoni (1960-1962); Ministru tal-Ġustizzja (1962-1963); Ministru tax-Xogħol u tal-Għajnuna Soċjali (1963-1964 u 1966-1968); Ministru bla portafoll għall-affarijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (1968-1969 u 1970); Ministru tal-Finanzi (1969-1970); Ministru tal-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet (1970-1972); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1976 sas-6 ta' Ottubru 1988; miet fil-11 ta' Ottubru 1997.

Adolphe TOUFFAIT
Adolphe TOUFFAIT

Twieled fid-29 ta' Marzu 1907 f'Rennes; ta' nazzjonalità Franċiża; gradwat fl-istudji superjuri tad-dritt privat; assistent Imħallef tal-Cour d'Appel ta' Douai, wara ta' Pariġi (1933-1936); assistent mat-tribunal d'Évreux (1936-1940); Prosekutur tar-Repubblika mat-tribunal d'Évreux (1940); direttur taċ-Ċentru ta' Riċerka tad-Delitti ta' Gwerra (1946); direttur tal-kabinet tal-Ministeru tal-Forżi Armati (1947-1949); direttur tal-kabinet tal-Ministeru tal-Istat inkarigat mill-informazzjoni (1949-1953); direttur tal-kabinet tal-Ministru tal-Istat, viċi president tal-Kunsill (1953); assistent ewlieni mat-tribunal de Seine (1954-1956); direttur tal-kabinet tal-Ministeru tal-Ġustizzja (1957-1958); prosekutur tar-Repubblika mat-Tribunal ta' Seine (1958-1961); konsulent tal-Cour de cassation (1961); spettur ġenerali tas-servizzi ġudizzjarji (1962); l-ewwel President tal-Cour d'appel ta' Pariġi (1962-1968); Avukat Ġenerali mal-Cour de cassation (1968-1976); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-26 ta' Ottubru 1976 sas-6 ta' Ottubru 1982; miet fit-12 ta' Marzu 1990.

Francesco CAPOTORTI
Francesco CAPOTORTI

Twieled f'Napli fid-9 ta' Frar 1925; ta' nazzjonalità Taljana; gradwat fil-liġi (Napli, 1945); assistent fl-Università ta' Napli (1946-1952); duttur fil-liġi internazzjonali (1951); assistent lecturer ta' dritt internazzjonali fl-Università ta' Napli (1951-1954); Professur Straordinarju ta' istituzzjonijiet ta' dritt pubbliku fl-Università ta' Cagliari (1954); Professur tad-dritt internazzjonali fl-Università ta' Bari (1955-1968); Professur ta' organizzazzjonijiet internazzjonali tal-Università ta' Napli (1968); direttur tal-Istitut tad-Dritt Pubbliku fil-fakultà tal-ekonomija u tal-kummerċ ta' din l-Università (1970); Professur tad-dritt internazzjonali privat fil-fakultà tax-xjenzi politiċi tal-Università ta' Ruma (1970-1976); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-3 ta' Frar sas-6 ta' Ottubru 1976, wara Avukat Ġenerali mis-7 ta' Ottubru 1976 sas-6 ta' Ottubru 1982; miet fl-4 ta' April 2002.

Thymen KOOPMANS
Thymen KOOPMANS

Twieled fil-11 ta' Awwissu 1929 f'Amsterdam; ta' nazzjonalità Olandiża; duttur fil-liġi (Università ta' Amsterdam, 1953); avukat u prosekutur f'Haarlem (1953-1956); segretarju fil-Ministeru tal-Ġustizzja f'Aja (1956-1962); konsulent ġuridiku fis-servizz ġuridiku tal-Kunsill tal-KE (1962-1965); Professur (1965-1978), dekan tal-fakultà tal-liġi (1973-1975) fl-Università ta' Leyde; membru tal-Akkademja Rjali Olandiża tax-xjenzi (1978); konsulent tal-Hoge Raad (1978-1979); Imħallef tal-Ġustizzja mid-29 ta' Marzu 1979 sad-29 ta' Marzu 1990); miet fit-24 ta' Diċembru 2015.

Ole DUE
Ole DUE

Twieled fl-10 ta' Frar 1931; ta' nazzjonalità Daniża; direttur tal-Ministeru tal-Ġustizzja; konsulent ad interim tal-Qorti tal-Appell; membru tad-delegazzjoni Daniża fil-konferenza tal-Aja fuq id-dritt internazzjonali privat; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-9 ta' Ottubru 1979 sas-6 ta' Ottubru 1988; President tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1988 sas-6 ta' Ottubru 1994; miet fil-21 ta' Jannar 2005.

Ulrich EVERLING
Ulrich EVERLING

Twieled f'Berlin fit-2 ta' Ġunju 1925; ta' nazzjonalità Ġermaniża; duttur fil-liġi, Università ta' Göttingen (1952); assenjat mad-Dipartiment legali tal-Ministeru Federali tal-Affarijiet Ekonomiċi (1953); kap tas-sezzjoni fid-Diviżjoni Ewropea tal-Ministeru Federali tal-Affarijiet Ekonomiċi (1958); kap tad-diviżjoni politika Ewropea (1970); lecturer (1971), Professur Onorarju (1975) fl-Università ta' Munster; membru tal-kumitat eżekuttiv tad-"Deutsche Wissenschaftliche Gesellschaft für Europarecht"; Membru tal-kunsill ta' amministrazzjoni tal-Istitut Max Planck għad-dritt pubbliku barrani u d-dritt internazzjonali f'Heidelberg; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta' Ottubru 1980 sas-9 ta' Ottubru 1988; miet fil-20 ta' Settembru 2018.

Pieter VERLOREN van THEMAAT
Pieter VERLOREN van THEMAAT

Twieled fis-16 ta' Marzu 1916 f'Rotterdam; ta' nazzjonalità Olandiża; duttur fil-liġi, fl-Università ta' Leyde (1946); assenjat mal-Ministeru tal-Affarijiet ekonomiċi u mal-Ministeru tal-Affarijiet barranin, fosthom bħala konsulent ġenerali tal-Ministru u tad-Direttur tal-organizzazzjoni tas-suq (1945-1958); Direttur Ġenerali fil-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1958-1967); Professur tad-dritt soċjali u ekonomiku fl-Università ta' Utrecht (1967-1981); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta' Ġunju 1981 sat-13 ta' Jannar 1986; miet fl-4 ta' Ġunju 2004.

Simone ROZÈS
Simone ROZÈS

Twieled fid-29 ta' Marzu 1920 f'Pariġi; ta' nazzjonalità Franċiża; gradwat fil-liġi, diplomi fl-istudji superjuri tad-dritt pubbliku, tal-ekonomija politika u x-xjenzi politiċi; segretarju mal-Ministeru tal-Ġustizzja (1950); kap tal-Uffiċċju fil-kabinet tal-Ministeru tal-Ġustizzja (1958); viċi-president tat-Tribunal de grande instance ta' Pariġi (1969); direttur mal-Ministeru tal-Ġustizzja (1973); amministratur tal-Iskola Nazzjonali tal-maġistratura (1974); President tat-Tribunal de grande instance ta' Pariġi (1976); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-18 ta' Marzu 1981 sat-13 ta' Frar 1984.

Fernand GRÉVISSE
Fernand GRÉVISSE

Twieled fit-28 ta' Ġunju 1924; ta' nazzjonalità Franċiża; uffiċjal, wara Avukat tal-Conseil d'État ta' Franza; direttur fil-Ministeru tal-Ġustizzja; Direttur Ġenerali tal-Ilmijiet u l-Foresti; Direttur Ġenerali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern; Avukat Anzjan tal-Istat; President tal-ewwel sub-diviżjoni tas-sezzjoni tal-Kontenzjuż; Professur tal-Istitut ta' studji politiċi, President tas-sezzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi tal-Conseil d'État; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta' Ġunju 1981 sas-6 ta' Ottubru 1982 u mis-7 ta' Ottubru 1988 sas-6 ta' Ottubru 1994; miet fil-11 ta' Jannar 2002.

Alexandros CHLOROS
Alexandros CHLOROS

Twieled f'Ateni fil-15 ta' Awwissu 1926; ta' nazzjonalità Griega; gradwat fil-filosofija tad-dritt, Università ta' Oxford; assistent lecturer fil-University College of Wales Aberystwyth (1954), wara fil-King's College ta' Londra (1959); Professur tad-dritt komparattiv fl-Università ta' Londra (1966); duttur fil-liġi "LL.D." fl-Università ta' Londra (1972); direttur taċ-Ċentru tad-dritt Ewropew tal-King's College (1974); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-12 ta' Jannar 1981 sal-15 ta' Novembru 1982, id-data tal-mewt tiegħu.

Gordon SLYNN
Gordon SLYNN

Twieled fis-17 ta' Frar 1930; ta' nazzjonalità Britannika; barrister, Master of the Bench, wara Treasurer, Gray's Inn; Avukat tal-Istat; Junior Counsel fil-Ministeru tax-Xogħol, Junior u Leading Counsel Ewlieni fit-Treasury; Recorder; Imħallef tal-High Court (Queen's Bench Division); President tal-Employment Appeal Tribunal; Visiting Professor, University of Durham, Comell (l-Istati Uniti), Mercer (l-Istati Uniti), King's College, London; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-26 ta' Frar 1981 sas-6 ta' Ottubru 1988; Imħallef mis-7 ta' Ottubru 1988 sal-10 ta' Marzu 1992; miet fid-7 ta' April 2009.

Kai BAHLMANN
Kai BAHLMANN

Twieled fid-29 ta' Jannar 1927 f'Düsseldorf; ta' nazzjonalità Ġermaniża; studji fil-liġi, fl-Universitajiet ta' Köln, Bonn u Freiburg (1947-1951); "Gerichtsreferendar" (1952-1956), wara "GerichtImħallef" (1956) fil-Oberlandesgericht ta' Köln; kollaboratur xjentifiku fil-Bundesverfassungsgericht (1958-1960); Landsgerichtsrat fil-Landgericht ta' Köln (1959); uffiċjal pubbliku (1961), direttur tad-Diviżjoni tad-dritt pubbliku (1969) fil-Ministeru federali tal-Ġustizzja; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1982 sas-6 ta' Ottubru 1988; miet fil-287 ta' Mejju 2009.

G. Federico MANCINI
G. Federico MANCINI

Twieled fit-23 ta' Diċembru 1927; ta' nazzjonalità Taljana; Professur tad-dritt tax-xogħol (Urbino, Bologna, Ruma), tad-dritt privat komparattiv (Bologna); membru tal-Kunsill Superjuri tal-maġistratura (1976-1981); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja (1982-1988); Imħallef mis-7 ta' Ottubru 1988 sal-21 ta' Lulju 1999, id-data tal-mewt tiegħu.

Yves GALMOT
Yves GALMOT

Twieled fil-5 ta' Jannar 1931 f'Pariġi; ta' nazzjonalità Franċiża; gradwat fil-liġi, diploma fl-istudji superjuri tad-dritt pubbliku; diploma tal-ENA (1956); uffiċjal fil-Conseil d'État (1956); kap ta' proġett, wara sar konsulent tekniku fil-kabinet tal-Kummissjoni Għolja taż-żagħżagħ u tal-isports (1961); Avukat tal-Conseil d'État (1962); kummissarju tal-gvern fl-Assemblea Ġenerali tal-Kontenzjuż tal-Conseil d'État (1964-1968); Segretarju Ġenerali Aġġunt, wara Segretarju Ġenerali tal-impriża tal-minjieri u tal-kimika (1970-1974); direttur amministrattiv u finanzjarju tal-Istitut ta' riċerka u ta' koordinazzjoni akustika/mużikali (IRCAM) fiċ-Ċentru Beaubourg (mill-1974); Avukat Anzjan tal-Istat (Ġunju 1981); konsulent legali tal-impriża tar-riċerka u l-attivitatjiet relatati maż-żejt (Ottubru 1981-1982); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1982 sas-6 ta' Ottubru 1988; miet fl-3 ta' Ottubru 2017.

Constantinos KAKOURIS
Constantinos KAKOURIS

Twieled fis-16 ta' Marzu 1919; ta' nazzjonalità Ġriega, avukat (Ateni); relatur u wara Avukat tal-Conseil d'État; Avukat Anzjan tal-Istat; President tal-Qorti tal-kwistjonijiet tal-Maġistrati tat-Tribunali u l-Qrati Superjuri; Membru tal-Qorti Suprema Speċjali; spettur ġenerali tat-Tribunali amministrattivi; membru tal-Kunsill Superjuri tal-maġistratura; President tal-Kunsill superjuri tal-Ministeru tal-Affarjiet Barranin; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-14 ta' Marzu 1983 sas-6 ta' Ottubru 1997; miet fit-23 ta' Marzu 2000.

Carl Otto LENZ
Carl Otto LENZ

Twieled fil-5 ta' Ġunju 1930; ta' nazzjonalità Ġermaniża ; avukat; nutar; Segretarju Ġenerali tal-Grupp Demokratiku Kristjan fil-Parlament Ewropew; deputat (Bundestag); President tal-kummissjoni ġuridika u l-kummissjoni għall-affarijiet barranin tal-Bundestag; Professur Onorarju tad-dritt Ewropew fl-Università ta' Sarre (1990); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Jannar 1984 sas-6 ta' Ottubru 1997.

Thomas Francis O
Thomas Francis O'HIGGINS

Twieled fil-31 ta' Lulju 1916 f'Cork; ta' nazzjonalità Irlandiża; studji fid-dritt (University College et King's Inn, Dublin); barrister (1938); Avukat Anzjan (1954); membru ta' "Dail Eireann" (1948-1973); Ministru tas-Saħħa (1954-1957); kandidat għall-presidenza tal-Irlanda (1966 et 1973); Imħallef fil-High Court (1973); Prim' Imħallef (1974); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-16 ta' Jannar 1985 sas-6 ta' Ottubru 1991; miet fil-25 ta' Frar 2003.

Marco DARMON
Marco DARMON

Twieled fis-26 ta' Jannar 1930; ta' nazzjonalità Franċiża; Maġistrat fil-Ministeru tal-Ġustizzja; inkarigat mit-tagħlim fil-fakultà tad-Dritt ta' Pariġi 1; direttur aġġunt fil-kabinet tal-Ministru tal-Ġustizzja; President ta' Awla fil-Cour d'appel ta' Pariġi; direttur tal-affarjiet ċivili u tas-Siġilli; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-13 ta' Frar 1984 sas-6 ta' Ottubru 1994; miet fl-8 ta' Awwissu 2017.

René JOLIET
René JOLIET

Twieled fis-17 ta' Jannar 1938; ta' nazzjonalità Belġjana; Professur (1974-1984) u Professur Straordinarju (mill-1984), fakultà tal-liġi, Università ta' Liège (dritt tal-Komunitajiet Ewropej); Professur Belġjan fil-King's College, Londra (1977); Professur estern : Università ta' Nancy (1971-1978), Europa Instituut tal-Università ta' Amsterdam (1976-1985), Università Kattolika ta' Louvain-la-Neuve (1980-1982) u Northwestern University de Chicago (1974 et 1983); inkarigat mit-tagħlim tad-dritt Ewropew tal-kompetizzjoni fil-Collège d'Europe fi Bruges (1979-1984); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta' April 1984 sal-15 ta' Lulju 1995, id-data tal-mewt tiegħu.

Fernand SCHOCKWEILER
Fernand SCHOCKWEILER

Twieled fil-15 ta' Ġunju 1935; ta' nazzjonalità Lussemburgiża; Ministeru tal-Ġustizzja; attaché tal-Gvern tal-ewwel kategorija; delegat tal-Gvern fil-Kumitat tal-Kontenzjuż tal-Conseil d'État; konsulent ewlieni tal-Gvern fil-Ministeru tal-Ġustizzja; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1985 sal-1 ta' Ġunju 1996, id-data tal-mewt tiegħu.

Jean MISCHO
Jean MISCHO

Twieled fis-7 ta' Settembru 1938; ta' nazzjonalità Lussemburgiża; studji fid-dritt u x-xjenzi politiċi fl-Universitajiet ta' Montpellier, Pariġi u Cambridge; Membru tas-servizz ġuridiku tal-Kummissjoni, amministratur prinċipali fil-kabinet ta' żewġ membri tal-Kummissjoni; okkupa postijiet differenti ta' responsabbiltà fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Gran Dukat; eżerċita l-funzjonijiet ta' rappreżentant permanenti aġġunt tal-Gran Dukat ta' Lussemburgu fil-Komunitajiet Ewropej; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-13 ta' Jannar 1986 sas-6 ta' Ottubru 1991 u mid-19 ta' Diċembru 1997 sas-6 ta' Ottubru 2003; miet fil-10 ta' Mejju 2016.

José Carlos de CARVALHO MOITINHO de ALMEIDA
José Carlos de CARVALHO MOITINHO de ALMEIDA

Twieled fis-17 ta' Marzu 1936; ta' nazzjonalità Portugiża; Spettur tat-Tribunal de Apelación ta' Lisbona; kap tal-kabinet tal-Ministru tal-Ġustizzja; assistent tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika; direttur tal-kabinet tad-dritt Ewropew; Professur tad-dritt Komunitarju (Lisbona); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-31 ta' Jannar 1986 sas-6 ta' Ottubru 2000.

Gil Carlos RODRÌGUEZ IGLESIAS
Gil Carlos RODRÌGUEZ IGLESIAS

Twieled fis-26 ta' Mejju 1946; ta' nazzjonalità Spanjola; assistent, wara Professur (l-universitajiet ta' Oviedo, ta' Freiburg-en-Brisgau, l-Università Libera ta' Madrid, Complutense ta' Madrid u ta' Granada); Professur fid-dritt internazzjonali pubbliku (Granada); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-31 ta' Jannar 1986 sas-6 ta' Ottubru 2003, President mis-7 ta' Ottubru 1994 sas-6 ta' Ottubru 2003; miet fil-17 ta' Jannar 2019.

José Luís DA CRUZ VILAÇA
José Luís DA CRUZ VILAÇA

Imwieled fl-1944; gradwat fid-dritt u master fl-ekonomija politika mill-Università ta' Coimbra; duttur fl-ekonomija internazzjonali (Università ta' Pariġi I - Panthéon Sorbonne); servizz militari obbligatorju fi ħdan il-Ministeru tal-Marina (dipartiment tal-Ġustizzja, 1969-1972); Professur fl-Università Kattolika u fl-Università Ġdida ta' Lisbona; kien Professur fl-Università ta' Coimbra u fl-Università Lusíada ta' Lisbona (Direttur tal-Istitut ta' Studji Ewropej); membru tal-Gvern Portugiż (1980-1983): Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Intern, waqt il-presidenza tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Affarijiet Ewropej; deputat fil-Parlament Portugiż, viċi President tal-grupp Demokratiku Kristjan; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja (1986-1988); President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (1989-1995); avukat membru tal-Avukatura ta' Lisbona, espert fid-dritt Ewropew u fid-dritt tal-kompetizzjoni (1996-2012); membru tal-grupp ta' riflessjoni dwar il-futur tas-sistema ġudizzjarja tal-Komunitajiet Ewropej "Groupe Due" (2000); President tal-Bord ta' Dixxiplina tal-Kummissjoni Ewropea (2003-2007); President tal-Assoċjazzjoni Portugiża tad-dritt Ewropew (mill-1999); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta 'Ottubru 2012 sat-8 ta' Ottubru 2018.

Manuel DIEZ de VELASCO
Manuel DIEZ de VELASCO

Twieled fit-22 ta' Mejju 1926; ta' nazzjonalità Spanjola; Professur anzjan (catedratico) tad-dritt internazzjonali pubbliku u privat tal-universitajiet ta' Granada, ta' Barcelona u l-Università Libera ta' Madrid; Professur (catedratico) tad-dritt internazzjonali pubbliku tal-Università Complutense ta' Madrid; Maġistrat-Imħallef tal-Tribunal Constitucional (1980-1986); konsulent elettiv tal-Consejo de Estado; membru (académico de número) tar-Real Academia de Jurisprudencia (Madrid); Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1998 sas-6 ta' Ottubru 1994; miet fil-20 ta' Ottubru 2009.

Manfred ZULEEG
Manfred ZULEEG

Twieled fil-21 ta' Marzu 1935; ta' nazzjonalità Ġermaniża; assistent xjentifiku fl-Istitut ta' studji tad-dritt Ewropew (Köln); Professur tad-dritt pubbliku, tad-dritt internazzjonali pubbliku u tad-dritt Ewropew fl-Università ta' Bonn u f'dik ta' Frankfurt; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1988 sas-6 ta' Ottubru 1994; miet fl-1 ta' Ġunju 2015.

Walter VAN GERVEN
Walter VAN GERVEN

Twieled fil-11 ta' Mejju 1935; ta' nazzjonalità Belġjana; Professur fl-Università Kattolika ta' Leuven (KUL), fl-Università ta' Chicago u fl-Università ta' Amsterdam (UvA); viċi-rettur u membru tal-kunsill akkademiku tal-bord amministrattiv tal-KUL; avukat (Dendermonde, Leuven, Brussell); President tal-Kummissjoni Bankarja; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1988 sas-6 ta' Ottubru 1994; miet fl-8 ta' Ġunju 2015.

Francis Geoffrey JACOBS
Francis Geoffrey JACOBS

Imwieled fl-1939; Barrister; King's Counsel; Uffiċjal mas-Segretarjat tal-Kummissjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem; Référendaire mal-Avukat Ġenerali J. -P. Warner ; Professur tad-Dritt Ewropew, Università ta' Londra; Direttur tas-Centre of European Law tal-King's College, Londra; Awtur ta' diversi xogħolijiet dwar id-Dritt Ewropew; Avukat Ġenerali mal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1988 sal-10 ta' Jannar 2006.

Giuseppe TESAURO
Giuseppe TESAURO

Twieled fil-15 ta' Novembru 1942; ta' nazzjonalità Taljana; Professur tad-dritt internazzjonali u tad-dritt Komunitarju fl-Università ta' Napli; avukat fil-Corte di cassazione; membru tal-Kunsill tal-Kontenzjuż Diplomatiku tal-Ministeru tal-Affarjiet Barranin; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1988 sal-4 ta' Marzu 1998; miet fl-6 ta' Ġunju 2021.

Paul Joan George KAPTEYN
Paul Joan George KAPTEYN

Twieled fil-31 ta' Jannar 1928; ta' nazzjonalità Olandiża; uffiċjal pubbliku fil-Ministeru tal-Affarijiet barranin; Professur tad-dritt tal-organizzazzjonijiet internazzjonali (Utrecht, Leiden); membru tar-Raad van State; President tas-sezzjoni ġudizzjarja tar-Raad van State; membru tal-Akkademja Rjali tax-Xjenzi; membru tal-kunsill ta' amministrazzjoni tal-Akkademja tad-Dritt Internazzjonali tal-Aja; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-29 ta' Marzu 1990 sas-6 ta' Ottubru 2000.

Claus Christian GULMANN
Claus Christian GULMANN

Twieled fil-31 ta' Jannar 1928; ta' nazzjonalità Olandiża; uffiċjal pubbliku fil-Ministeru tal-Affarijiet barranin; Professur tad-dritt tal-organizzazzjonijiet internazzjonali (Utrecht, Leiden); membru tar-Raad van State; President tas-sezzjoni ġudizzjarja tar-Raad van State; membru tal-Akkademja Rjali tax-Xjenzi; membru tal-kunsill ta' amministrazzjoni tal-Akkademja tad-Dritt Internazzjonali tal-Aja; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-29 ta' Marzu 1990 sas-6 ta' Ottubru 2000.

John L. MURRAY
John L. MURRAY

Twieled fis-17 ta' Ġunju 1943; ta' nazzjonalità Irlandiża; barrister (1967), wara Avukat Anzjan (1981): ipprattika ta' avukat quddiem l-avukatura tal-Irlanda; Avukat Ġenerali (1987); kien membru tal-Council of State; kien membru tal-Bar Council of Ireland; bencher tal-Honourable Society of King's Inn's; Imħallef tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1991 sal-5 ta' Ottubru 1999; miet fit-8 ta' Jannar 2023.

David Alexander Ogilvy EDWARD
David Alexander Ogilvy EDWARD

Twieled fl-14 ta' Novembru 1934; ta' nazzjonalità Britannika; avukat (l-Iskozja); King's Counsel (Avukat tal-Istat) (l-Iskozja); segretarju, wara Teżorier tal-Fakultà tal-Avukati; President tal-Kunsill Konsultattiv tal-Avukatura tal-Komunità Ewropea; Professur Salvesen tal-Istituzzjonijiet Ewropej u d-Direttur tal-Europa Institute, Università ta' Edinburgh; Konsulent Speċjali tal-House of Lords Select Committee on the European Communities; Bencher Onorarju ta' Gray's Inn, Londra; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sad-9 ta' Marzu 1992; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta' Marzu 1992 sas-7 ta' Jannar 2004.

Antonio Mario LA PERGOLA
Antonio Mario LA PERGOLA

Imwieled fl-1931; professur tad-dritt kostituzzjonali u tad-dritt pubbliku ġenerali u komparattiv (l-universitajiet ta' Padova, ta' Bologna u ta' Ruma); membru tal-kunsill superjuri tal-maġistratura (1976-1978); membru tal-Qorti Kostituzzjonali u President tal-Qorti Kostituzzjonali (1986-87); ministru għall-Politika Komunitarja (1987-1989); membru tal-Parlament Ewropej (1989-1994); imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1994 sal-31 ta' Diċembru 1994; avukat ġenerali mal-Qorti tal-Ġustizja mill-1 ta' Jannar 1995 sal-14 ta' Diċembru 1999; imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-15 ta' Diċembru 1999 sat-3 ta' Mejju 2006; miet fl-18 ta' Ġunju 2007.

Georges COSMAS
Georges COSMAS

Twieled fl-14 ta' Lulju 1932; ta' nazzjonalità Griega; avukat f'Ateni; uffiċjal fil-Conseil d'État fl-1963; Avukat tal-Conseil d'État fl-1973 u Avukat Anzjan tal-Istat (1982-1994); Membru tal-Qorti speċjali li tiddeċiedi fuq kwistjonijiet kontra l-Maġistrati; membru tal-Qorti Suprema Speċjali li, skont il-Kostituzzjoni Griega, hija kompetenti li tarmonizza l-ġurisprudenza tat-tlett iqrati supremi tal-pajjiż u tassigura l-kontroll ġurisdizzjonali tal-validità tal-elezzjonijiet leġiżlattivi kif ukoll tal-elezzjonijiet Ewropej; membru tal-Kunsill superjuri tal-maġistratura; membru tal-Kunsill superjuri tal-Ministeru tal-affarijiet Barranin; President tat-Tribunal tat-Tieni Istanza tat-trade marks; President tal-Kumitat Speċjali għall-preparazzjoni tal-liġijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1994 sas-6 ta' Ottubru 2000.

Jean-Pierre PUISSOCHET
Jean-Pierre PUISSOCHET

Imwieled fl-1936; Conseiller d'État (Franza); direttur, mbagħad direttur ġenerali għas-servizzi ġuridiċi tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej (1968-1973) ; direttur ġenerali tal-Aġenzija Nazzjonali għax-Xogħol (1973-1975) ; direttur tal-amministrazzjoni ġenerali fil-Ministeru tal-Industrija (1977-1979) ; direttur tal-affarijiet ġuridiċi fl-OECD (1979-1985); direttur tal-Istitut Internazzjonali tal-Amministrazzjoni Pubblika (1985-1987) - juris-consult, direttur tal-affarijiet ġudizzjarji fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1987-1994); imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1994 sas-6 ta' Ottubru 2006; miet fl-12 ta' Ġunju 2021.

Philippe LÉGER
Philippe LÉGER

Imwieled fl-1938; maġistrat fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1966-1970); kap tal-kabinett, mbagħad kunsillier tekniku fil-kabinett tal-Ministru għall-Kwalità tal-Ħajja fl-1976 ; kunsillier tekniku fil-kabinett tal-Garde des Sceaux (1976-1978) ; direttur aġġunt tal-affarijiet kriminali u tal-grazzji (1978-1983) ; kunsillier fil-qorti tal-appell ta' Parigi (1983-1986); deputat direttur tal-kabinett tal-Garde des Sceaux, Ministru tal-Ġustizzja (1986); president tat-Tribunal de Grande Instance ta' Bobigny (1986-1993); direttur tal-kabinett tal-Ministru tal-Istat, Garde des Sceaux, Ministru tal-Ġustizzja u avukat ġenerali fil-qorti tal-appell ta' Parigi (1993-1994); professur assoċjat fl-università René Descartes (Paris V) (1988-1993) ; avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1994 sas-6 ta' Ottubru 2006; miet fil-25 ta' Jannar 2023.

Günter HIRSCH
Günter HIRSCH

Twieled fit-30 ta' Jannar 1943; ta' nazzjonalità Ġermaniża; direttur fil-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Land tal-Bavarja; President tal-Verfassungsgerichthofs tal-Freistaats Sachsen u tal-Oberlandesgerichts ta' Dresden (1992-1994); Professur Onorarju tad-dritt Ewropew u tad-dritt tal-mediċina fl-Università ta' Sarrebruck; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1994 sal-14 ta' Lulju 2000.

Michael Bendik ELMER
Michael Bendik ELMER

Twieled fis-26 ta' Frar 1949; ta' nazzjonalità Daniża; uffiċjal pubbliku fil-Ministeru tal-Ġustizzja f'Copenhagen (mill-1973); kap ta' diviżjoni fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1982-1987 u 1988-1991); Imħallef fl-Østre Landsret (Qorti tal-Appell tal-Lvant) (1987-1988); viċi-president ta' "Sø- et Handelsretten" (Qorti Marittima u Kummerċjali) (1988); delegat tal-Ministeru tal-Ġustizzja għad-dritt Komunitarju u għad-drittijiet tal-bniedem (1991-1994); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzzja mis-7 ta' Ottubru 1994 sat-18 ta' Diċembru 1997.

Peter JANN
Peter JANN

Imwieled fl-1953 ; dottorat fil-liġi fl-Università ta' Vjenna (1957) ; nominat bħala mħallef u assenjazzjoni fil-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (1961); imħallef fil-qasam ta' l-istampa fis-Straf-Bezirksgericht ta' Vjenna (1963-1966); kelliem għall-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (1966-1970); wara wettaq funzjonijiet fid-diviżjoni nternazzjonali fl-istess ministeru; kunsillier għall-Kummissjoni tal-Ġustizzja u kelliem fil-Parlament (1973-1978) nominat bħala membru tal-Qorti Kostituzzjonali (1978) ; imħallef rapporteur permanenti f`din il-Qorti sa l-aħħar ta' l-1994; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mid-19 ta' Jannar 1995 sas-6 ta' Ottubru 2009.

Hans RAGNEMALM
Hans RAGNEMALM

Twieled fit-30 ta' Marzu 1940; ta' nazzjonalità Żvediża; duttur fil-liġi u Professur tad-dritt pubbliku fl-Università ta' Lund; Professur tad-dritt pubbliku u dekan fl-Università ta' Stokkolma; Ombudsman Parlamentari; Imħallef tal-Qorti Suprema amministrattiva; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-19 ta' Jannar 1995 sas-6 ta' Ottubru 2000; miet fl-7 ta' Awwissu 2016.

Leif SEVÓN
Leif SEVÓN

Twieled fil-31 ta' Ottubru 1941; ta' nazzjonalità Finlandiża; duttur fil-liġi (OTL) mil-Università ta' Ħelsinki; direttur fil-Ministeru tal-Ġustizzja; konsulent tal-amminisrazzjoni tal-kummerċ fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; Imħallef tal-Qorti Suprema; Imħallef tal-Qorti EFTA; President tal-Qorti EFTA; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-19 ta' Jannar 1995 sas-16 ta' Jannar 2002.

Nial FENNELLY
Nial FENNELLY

Twieled fit-3 ta' Mejju 1942; ta' nazzjonalità Irlandiża; Master of Arts fix-xjenzi ekonomiċi tal-University College, Dublin; barrister at Law; Avukat Anzjan; President tal-"Legal Air Board" u tal-Bar Council; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Jannar 1995 sas-6 ta' Ottubru 2000.

Dámaso RUIZ-JARABO COLOMER
Dámaso RUIZ-JARABO COLOMER

Imwieled fl-1949; imħallef ; maġistrat fil-Consejo General Del Poder Judicial (Kunsill superjuri tal-maġistratura); professur; kap tal-kabinett tal-president tal-Kunsill tal-Maġistratura; imħallef ad hoc tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; maġistrat tat-Tribunal Suprem mill-1996; Avukat ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-19 ta' Jannar 1995 sal-12 ta' Novembru 2009, id-data tal-mewt tiegħu.

Melchior WATHELET
Melchior WATHELET

Imwieled fl-1949; gradwat fid-dritt u gradwat fix-xjenzi ekonomiċi (Università ta' Liège); Master of Laws (Harvard University, l-Istati Uniti); duttur honoris causa (Università ta' Paris-Dauphine); Professur tad-dritt Ewropew fl-Università ta' Louvain u fl-Università ta' Liège; deputat (1977-1995); Segretarju tal-Istat, Ministru u Ministru-President tar-reġjun tal-Wallonie (1980-1988); Viċi Prim Ministru, Ministru tal-Ġustizzja u tal-Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju u tal-Persuni li jaħdmu għal rashom (1988-1992); Viċi Prim Ministru, Ministru tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Ekonomiċi (1992-1995); Viċi Prim Ministru, Ministru tad-Difiża Nazzjonali (1995); Sindku ta' Verviers (1995); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1995-2003); Kunsillier ġuridiku, u wara avukat (2004-2012); Ministru tal-Istat (2009-2012); Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta 'Ottubru 2012 sat-8 ta' Ottubru 2018.

Romain SCHINTGEN
Romain SCHINTGEN

Imwieled fl-1939; studja fil-fakultajiet tal-liġi u tax-xjenzi ekonomiċi tal-Universitajiet ta' Montpellier u ta' Pariġi; duttur tal-liġi (1964); avukat (1964); avukat quddiem il-Qorti tal-Appell (1967); amministratur ġenerali fil-Ministeru tax-Xogħolijiet u tas-Sigurtà Soċjali; membru (1978-1989) u wara president tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali; amministratur tas-Soċjeta Nazzjonali tal-Kreditu u Investiment u tas-Soċjetà Ewropea Satellitari (sal-1989); membru (1993-1995) u wara president tal-Kunsill tal-Istitut Universitarju Internazzjonali tal-Lussemburgu (1995-2004); għalliem fl-Università tal-Lussemburgu; membru nominat mill-Gvern tal-kumitat tal-Fond Soċjal Ewropej, tal-Kumitat Konsultattiv għall-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema u fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (sal-1989); imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru 1989 sal-11 ta' Lulju 1996; imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-12 ta' Lulju 1996 sal-14 ta' Jannar 2008.

Krateros IOANNOU
Krateros IOANNOU

Twieled fit-3 ta' Ġunju 1935; ta' nazzjonalità Griega; aċċetat fl-avukatura ta' Thessaloniki fl-1963; duttur fil-liġi internazzjonali mill-Università ta' Thessaloniki fl-1971; Professur tad-dritt internazzjonali pubbliku u tad-dritt Komunitarju fil-fakultà tad-dritt tal-Università ta' Thrace; konsultent ġuridiku onorarju fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; membru tad-delegazzjoni Griega fl-Assemblea Ġenerali tan-NU mill-1983; President tal-kummissjoni ta' esperti għat-titjib tal-proċedura fil-kuntest tal-konvenzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa mill-1989 sal-1992; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1997 sal-10 ta' Marzu 1999, id-data tal-mewt tiegħu.

Siegbert ALBER
Siegbert ALBER

Twieled fis-27 ta' Lulju 1936; ta' nazzjonalità Ġermaniża; studji fid-dritt fl-Universitajiet ta' Tubingen, Berlin, Pariġi, Hambourg, Vjenna, Torino u Cambridge; deputat fil-Bundestag (1969 sal-1980); elett membru tal-Parlament Ewropew (1977); ipparteċipa f'ħafna kummissjonijiet, b'mod partikolari bħala membru tal-Kummissjoni fuq l-affarijiet ġuridiċi u d-drittijiet taċ-ċittadin, li huwa ppresjeda bejn l-1993 u l-1994; President tad-delegazzjoni inkarigata mir-relazzjonijiet mal-pajjiżi Baltiċi kif ukoll is-sotto-kummissjonijiet fuq il-protezzjoni tal-informazzjoni u fuq is-sustanzi tossiċi jew perikolużi; viċi-President tal-Parlament Ewropew (1984 sal-1992); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 1997 sas-6 ta' Ottubru 2003; miet fl-4 ta' Ġunju 2021.

Antonio SAGGIO
Antonio SAGGIO

Twieled fid-19 ta' Frar 1934; ta' nazzjonalità Taljana; Imħallef tat-Tribunale di Napoli; konsulent fil-Corte d'appello ta' Ruma, wara fil-Corte di cassazione; Segretarju fl-Uffiċċju leġiżlattiv tal-Ministeru tal-Ġustizzja; President tal-Kumitat Ġenerali għall-konferenza diplomatika għall-elaborazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Lugano; référendaire tal-Avukat Ġenerali Taljan fil-Qorti tal-Ġustizzja; Professur tal-Iskola Superjuri tal-Amministrazzjoni Pubblika ta' Ruma; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-25 ta' Settembru sas-17 ta' Settembru 1995; President tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Settembru 1995 sal-4 ta' Marzu 1998; Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-5 ta' Marzu 1998 sas-6 ta' Ottubru 2000; miet fil-26 ta' Jannar 2010.

Vassilios SKOURIS
Vassilios SKOURIS

Imwieled fl-1948; gradwat fil-Liġi mill-Università libera ta' Berlin (1970); irċieva d-Dottorat fid-Dritt Kostituzzjonali u Amministrattiv fl-Università ta' Amburgu (1973); Assistent Professur fl-Università ta' Amburgu (1972-1977); Professur fid-Dritt Pubbliku fl-Università ta' Bielefeld (1978); Professur tad-Dritt Pubbliku fl-Università ta' Tessaloniki (1982); Ministru tal-Affarijiet Interni (fl-1989 u fl-1996); membru tal-Kumitat Amministrattiv fl-Università ta' Kreta (1983-1987); Direttur taċ-Ċentru tad-Dritt Ekonomiku Internazzjonali u Ewropew ta' Tessaloniki (1997-2005); President tal-Assoċjazzjoni Griega għad-Dritt Ewropew (1992-1994); membru tal-Kumitat tar-Riċerka Nazzjonali Griega (1993-1995); membru tal-Kumitat Superjuri għas-selezzjoni tal-impjegati għas-servizz pubbliku Grieg (1994-1996); membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-Akkademja tad-Dritt Ewropew ta' Trier (mill-1995); membru tal-Kumitat Amministrattiv tal-Kulleġġ Nazzjonali Grieg tal-Maġistratura (1995-1996); membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1997-1999); President tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Grieg fl-1998; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta' Ġunju 1999; President tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2003 sal-8 ta' Ottubru 2015.

Fidelma O’KELLY MACKEN
Fidelma O’KELLY MACKEN

Twieldet fit-28 ta' Frar 1942; ta' nazzjonalità Irlandiża; laħqet barrister fl-Avukatura tal-Irlanda (1972); konsulent ġuridiku fil-qasam tal-proprjetà industrijali u kummerċjali (1973-1979); barrister (1979-1995) wara Avukat Anzjan (1995-1998) fil-Bar of Ireland; membru wkoll tal-Bar of England u Wales; Imħallef tal-High Court tal-Irlanda (1998); lecturer fis-sistemi ġuridiċi u metodi ġuridiċi u Professur "Averil Deverell" fid-dritt kummerċjali (Trinity College, Dublin); bencher tal-Honorable Society of King's Inns; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta' Ottubru 1999 sat-13 ta' Ottubru 2004.

Ninon COLNERIC
Ninon COLNERIC

Imwielda fl-1948; studjat f'Tübingen, f'München u f'Ġinevra; wara li għamlet riċerki xjentifiċi ġewwa Londra, ħadet id-dottorat fil-liġi mill-università ta' München; imħallef fl-Arbeitsgericht ta' Oldenburg; awtorizzata mill-università ta' Bremen sabiex tgħallem il-liġi tax-xogħol, is-soċjoloġija tad-dritt, u d-dritt soċjali; professur ad interim fil-fakultà tal-liġi tal-universitajiet ta' Frankfurt u ta' Bremen; president tal-Landesarbeitsgericht Schleswig-Holstein (1989); ikkollaborat bħala espert, fuq il-proġett tal-European Expertise Service (EU) li jikkonċerna r-riformi rigward id-drittijiet tax-xogħol fil-Kirghizstan (1994-1995); professur onorarju fl-università ta' Bremen fuq il-liġi tax-xogħol, speċifikament fuq il-liġi tax-xogħol Ewropea; imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-15 ta' Lulju 2000 sas-6 ta' Ottubru 2006.

Stig von BAHR
Stig von BAHR

Imwieled fl-1939; ħadem mal-Ombudsman parlamentari u mas-segretarjat ġenerali tal-gvern Żvediż, kif ukoll ma' ministeri, partikolarment bħala assistent sotto-segretarju fil-Ministeru tal-Finanzi; nominat bħala mħallef fil-Kammarrätten (Qorti Aamministrattiva tal-Appell) f'Göteborg fl-1981, wara mħallef fir-Regeringsrätten (Qorti Amministrattiva Suprema) fl-1985; ikkontribbwixa f'numru ta' rapporti uffiċċjali, partikolarment fis-settur tal-leġislazzjoni fiskali u tal-kontabbiltà; kien ukoll president tal-Kumitat fuq it-Tassazzjoni fuq id-Dħul Aġġustata skont l-Inflazzjoni, president tal-Kumitat tal-Kontabbiltà u rapporteur speċjali tal-Kumitat dwar ir-Regoli tat-Tassazzjoni tas-Soċji f'Kumpanniji Privati; kien wkoll president tal-Kunsill dwar ir-Regoli tal-Kontabbiltà u membru tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni Ġudizzjarja Nazzjonali, kif ukoll tal-Kunsill tal-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja; ippubblika diversi artikli, partikolarment dwar is-settur tal-legislazzjoni fiskali; imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sas-6 ta' Ottubru 2006.

José Narciso DA CUNHA RODRIGUES
José Narciso DA CUNHA RODRIGUES

Imwieled fl-1940; Funzjonijiet ġudizzjarji diversi (1964-1977); inkarigat b'diversi missjonijiet għall-Gvern in vista tar-realizzazzjoni u tal-koordinament tal-istudji tar-Riformi tas-Sistema Ġudizzjarji; aġent tal-Gvern fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea fuq id-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1980-1984); espert fi ħdan l-iSteering Committee tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa (1980-1985); Membru tal-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Kodiċi Penali u l-Kodiċi tal-Proċedura Penali; Procurador-Geral da República (1984-2000); membru tal-Kumitat tas-Sorveljanza tal-Uffiċċju tal-Ġlieda kontra l-Frodi tal-Unjoni Ewropea (OLAF) (1999-2000); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sas-8 ta’ Ottubru 2012.

Antonio TIZZANO
Antonio TIZZANO

Imwieled fl-1940; professur tad-dritt Ewropew fl-Università La Sapienza, ta' Ruma; professur fl-universitajiet "Istituto Orientale" (1969-1979) u "Federico II" ta' Napli (1979-1992), ta' Catania (1969-1977) u ta' Mogadishu (1967-1972); avukat fil-Qorti tal-Kassazzjoni Taljana; Kunsillier ġuridiku fir-rappreżentanza permanenti tar-Repubblika Taljana għall-Komunitajiet Ewropej (1984-1992); membru tad-delegazzjoni Taljana fin-negozjati dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża mal-Komunitajiet Ewropej, dwar l-Att Uniku Ewropew u dwar it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet, fosthom kuntarji fuq it-Trattati Ewropej u l-Kodiċi tal-Unjoni Ewropea; fundatur u direttur mill-1996 tar-rivista "Il Diritto dell'Unione Europea"; membru tal-kumitati ta' direzzjoni jew redazzjoni ta' diversi rivisti ġuridiċi; relatur f'diversi kungressi internazzjonali, konferenzi u korsijiet f'diversi istituzzjonijiet internazzjonali, fosthom l-Académie de droit international ta' Den Haag (1987); membru tal-grupp ta' esperti independenti maħtura sabiex jeżaminaw il-finanzi tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1999); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sat-3 ta' Mejju 2006; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta 'Mejju 2006 sat-8 ta' Ottubru 2018; Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mit--8 ta 'Ottubru 2015 sat-8 ta' Ottubru 2018.

Christiaan Willem Anton TIMMERMANS
Christiaan Willem Anton TIMMERMANS

Imwieled fl-1941; Référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1966-1969); funzjonarju tal-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1969-1977); dottorat fil-liġi (Università ta' Leiden); professur fid-Dritt Ewropewj fl-Università ta' Groningue (1977-1989); Imħallef Aġġunt fil-Qorti ta' l-Appell ta' Arnhem; responsabbli għal diversi publikazzjonijiet; Direttur Ġenerali Aġġunt fis-servizzi legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1989-2000); Professur tad-Dritt Ewropew fl-Uuniversità ta' Amsterdam; Imħallef mal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sal-10 ta' Ġunju 2010.

Leendert A. GEELHOED
Leendert A. GEELHOED

Imwieled fl-1942; assistent tar-riċerka fl-Università ta' Utrecht (1970-1971); Référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1971-1974); kunsillier principali fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1975-1982); membru tal-Kunsill Konsultattiv fuq il-Politika Governattiva (1983-1990); diversi inkarigi ta' tagħlim; Segretarju Ġenerali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi (1990-1997); Segretarju Ġenerali fil-Ministeru tal-Affarijiet Ġenerali (1997-2000); Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sas-6 ta' Ottubru 2006; miet fl-20 ta' April 2007.

Christine STIX-HACKL
Christine STIX-HACKL

Imwielda fl-1957; dottorat fil-liġi (Università ta' Vjenna); studji post-universitarji fil-Dritt Ewropew (Collège d'Europe, Bruges); membru tas-servizz diplomatiku Awstrijakk (mill-1982); esperta fuq kwistjonijiet relatati mal-Unjoni Ewropea fl-uffiċju tal-kunsillier ġuridiku tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1984-1988); servizz ġuridiku tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1989); kap tas-"Servizz Ġuridiku - UE" fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1992-2000, Ministru Plenipotenzjarju); parteċipazzjoni fin-negozjati dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u fuq l-adeżjoni tar-Repubblika Awstrijaka fl-Unjoni Ewropea, aġent tar-Repubblika Awstrijaka fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej; Konslu Ġenerali tal-Awstrija ġewwa Zurich (2000); inkarigi ta' tagħlim u pubblikazzjonijiet; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sas-6 ta' Ottubru 2006; mietet fl-Ottubru 2018.

Allan ROSAS
Allan ROSAS

Imwieled fl-1948; dottorat fid-dritt fl-Università ta' Turku (Finlandja); professur tal-liġi fl-Università ta' Turku (1978-1981) u fl-Åbo Akademi (Turku/Åbo) (1981-1996); Direttur tal-Istitut tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-istess akkademja (1985-1995); diversi inkarigi universitarji ta' responsabbilta, nazzjonali u internazzjonali; membru tas-soċjetajiet xjentifiċi; koordinazzjoni ta' diversi proġetti u programmi ta' riċerka, nazzjonali u internazzjonali, partikolarment fis-suġġetti segwenti: dritt komunitarju, dritt internazzjonali, drittijiet tal-bniedem u drittijiet fundamentali, dritt kostituzzjonali u amministrazzjoni pubblika komparata; rappreżentant tal-gvern Finlandiż bħala membru jew kunsillier tad-delegazzjonijiet Finlandiżi f`diversi konferenzi u laqgħat internazzjonali; funzjonijiet ta' espert tal-ħajja ġuridika Finlandiża, partikolarment fi ħdan il-kummissjonijiet ġuridiki governattivi jew parlamentari fil-Finlandja, kif ukoll tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-UNESCO, tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u tal-Kunsill tal-Ewropa; mill-1959, kunsillier ġuridiku prinċipali fis-servizzi ġuridiċi tal-Kummissjoni Ewropea, responsabbli għar-relazzjonijiet barranin; minn Marzu 2001, direttur ġenerali aġġunt tas-servizz ġuridiku tal-Kummissjoni Ewropea; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-17 ta' Jannar 2002 sas-7 ta' Ottubru 2019.

Luís Miguel POIARES PESSOA MADURO
Luís Miguel POIARES PESSOA MADURO

Imwieled fl-1967; lawrejat fil-liġi (Università ta' Lisbona, 1990); assistent (Istitut Universitarju Ewropew, 1991); dottorat fil-liġi (Istitut Universitarju Ewropew ta' Firenze, 1996); visiting professor (London School of Economics; Collège d'Europe f`Natolin, Institut Ortega y Gassett ta' Madrid; Università Kattolika portugiża; Istitut ta' l-Istudji Ewropej f` Macao); professur (Università Awtonoma ta' Lisbona, 1997); Fulbright Visiting Research Scholar (Università ta' Harvard, 1998); ko-direttur ta' l-Akkademja tad-Dritt Kummerċjali Internazzjonali; ko-editur (Hart Series on European Law and Integration, European Law Journal) u membru tal-kumitat ta' redazzjoni ta' diversi rivisti ġuridiċi varji; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2003 sas-6 ta' Ottubru 2009.

Konrad Hermann Theodor SCHIEMANN
Konrad Hermann Theodor SCHIEMANN

Imwieled fl-1937; gradwat fid-dritt f'Cambridge University; barrister (1964-1980); Queen's Counsel (1980-1986); Imħallef fil-High Court of England and Wales (1986-1995); Lord Justice of Appeal (1995-2003); membru anzjan tal-Honourable Society of the Inner Temple mill-1985, u teżorier (2003); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-8 ta' Jannar 2004 sas-8 ta’ Ottubru 2012.

Rosario Silva de Lapuerta
Rosario Silva de Lapuerta

Imwielda fl-1945; gradwata fid-dritt (Université Complutense de Madrid); abogado del Estado f' Málaga; abogado del Estado fis-servizz ġuridiku fil-Ministeru tat-Transport, tat-Turiżmu u tal-Komunikazzjoni, wara fis-servizz ġuridiku tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; abogado del Estado-Jefe tas-servizz ġuridiku tal-Istat, responsabbli minn proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u viċi-Direttur Ġenerali fis-servizz tal-assistenza ġuridika komunitarja u internazzjonali ta' l`Abogacia General del Estado (Ministeru tal-Ġustizzja); membru tal-Grupp ta' Riflessjoni tal-Kummisjoni fuq il-Ġejjieni tas-Sistema Ġudizzjarja Komunitarja; Kap tad-Delegazzjoni Spanjola tal-Grupp "Amis de la Présidence" għar-Riforma tas-Sistema Ġurisdizzjonali Komunitarja fit-trattat ta' Nizza u tal-grupp ad hoc "Qorti tal-Ġustizzja" tal-Kunsill; professur tad-Dritt Komunitarja fl-Iskola Diplomatika ta' Madrid; kodirettur tar-rivista "Noticias de la Unión Europea"; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2003. Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-9 ta’ Ottubru sal-7 ta' Ottubru 2021.

Jerzy MAKARCZYK
Jerzy MAKARCZYK

Imwieled fl-1938; duttur tal-liġi (1966), professur tad-dritt internazzjonali pubbliku (1974), Visiting Fellow ma' l-Università ta' Oxford (1985), professur ma' l-Università Kristjana Internazzjonali ta' Tokyo (1988); awtur ta' numru ta' pubblikazzjonijiet dwar id-dritt internazzjonali pubbliku, id-dritt komunitarju u d-drittijiet tal-bniedem; membru ta' diversi soċjetajiet ta' nies esperti fil-qasam tad-dritt internazzjonali, dritt ewropew u d-drittijiet tal-bniedem; negozjatur tal-Gvern Pollakk għall-irtirar tat-truppi Pollakki mit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja; sotto-segretarju ta' l-Istat, imbagħad segretarju ta' l-Istat għall-Affarijiet Barranin (1989-1992); president tad-delegazzjoni Pollakka għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti; Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1992-2002); president ta' l-Istitut tad-Dritt Internazzjonali (2003); konsulent tal-President tar-Repubblika tal-Polonja għall-politika barranija u d-drittijiet tal-bniedem (2002-2004); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2009.

Pranas KŪRIS
Pranas KŪRIS

Imwieled fl-1938; iggradwa fid-dritt mill-Università ta’ Vilnius (1961); dottorat fi x-xjenzi legali mill-Università ta’ Moska; awtorizzat sabiex jgħallem il-liġi (Dr. hab), Università ta’ Moska (1973); assistent riċerkatur ma’ l-Institut des Hautes Études International (Direttur: Prof. C. Rousseau); Università ta’ Pariġi (1967-1968); membru ta’ l-Akkademja tax-Xjenzi tal-Litwanja (1996); duttur honoris causa ta’ l-Università tad-dritt tal-Litwanja (2001); varji inkarigi ta’ tagħlim u inkarigi amministrattivi ma’ l-Università ta’ Vilnius (1961-1990); lecturer, assistent professur u professur tad-Dritt Pubbliku Internazzjonali u dekan tal-Fakultà tal-Liġi; numru ta’ inkarigi governattivi mas-servizz diplomatiku u mal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Litwanja; Ministru tal-Ġustizzja (1990-1991), Membru tal-Kunsill ta’ l-Istat (1991), ambaxxatur tar-Repubblika tal-Litwanja għall-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda (1992-1994); Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (minn Ġunju 1994); Imħallef fil-Qorti Suprema tal-Litwanja u, sussegwentement, il-President ta’ l-istess Qorti (Diċembru 1994 – Ottubru 1998); ipparteċipa f’numru ta’ konferenzi internazzjonali; membru tad-delegazzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja għan-negozjati ma’ l-Unjoni Sovjetika (1990-1992); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet (madwar 200); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2010.

Endre Juhász
Endre Juhász

Imwieled fl-1944; iggradwa fid-dritt mill-Università ta' Szeged, Ungerija (1967); Eżamijiet għall-ammissjoni fl-Avukatura Ungeriża (1970); studji post-graduate fid-Dritt Komparattiv, Università ta' Strasbourg, Franza (1969, 1970, 1971, 1972); Uffiċjal fid-Dipartiment tal-Liġi tal-Ministeru tal-Kummerċ Esteru (1966-1974), Direttur għal affarijiet leġiżlattivi (1973-1974); First Corcial Secretary fl-Ambaxxata Ungeriża, Brussell, responsabbli għal affarijiet komunitarji (1974-1979); Direttur fil-Ministeru tal-Kummerċ Esteru (1979-1983); First Corcial Secretary, imbagħad Konsulent kummerċjali għall-Ambaxxata Ungeriża f'Washington DC, USA (1983-1989); Direttur Ġenerali mal-Ministeru tal-Kummerċ u tal-Ministeru tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali (1989-1991); negozjatur prinċipali fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Ungerija u l-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom (1990-1991); segretarju ġenerali mal-Ministeru tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali, kap tal-Uffiċċju għall-Affarijiet Ewropej (1992); Segretarju tal-Istat mal-Ministeru tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali (1993-1994); Segretarju tal-Istat, president tal-Uffiċċju għall-Affarijiet Ewropej, Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ (1994); Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju, kap tal-missjoni diplomatika tar-Repubblika Ungeriża għall-Unjoni Ewropea (Jannar 1995 - Mejju 2003); negozjatur prinċipali għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea (Lulju 1998 - April 2003); Ministru bla portafoll għall koordinazzjoni ta' affarijiet dwar l-integrazzjoni Ewropea (minn Mejju 2003); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sal-7 ta' Ottubru 2021.

George ARESTIS
George ARESTIS

Imwieled fl-1945; iggradwa fil-Liġi mill-Università ta' Ateni (1968); M.A. fil-Politika Kumparattiva u Gvern, Università ta' Kent f'Canterbury (1970); ipprattika bħala Avukat f'Ċipru (1972-1982); Maħtur Imħallef ta' Qorti Distrettwali (1982); promoss għall-kariga ta' President ta' Qorti Distrettwali (1995); President Amministrattiv tal-Qorti Distrettwali ta' Nikożija (1997-2003); Imħallef tal-Qorti Suprema ta' Ċipru (2003); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sas-6 ta’ Ottubru 2014.

Anthony BORG BARTHET U.O.M.
Anthony BORG BARTHET U.O.M.

Imwieled fl-1947; duttur tal-liġi mir-Royal University of Malta fl-1973; daħal fis-Servizz taċ-Ċivil Malti bħala Nutar tal-Gvern fl-1975; Avukat tar-Repubblika fl-1978, Avukat anzjan tar-Repubblika fl-1979, Deputat Avukat Ġenerali fl-1988 u maħtur Avukat Ġenerali mill-President ta' Malta fl-1989; Lecturer part-time tad-dritt ċivili fl-Università ta' Malta; Membru tal-Kunsill tal-Università ta' Malta (1998-2004); Membru tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (1998-2004); Membru tal-Bord tad-Diretturi taċ-Ċentru Malti għall-Arbitraġġ (1998-2004); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta 'Mejju 2004 sat-8 ta' Ottubru 2018.

Jiří Malenovský
Jiří Malenovský

Imwieled fl-1950; duttur tal-liġi miċ-Charles University ta' Praga (1975); membru iktar anzjan tal-Fakultà (1974-1990), Viċi dekan (1989-1991) u Kap tad-Dipartiment tad-dritt internazzjonali u tad-dritt ewropew (1990-1992) fl-Università ta' Masaryk f'Brno; Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali taċ-Ċekoslovakkja (1992); invijat għall-Kunsill tal-Ewropa (1995); Direttur anzjan fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1998-2000); President tas-sezzjoni Ċeka u Slovakka tal-Assoċjazzjoni tad-dritt internazzjonali (1999-2001); Imħallef tal-qorti kostituzzjonali (2000-2004); membru tal-Kunsill leġiżlattiv (1998-2000); membru tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ f'Den Haag (mill-2000); professur tad-dritt internazzjonali pubbliku fl-Università ta' Masaryk Brno (2001); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2020.

Ján KLUČKA
Ján KLUČKA

Imwieled fl-1951; duttur tal-liġi mill-Università ta' Bratislava (1974); professur tad-dritt internazzjonali fl-Università ta' Kosoice (mill-1975); Imħallef tal-qorti kostituzzjonali (1993); membru tal-Qorti Permanenti ta' l-Arbitraġġ f'The Hague (1994); membru tal-Venice Commission for Democracy through law (1994); Chairman ta' l-Assoċjazzjoni Slovakka tad-dritt internazzjonali (2002); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2009.

Uno LÕHMUS
Uno LÕHMUS

Imwieled fl-1952; duttur tal-liġi fl-1986; membru tal-Avukatura (1977-1998); visiting professor tad-dritt kriminali tal-Università ta' Tartu; Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1994-1998); Prim Imħallef tal-Qorti Suprema tal-Estonja (1998-2004); membru tal-Kumitat għal opinjoni esperta dwar il-Kostituzzjoni; Konsulent għall-grupp ta' xogħol li jfassal il-kodiċi kriminali; membru tal-grupp ta' xogħol li jfassal il-kodiċi ta' proċedura ċivili; awtur ta' diversi xogħlijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt kostituzzjonali; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sas-23 ta' Ottubru 2010.

Egils LEVITS
Egils LEVITS
Imwieled fl-1955; gradwat fid-Dritt u fix-Xjenza Politika mill-Università ta' Hamburg; assistent riċerkatur fil-Fakultà tal-Liġi, Università ta' Kiel; Konsultent għall-Parlament tal-Latvja dwar kwistjonijiet ta' Dritt Internazzjonali, Dritt Kostituzzjonali u riforma leġiżlattiva; Ambaxxatur tal-Latvja għall-Ġermanja u għall-Isvizzera (1992-1993), għall-Awstrija, għall-Isvizzera u għall-Ungerija (1994-1995); Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja, Aġent Ministru għall-Affarijiet Barranin (1993-1994); Konċiljatur fil-Qorti tal-Konċiljazzjoni u tal-Arbitraġġ fi ħdan l-OSCE (mill-1997); Membru tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ (mill-2001); elett bħala Mħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-1995, ri-elett fl-1998 u fl-2001; diversi pubblikazzjonijiet fl-oqsma tad-Dritt Kostituzzjonali u tad-Dritt Amministrattiv, tar-Riforma Legali u tad-Dritt tal-Komunità Ewropea; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-11 ta' Mejju 2004 sal-17 ta' Ġunju 2019. 
Aindrias Ó CAOIMH
Aindrias Ó CAOIMH

Imwieled fl-1950; gradwat fid-dritt ċivili (National University of Ireland, University College Dublin, 1971); Barrister (King's Inns, 1972); Diploma ta' studji superjuri fid-dritt ewropew (University College Dublin, 1977); Barrister fl-avukatura Irlandiża (1972-1999); Lecturer tad-dritt Ewropew (King's Inns, Dublin); Senior Counsel (1994-1999); irrappreżenta lill-gvern Irlandiż f'diversi kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej; Imħallef fil-High Court tal-Irlanda (minn 1999); Bencher (Dekan) ta' l'Honorable Society of King's Inns (minn 1999); Viċi president tal-Assoċjazzjoni Irlandiża tad-dritt Ewropew; membru tal-Assoċjazzjoni tad-dritt internazzjonali (sezzjoni Irlandiża); bin Andreas O'Keeffe (Aindrias Ó Caoimh) Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja (1974-1985); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-13 ta' Ottubru 2004 sal-7 ta' Ottubru 2015.

Eleanor Sharpston
Eleanor Sharpston

Imwielda fl-1955; studji fl-ekonomija, fil-lingwi u fid-dritt fil-King’s College, Cambridge (1973-1977); Assistenta u Riċerkatriċi fil-Corpus Christi College, Oxford (1977-1980); ammessa fl-Avukatura (Middle Temple 1980); Barrister (1980-1987 u 1990-2005); Référendaire mal-Avukat Ġenerali, wara Mħallef, Sir Gordon Slynn (1987-1990); Professur tad-Dritt Ewropew u tad-Dritt Komparattiv (Director of Legal European Studies) mal-University College London (1990-1992); Professur (Lecturer) fil-Fakultà tal-Liġi (1992-1998), wara Assistenta Professur (Affiliated Lecturer) (1998-2005) mal-Università ta' Cambridge; Emeritus Fellow of King’s College Cambridge, (mill-2011); Professur assoċjat u riċerkatriċi (Senior Research Fellow) mas-Centre for European Legal Studies fl-Università ta’ Cambridge (1998-2005); King's Counsel; Bencher of Middle Temple (2005); Honorary Fellow of Corpus Christi College, Oxford (2010); LL.D (h.c) Glasgow (2010), Nottingham Trent (2011) u Stokkolma (2014); Avukat Ġenerali mal-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta’ Jannar 2006 sal-10 ta' Settembru 2020.

Paolo MENGOZZI
Paolo MENGOZZI

Imwieled fl-1938; Professur tad-Dritt Internazzjonali u inkarigat mill-Jean Monnet Chair of European Community Law tal-Università ta' Bologna; Duttur honoris causa tal-Università Carlos III ta' Madrid; visiting professor tal-universitajiet John Hopkins (Bologna Cener), St Johns (New York), Georgetown, Paris-II, Georgia (Athens) u tal-Institut Universitaire International (Lussemburgu); koordinatur tal-European Business Law Pallas Program, organizzat fi ħdan l-Università ta' Nijmegen; membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-kuntratti pubbliċi; Viċi Segretarju tal-Istat għall-Industrija u l-Kummerċ matul is-semestru tal-Presidenza Taljana tal-Kunsill; membru tal-grupp ta' riflessjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), u Direttur għas-sessjoni 1997 taċ-Ċentru għar-Riċerka tal-Akkademja tad-Dritt Internazzjonali ta' Den Haag li huwa ddedikat għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mill-4 ta' Marzu 1998 sat-3 ta' Mejju 2006; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta 'Mejju 2006 sat-8 ta' Ottubru 2018.

Pernilla LINDH
Pernilla LINDH

Imwielda fl-1942; gradwat fid-dritt mill-Università ta' Lund; référendaire u Mħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Trollhättan (1971-1974); référendaire fll-Qorti tal-Appell ta' Stokkolma (1974-1975); Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Stokkolma (1975); Kunsillier għall-affarijiet ġuridiċi u amministrattivi tal-President tal-Qorti tal-Appell ta' Stokkolma (1975-1978); Konsulent Speċjali fid-Domstolverket (Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati) (1977); Kunsillier fl-Uffiċċju tal-Kanċillier tal-Ġustizzja (Justice Chancellor) (1979-1980); Imħallef Assessur tal-Qorti tal-Appell ta' Stokkolma (1980-1981); Kunsillier Ġuridiku fil-Ministeru tal-Kummerċ (1981-1982); Kunsillier Ġuridiku, wara Direttur u Direttur Ġenerali għall-affarijiet ġuridiċi fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1982-1995); titolu ta' ambaxxatur fl-1992; Viċi President tas-Swedish Market Court; inkarigata mill-kwistjonijiet ġuridiċi u istituzzjonali waqt in-negozjati ŻEE (Viċi President u wara President tal-grupp EFTA) u waqt in-negozjati għall-adeżjoni tar-Renju tal-Isvezja fl-Unjoni Ewropea; Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza mit-18 ta' Jannar 1995 sas-6 ta' Ottubru 2006; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2006 sas-6 ta’ Ottubru 2011.

Yves BOT
Yves BOT

Imwieled fl-1947; gradwat mill-fakultá tal-liġi ta' Rouen; dottorat fid-dritt (Università ta' Pariġi II Panthéon-Assas); Professur assoċjat mal-fakultà tal-liġi ta' Mans; sostitut u, sussegwentement, prim sostitut mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ta' Mans (1974-1982); Prokuratur tar-Repubblika mat-tribunal de grande instance ta' Dieppe (1982-1984); Assistent Prokuratur tar-Repubblika mat-tribunal de grande instance ta' Strasbourg (1984-1986); Prokuratur tar-Repubblika mat-tribunal de grande instance ta' Bastia (1986-1988); Avukat Ġenerali mal-cour d'appel ta' Caen (1988-1991); Prokuratur tar-Repubblika mat-tribunal de grande instance ta' Mans (1991-1993); Konsulent speċjali mal-ministre d'État, garde de Sceaux (1993-1995); Prokuratur tar-Repubblika mat-tribunal de grande instance de Nanterre (1995-2002); Prokuratur tar-Repubblika mat-tribunal de grande instance ta' Pariġi (2002-2004); Prokuratur tar-Repubblika mal-Qorti tal-Appell ta' Pariġi (2004-2006); Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2006 sal-9 ta' Ġunju 2019, id-data tal-mewt tiegħu.

Ján MAZÁK
Ján MAZÁK

Imwieled fl-1954; dottorat fid-dritt (Università Pavol Jozef Safarik, Košice, 1978); Professur tad-dritt ċivili (1994) u tad-dritt Komunitarju (2004); Direttur tal-Istitut tad-Dritt Komunitarju fil-fakultà tal-liġi ta' Košice (2004); Imħallef fil-Krajský súd (qorti reġjonali) ta' Košice (1980); Viċi President (1982) u President (1990) ta' Mestský súd (qorti tal-belt) ta' Košice; membru tal-assoċjazzjoni tal-Avukatura Slovakka (1991); konsulent legali mal-Qorti Kostituzzjonali (1993-1998); Viċi Ministru tal-Ġustizzja (1998-2000); President tal-Qorti Kostituzzjonali (2000-2006); membru tal-Kummissjoni ta' Venezia (2004); Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2006 sas-8 ta’ Ottubru 2012.

Verica TRSTENJAK
Verica TRSTENJAK

Imwielda fl-1962; eżami ġudizzjarju (1987); dottorat fil-Liġi mill-Università taLjubljana (1995); Professur tat-Teorija tad-dritt u tal-Istat (duttrina) u tad-dritt privat (mill-1996); riċerkatriċi; studji dottorali fl-Università ta' Zurich, fl-istitut tad-dritt komparattiv tal-Università ta' Vjenna, fl-Istitut Max Planck tad-dritt internazzjonali privat f'Hamburg; fl-Università Ħielsa ta' Amsterdam (Vrije Universiteit ta' Amsterdam); visiting professor fl-Università ta' Vjenna, ta' Freiburg (Il-Ġermanja) u fl-iskola tad-dritt Bucerius f'Hamburg; Kap tas-Servizz Ġuridiku (1994-1996) u Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tax-Xjenza u tat-Teknoloġija (1996-2000); Segretarju Ġenerali tal-Gvern (2000); membru tal-Grupp ta' Studju fuq il-Kodiċi Ċivili Ewropew (Study Group on European Civil Code) mill-2003; responsabbli għall-proġett ta' riċerka Humboldt (Humboldt Stiftung); pubblikazzjoni ta' aktar minn mitt artiklu u diversi kotba fuq id-dritt Ewropew u d-dritt privat; premju tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Sloveni bħala "Avukat tas-sena 2003"; membru tal-kunsill editorjali ta' diversi rivisti legali; Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-ġuristi Sloveni; membru ta' diversi assoċjazzjonijiet ta' ġuristi fosthom il-Gesellschaft für Rechtsvergleichung; Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mis-7 ta' Lulju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2006; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2006 sal-28 ta’ Novembru 2012.

Camelia Toader
Camelia Toader

imwielda fl-1963; gradwata fid-dritt (1986), dottorat fid-dritt (1997) (Università ta’ Bukarest); tħarrġet bħala Imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Buftea (1986-1988); Imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Ħames Settur ta’ Bukarest (1988-1992); ammessa fl-Avukatura ta’ Bukarest (1992); lecturer (1992-2005) u sa mill-2005 professura ta’ dritt ċivili u ta’ dritt kuntrattwali Ewropew fl-Università ta’ Bukarest; diversi studji ta’ dottorat u ta’ riċerka fl istitut Max Planck tad-dritt internazzjonali privat f’Amburgu (bejn l-1992 u l-2004); kap tad-Dipartiment għall-Integrazzjoni Ewropea fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1997-1999); Imħallef fil-Qorti Għolja ta’ Appell u ta’ Ġustizzja (1999-2007); professura mistiedna fl Università ta’ Vjenna (2000 u 2011); għalliema ta’ dritt Komunitarju fl-Istitut Nazzjonali tal Maġistratura (2003 u 2005 2006); membru tal-kumitat editorjali ta’ diversi rivisti legali; sa mill-2010 membru assoċjat u mbagħad mill-2017 membru titolari tal-Akkademja Internazzjonali tad-Dritt Komparattiv u riċerkatriċi onorarja taċ-Ċentru ta’ Studji tad-Dritt Ewropew tal-Istitut ta’ Riċerki Ġuridiċi tal Akkademja Rumena, Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-12 ta’ Jannar 2007 sal-7 ta' Ottubru 2021.

Jean-Jacques KASEL
Jean-Jacques KASEL

Imwieled fl-1946; gradwat fil-liġi, bi speċjalizzazzjoni fil-liġi amministrattiva (ULB, 1970); lawreat mill-IEP ta' Pariġi (Ecofin, 1972); avukat staġista; konsulent ġuridiku tal-Banque de Paris et des Pays-Bas (1972-1973); attaché, u wara uffiċjal fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin (1973-1976); president tal-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill tal-Ministri (1976); l-Ewwel Segretarju tal-ambaxxata (Pariġi), rappreżentant permanenti aġġunt għall-OCDE (responsabbli għar-relazzjonijiet mal-UNESCO, 1976-1979); kap tal-kabinett tal-viċi president tal-gvern (1979-1980); president tal-gruppi ta' ħidma CPE (Asja, Afrika, Amerka Latina); konsulent, u wara kap tal-kabinett aġġunt tal-President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1981); direttur tal-baġit u tal-istatut mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Ministri (1981-1984); chargé de mission mar-rappreżentanza permanenti għall-Komunitajiet Ewropej (1984-1985); president tal-kumitat tal-baġit; ministru plenipotenzjarju, direttur għall-Affarijiet Politiċi u Kulturali (1986-1991); konsulent diplomatiku tal-Prim Ministru (1986-1991); ambaxxatur fil-Greċja (1989-1991, mhux residenti), president tal-kumitat politiku (1991); ambaxxatur, rappreżentant permanenti għall-Komunitajiet Ewropej (1991-1998); president tal-Coreper (1997); ambaxxatur (Brussell, 1998-2002); rappreżentant permanenti għan-NATO (1998-2002); maréchal tal-Qorti tal-Ġustizzja u kap tal-kabinett tal-Altezza Rjali Tiegħu l-Gran Duka (2002-2007); imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-14 ta' Jannar 2008 sas-7 ta’ Ottubru 2013.

Marek Safjan
Marek Safjan

Imwieled fl‑1949 f’Varsavja (il-Polonja), Marek Safjan studja fl-Uniwersytet Warszawski (l‑Università ta’ Varsavja, il-Polonja). Huwa kiseb master fid-dritt fl‑1971 u ddefenda t-teżi tad-dottorat fid-dritt tiegħu fl‑1980. Fl‑1990, ingħata minn din l-università t-titlu ta’ dottorat avvanzat fix-xjenzi legali u mbagħad, fl‑1998, dak ta’ professur titolari tad-dritt.

Kien ukoll fl-Uniwersytet Warszawski li beda l-karriera professjonali tiegħu, fejn assuma kariga ta’ għalliem tad-dritt fl‑1973 bħala assistent akkademiku fl-Istitut tad-Dritt Ċivili. Mill‑1991 sal‑1998, huwa għallem korsijiet hemmhekk bħala professur tad-dritt u serva wkoll bħala direttur fi ħdan l-Istitut tad-Dritt Ċivili. Imbagħad sar Viċi Rettur tal-università mill‑1994 sal‑1997.

Permezz ta’ numru ta’ xogħlijiet, huwa kkontribwixxa b’mod attiv għar-riċerka legali fl-oqsma tad-dritt ċivili, tad-dritt mediku u tad-dritt Ewropew, li wassluh sabiex jirrappreżenta lill-Polonja, mill‑1991 sal‑1997, fi ħdan il-Kumitat għall-Bijoetika u l-Kumitat għall-Protezzjoni tad-Data Personali tal-Kunsill tal-Ewropa. Bejn l‑1994 u l‑1998, inħatar Segretarju Ġenerali tas-sezzjoni Pollakka tal-Assoċjazzjoni Henri Capitant tal-Ħbieb tal-Kultura Legali Franċiża.

Minbarra l-attivitajiet akkademiċi tiegħu, huwa okkupa l-kariga ta’ Direttur tat-taqsima tad-dritt ċivili fl-Instytut Wymiaru Sprawiedliwości (l-Istitut tad-Dritt u tal-Ġustizzja, il-Polonja) mill‑1992 sal‑1997.

Imbagħad beda karriera ġudizzjarja fit-Trybunał Konstytucyjny (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Polonja): maħtur imħallef fl‑1997, sar President ta’ din il-qorti fl‑1998 u okkupa l-kariga sal‑2006.

Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Jannar 2024.

Daniel Šváby
Daniel Šváby

Imwieled fl-1951; Duttur tal-Liġi (Università ta' Bratislava); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Bratislava; Imħallef fil-Qorti tal-Appell responsabbli għall-kawżi ta' dritt ċivili u Viċi President tal-Qorti tal-Appell ta' Bratislava; Membru tas-Sezzjoni tad-dritt ċivili u tal-familja mal-Istitut tad-Dritt tal-Ministeru tal-Ġustizzja; Imħallef ad interim fil-Qorti Suprema responsabbli għal kawżi ta' dritt kummerċjali; Membru tal-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Strasbourg); Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali (2000-2004); Imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza mit-12 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2009; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2009 sal-7 ta' Ottubru 2021.

Maria BERGER
Maria BERGER

Imwielda fl-1956; studji fid-dritt u fl-ekonomija (1975-1979), Duttur tal-Liġi; Assistent u lecturer fl-Istitut tad-Dritt Pubbliku u tax-Xjenzi Politiċi tal-Università ta' Innsbruck (1979-1984); Amministratur fil-Ministeru Federali tax-Xjenza u tar-Riċerka u fl-aħħar lok, Deputat Kap ta' Diviżjoni (1984-1988); Responsabbli għall-affarijiet dwar l-UE fil-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (1988-1989); Kap tad-Diviżjoni "Integrazzjoni Ewropea" fil-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (preparazzjoni għas-sħubija tal-Awstrija fl-Unjoni Ewropea) (1989-1992); Direttur fl-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA f'Ġinevre u fi Brussell (1993-1994); Viċi President tad-Donau-Universität de Krems (1995-1996); Deputat fil-Parlament Ewropew (Novembru 1996 - Jannar 2007 u Diċembru 2008 - Lulju 2009) u Membru tal-Kummissjoni Legali; Membru tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Futur tal-Ewropa (Frar 2002 - Lulju 2003); Membru tal-Kunsill muniċipali tal-belt ta' Perg (Settembru 1997 - Settembru 2009); Ministru Federali tal-Ġustizzja (Jannar 2007 - Diċembru 2008); Pubblikazzjonijiet fuq diversi temi relatati mad-dritt Ewropew; Professur Onorarju tad-dritt Ewropew fl-Università ta' Vjenna, Senatriċi Onorarja tal-Università ta' Innsbruck; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2009 sas-20 ta’ Marzu 2019.

Pedro CRUZ VILLALÓN
Pedro CRUZ VILLALÓN

Imwieled fl-1946; gradwat fid-dritt (1963-1968) u dottorat fid-dritt fl-Università ta' Sevilla (1975); studji post universitarji fl-Università ta' Freiburg im Breisgau (1969-1971); professur assoċjat tad-dritt politiku fl-Università ta' Sevilla (1978-1986); inkarigat mill-kattedra tad-dritt kostituzzjonali fl-Università ta' Sevilla (1986-1992); segretarju legali fil-Qorti Kostituzzjonali Spanjola (1986-1987); maġistrat fil-Qorti Kostituzzjonali Spanjola (1992-1998); President tal-Qorti Kostituzzjonali Spanjola (1998-2001); fellow fil-Wissenschaftskolleg zu Berlin (2001-2002); inkarigat mill-kattedra tad-dritt kostituzzjonali fl-Università awtonoma ta' Madrid (2002-2009); kunsillier elett fil-Kunsill tal-Istat (2004-2009); awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-14 ta' Diċembru 2009 sal-7 ta' Ottubru 2015.

Egidijus JARAŠIŪNAS
Egidijus JARAŠIŪNAS

Imwieled fl-1952; gradwat fil-liġi mill-Università ta' Vilnjus (1974-1979); dottorat fix-xjenzi legali mill-Akkademja tal-Liġi tal-Litwanja (1999), avukat prattikanti fil-Litwanja (1979-1990); Membru tal-Kunsill Suprem (Parlament) tar-Repubblika tal-Litwanja (1990-1992), u mbagħad Membru tas-Seimas (Parlament) tar-Repubblika tal-Litwanja u Membru tal-Kumitat tal-Istat u tal-Liġi (1992-1996); Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja (1996-2005), u mbagħad konsulent tal-president tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Litwanja (mill-2006); assistent fit-taqsima tad-dritt kostituzzjonali tal-fakultà tal-liġi fl-Università Mykolas Romeris (1997-2000), u mbagħad assistent professur (2000-2004), u wara professur (mill-2004) fit-taqsima msemmija u wara kap tat-taqsima tad-dritt kostituzzjonali (2005-2007); dekan tal-fakultà tal-liġi fl-Università Mykolas Romeris (2007-2010); Membru tal-Kummissjoni ta' Vjenna (2006-2010); Firmatarju tal-Att tal-11 ta' Marzu 1990 dwar l-istabbiliment mill-ġdid tal-indipendenza tal-Litwanja; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet legali; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta 'Ottubru 2010 sat-8 ta' Ottubru 2018.

Carl Gustav FERNLUND
Carl Gustav FERNLUND

Imwieled fl-1950; Gradwat fil-liġi mill-Università ta’ Lund (1975); Reġistratur tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Landskrona (1976-1978); Assessur fil-Qorti Amministrattiva tal-Appell (1978-1982); Imħallef supplenti fil-Qorti Amministrattiva tal-Appell (1982); Konsulent Legali fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kostituzzjoni tal-Parlament Svediż (1983-1985); Konsulent Legali fil-Ministeru tal-Finanzi (1985-1990); Direttur tad-Diviżjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Individwi fil-Ministeru tal-Finanzi (1990-1996); Direttur tad-Diviżjoni tat-Taxxi tas-SISA fil-Ministeru tal-Finanzi (1996-1998); Konsulent Legali għar-Rappreżentanza Permanenti tal-Isvezja fl-Unjoni Ewropea (1998-2000); Direttur ġenerali għall-affarijiet legali fid-Dipartiment tat-Taxxi u tad-Dwana fil-Ministeru tal-Finanzi (2000-2005); Imħallef fil-Qorti Amministrattiva Suprema (2005-2009); President tal-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Göteborg (2009-2011); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta’ Ottubru 2011 sas-7 ta' Ottubru 2019.

Christopher VAJDA
Christopher VAJDA

Imwieled fl-1955; gradwat fid-dritt mill-Università ta' Cambridge; lawrea speċjali fid-dritt Ewropew mill-Université libre ta' Brussell (grad ta' distinzjoni għolja); ammess bħala membru tal-Avukatura tal-Ingilterra u ta' Wales (Gray's Inn, 1979); barrister (1979-2012); ammess bħala membru tal-Avukatura tal-Irlanda ta' Fuq (1996); King's Counsel; bencher fil-Gray's Inn (2003); recorder tal-Crown Court (2003-2012); teżorier tal-United Kingdom Association for European Law (2001-2012); kontribuzzjoni fil-European Community Law of Competition (Bellamy & Child, mit-tielet sas-sitt edizzjoni); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta' Ottubru 2012 sas-31 ta' Jannar 2020.

Michail Vilaras
Michail Vilaras

imwieled fl-1950; gradwat fid-dritt mill-Università tal-Ateni (1973); diploma tal-studji approfonditi fid-dritt soċjali mill-Università tal-Pariġi II Panthéon-Sorbonne (1977); avukat (1974-1980); espert nazzjonali mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1988-1990), u mbagħad amministratur prinċipali fid-Direttorat Ġenerali V “Impjieg, relazzjonijiet industrijali, affarijiet soċjali” (1990-1994); awditur, uffiċjal legali u, mill-1999, konsulent fil-Kunsill tal-Istat Elleniku; membru assoċjat tal-Qorti suprema speċjali tal-Greċja; membru tal-Kumitat ċentrali għat-tfassil tal-abbozzi ta’ liġijiet tal-Greċja (1996-1998); direttur tas-Servizz Legali fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern Elleniku (1996-1998); Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (1998-2010), President ta’ Awla mill-2004 sal-2010); Membru tal-Kunsill superjuri tal-ġustizzja amministrattiva (2011-2012); Membru tal-Qorti speċjali għat-tilwim dwar ir-remunerazzjonijiet tal-maġistrati u tal-Qorti speċjali għal kawżi kontra maġistrati (2013-2014); membru tal-bord konsultattiv ta’ esperti dwar il-kandidati għall-elezzjoni tal-Imħallfin fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (2014-2015); membru tal-kumitat kompetenti sabiex jagħti opinjoni dwar il-kompetenza tal-kandidati għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ Mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (2012-2015); lecturer tad-dritt Ewropew fl-Iskola nazzjonali tal-maġistratura (1995-1996 u 2012-2015); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta’ Ottubru 2015 sal-7 ta' Ottubru 2021.

Henrik Saugmandsgaard Øe
Henrik Saugmandsgaard Øe

Imwieled fl-1964; master fid-dritt mill-Università ta' Aarhus (1991); master fid-dritt Ewropew mill-Collège d'Europe fi Bruges (1993); lecturer fl-Universitajiet ta' Aarhus (1991-1993) u ta' Copenhagen (1999-2001); professur mistieden fl-Universitajiet ta' Copenhagen u ta' Aalborg (mill-2008); avukat iskritt fil-kamra tal-avukati Daniża (1995); référendaire mal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (1994-1999); prosekutur fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ta' Copenhagen (1999-2000) u spettur mad-distretti tal-pulizija (2004-2006); konsulent legali mar-rappreżentant tal-Prim Ministru Daniż matul in-negozjati għat-tfassil tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1999-2000); kap ta' dipartiment fl-Uffiċċju tad-dritt Ewropea (1999-2000); kap ta' dipartiment fl-Uffiċċju tad-dritt Ewropew u tad-drittijiet tal-bniedem (2000-2001) u kap ta' dipartiment fl-Uffiċċju tad-dritt ta' proprjetà u tal-obbligi tal-Ministeru tal-Ġustizzja (2001-2006); Ombudsman tal-konsumaturi nnominat mill-Gvern Daniż (2006-2014); Imħallef fil-Østre Landsret, Copenhagen (2015); Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2015 sal-7 ta' Ottubru 2021.

Michal Bobek
Michal Bobek

Imwieled fl-1977; master fid-dritt u master fir-relazzjonijiet internazzjonali (Università Karlova ta' Praga); gradwat fid-dritt Ingliż u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea (Università ta' Cambridge); Magister Juris (Università ta' Oxford, St. Edmund Hall); dottorat fid-dritt (Istitut Universitarju Ewropew, Firenze); studji fl-Università libera ta' Brussell u fl-Università ta' Queensland (l-Awstralja); référendaire mal-President tal-Qorti amministrattiva suprema tar-Repubblika Ċeka (2005-2009), u wara Kap tad-dipartiment ta' riċerka u ta' dokumentazzjoni tal-istess qorti (2008-2009); kapaċità li jeżerċita l-funzjonijiet ta' Mħallef fir-Repubblika Ċeka (2009); lecturer (2011 u 2012) u riċerkatur (2013-2016) fl-Istitut tad-dritt Ewropew u tad-dritt ikkomparat fl-Università ta' Oxford; professur fil-Collège d'Europe fi Bruges (2013-2015); membru tal-bord tal-appell tal-Bank nazzjonali Ċek (2013-2015); Imħallef ad hoc fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (2013-2015); kofondatur u president tal-assoċjazzjoni Ċeka tad-dritt Ewropew u tad-dritt ikkomparat; lecturer u professur mistieden f'diversi universitajiet fl-Ewropa u barra mill-Ewropa; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tad-drittijiet Ewropej tal-bniedem, tad-dritt (pubbliku) ikkomparat u tat-teorija tad-dritt; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2015 sal-7 ta' Ottubru 2021.

Evgeni Tanchev
Evgeni Tanchev

imwieled fl-1952; diploma fid-dritt mill-Università Saint-Clément d'Ohrid ta’ Sofia (1975); dottorat fid-dritt (1979); lecturer (1977-1984), lecturer anzjan (1984-1990), u mbagħad professur fl-Università Saint-Clément d'Ohrid ta’ Sofia (1990-2013); dekan tal-fakultà tal-liġi tal-Università Saint-Clément d'Ohrid ta’ Sofia (1988-1991); membru tal-kunsill leġiżlattiv fi ħdan l-assemblea nazzjonali Bulgara (1995-1997); kap tal-katedra Jean Monnet fl-Università l-Ġdida Bulgara (2002-2005); president tal-kunsill legali għall-President tal-Bulgarija (2002-2003); Imħallef (2003-2009), u mbagħad President (2009-2012) tal-qorti kostituzzjonali Bulgara; kap tal-katedra tad-dritt kostituzzjonali fil-fakultà tal-liġi tal-Università Saint-Clément d'Ohrid ta’ Sofia (2013-2016); membru (2006-2016) u viċi president tal-kummissjoni ta’ Venezia tal-Kunsill tal-Ewropa (2013-2015); membru tal-kunsill kostituzzjonali fi ħdan l-Ombudsman tal-Bulgarija (2015-2016); editur ta’ diversi rivisti legali; awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet legali; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mid-19 ta’ Settembru 2016 sal-7 ta' Ottubru 2021.

Gerard Hogan
Gerard Hogan

imwieled fl-1958; diploma fid-dritt mill-University College, Dublin (LL.M. fl-1981); dottorat fid-dritt mill-University College, Dublin (LL.D. fl-1997); diploma fid-dritt mill-Università ta’ Pennsylvania (LL.M. fl-1982); barrister-at-law fl-Honorable Society of King’s Inns ta’ Dublin (1984); dottorat fid-dritt mit-Trinity College, Dublin (Ph.D. fl-2001); senior lecturer fid-dritt mat-Trinity College, Dublin (1982-2007); junior counsel mal-avukatura tal-Irlanda (1987-1997); senior counsel mal-avukatura tal-Irlanda (1997-2010); Imħallef fil-High Court tal-Irlanda (2010-2014); Imħallef fil-Court of Appeal tal-Irlanda (2014-2018); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta’ Ottubru 2018 sal-7 ta' Ottubru 2021.

Giovanni Pitruzzella
Giovanni Pitruzzella

Imwieled fl-1959 f’Palermo (l-Italja), Giovanni Pitruzzella ggradwa fid-dritt mill-Università degli Studi di Palermo (l-Università ta’ Palermo, l-Italja) fl-1982. Huwa fi ħdan din l-università li l-attivitajiet tiegħu ta’ riċerkatur wassluh jgħallem hemm id-dritt kostituzzjonali, mill-1983 sal-1986. Huwa wara assuma l‑inkarigu tat-tagħlim tad-dritt kostituzzjonali fl-Università degli Studi di Cagliari (l-Università ta’ Cagliari, l-Italja), fejn għallem kors ta’ dritt pubbliku mill-1986 sal-1997, imbagħad fl-Università degli Studi di Palermo (l-Università ta’ Palermo, l-Italja). Mill-2014 sal-2017, huwa għallem fil-qasam tad-dritt kostituzzjonali u tad-dritt tal-kompetizzjoni fil-Libera Università Internazionale degli Studi Sociali Guido Carli (l-Università Libera Internazzjonali tal-Istudji Soċjali Guido Carli, l-Italja). Huwa awtur ta’ numru ta’ kotba fuq id-dritt pubbliku, fuq id-dritt kostituzzjonali, fuq id-dritt amministrattiv u fuq id-dritt tal-kompetizzjoni.

Giovanni Pitruzzella barra minn hekk żvolġa diversi missjonijiet, matul il-karriera tiegħu, favur istituzzjonijiet pubbliċi. Mill-1993 sal-1996, huwa okkupa l-inkarigu ta’ kunsillier ġuridiku tal-Gvern Taljan, imbagħad dak ta’ president tal-kummissjoni għall-applikazzjoni tal-istatut speċjali tar-Reġjun ta’ Sicilia, mill-1998 sal-2002.

Huwa ġie nnominat membru tal-Commissione di garanzia del diritto di sciopero nei servizi pubblici essenziali (il-Kummissjoni ta’ Garanzija tad-Dritt għall-Azzjoni Industrijali fis-Servizzi Pubbliċi Essenzjali, l‑Italja) fl-2006, u sar president tagħha mill-2009 sal-2011. Fl-istess waqt, huwa okkupa, mill-2008 sal‑2018, il-pożizzjoni ta’ kunsillier ġuridiku fil-Ministeru għas-Saħħa Taljan. Bejn l-2011 u l-2018, huwa ġie nnominat president tal-Autorità garante della concorrenza e del mercato italiana (l-Awtorità Taljana Garanti tal-Kompetizzjoni u tas-Suq).

F’April 2013, Giovanni Pitruzzella ġie nnominat membru tal-Kummissjoni għar-Riformi Istituzzjonali fil-Qasam Ekonomiku-Soċjali. F’Ġunju tal-istess sena, issejjaħ jingħaqad, bħala espert, mal-Kummissjoni għar-Riformi Kostituzzjonali.

Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit-8 ta’ Ottubru 2018 sal-14 ta’ Novembru 2023.

Albert VAN HOUTTE
Albert VAN HOUTTE

Twieled fit-12 ta' Novembru 1914 f'Nieuwkapelle; ta' nazzjonalità Belġjana; duttur fil-liġi (1938), lawreat fl-ekonomija politika u soċjali (1940) fl-Università Kattolika ta' Louvain; assistent fl-Istitut tax-xjenzi ekonomiċi fl-Università Kattolika ta' Louvain (1939-1940); avukat (1938-1940); konsulent għall-ekonomija u t-taxxa tal-Boerenbond, kap ta' kabinet tal-Ministru tal-Argikoltura (1944-1945); segretarju tal-Uffiċju Ewropew tal-FAO f'Ruma, inkarigat mill-likwidazzjoni tal-Istitut Internazzjonali tal-Agrikoltura (1946-1949); President tal-kumitat Belġjan tal-FAO, membru tal-Kunsill tal-FAO u ta' kumitatijiet differenti (1950-1953); Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA mis-26 ta' Marzu 1953 sas-6 ta' Ottubru 1958 u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mis-7 ta' Ottubru 1958 sad-9 ta' Frar 1982; miet fil-15 ta' Mejju 2002.

Paul HEIM
Paul HEIM

Twieled fit-23 ta' Mejju 1932 fi Vjenna; ta' nazzjonalità Britannika; studji tad-dritt fil-Kings College, l-Università ta' Durham u Lincolns Inn (1950-1955); ammess fl-Avukatura f'Londra, reġistratur aġġunt fis-Supreme Court tal-Kenja (1955); avukat (1957-1958 u 1961-1962); Imħallef tal-Prim'Istanza (1958); l-ewwel reġistratur aġġunt tas-Supreme Court tal-Kenja (1963); amministratur aġġunt fir-Reġistru tal-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem fi Strasbourg (1965); amministratur fis-Segretarjat tal-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (1966); amministratur (1967), amministratur prinċipali (1969), kap aġġunt tal-kabinet (1969-1973) fil-Kunsill tal-Ewropa; kap ta' Diviżjoni (1973), direttur (1980) fir-Reġistru tal-Parlament Ewropew; Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta' Frar 1982 sad-9 ta' Frar 1988; miet fil-23 ta' Settembru 2020.

Jean-Guy GIRAUD
Jean-Guy GIRAUD

Twieled fl-1944; ta' nazzjonalità Franċiża; gradwat fl-istudji superjuri tad-dritt tal-Università ta' Pariġi, tal-Istitut ta' studji politiċi ta' Pariġi u tal-iSchool of advanced international studies tal-Johns Hopkins University; amministratur fis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew; amministratur prinċipali fis-Segretarjat tal-Kummissjoni tal-Estimi; kap ta' diviżjoni tas-Segretarjat tal-Kummissjoni Istituzzjonali u tal-Kummissjoni tal-Estimi; konsulent, wara direttur mal-Presidenti tal-Parlament Ewropew (mistoqsijiet istituzzjonali, ġuridiċi jew tal-Estimi); direttur ad interim fl-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Kummissjonijiet; Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta' Frar 1988 sad-9 ta' Frar 1994.

Roger GRASS
Roger GRASS

Imwieled fl-1948; lawrejat fl-Institut d’Études Politiques de Paris et d’Études Supérieures de Droit Public; sostitut prokuratur tar-Repubblika fi ħdan it-Tribunal de Grand Instance de Versailles; amministratur prinċipali fil-Qorti tal-Ġustizzja; segretarju ġenerali tal-Prokura Ġenerali tal-Qorti ta’ l-Appell ta’ Pariġi; cabinet du Gard des Sceaux, Ministru tal-Ġustizzja; référendaire tal-president tal-Qorti tal-Ġustizzja; Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta' Frar 1994 sas-6 ta' Ottubru 2010.