Xogħol

Fil-parti l-kbira tiegħu, il-persunal tad-dipartimenti tal-istituzzjoni huwa rreklutat minn listi ta' riżervi ta' kompetizzjonijiet ġenerali organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

logo-eucareers ENŻur is-sit web dwar il-Karrieri tal-UE fejn tista’ tfittex fil-bażi tad-data ta’ opportunitajiet ta’ xogħol disponibbli għal pożizzjonijiet permanenti u temporanji, inklużi karigi ta’ aġent kuntrattwali, traineeships u sekondar fl-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE.

Barra minn dan kollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' wkoll tirrikorri, f'ċertu ċirkustanzi, għal membri tal-persunal temporanju jew għal membri tal-persunal kuntrattwali awżiljarji. Il-membri tal-persunal temporanji jiġu rreklutati qabel kollox biex jimlew impjiegi li eventwalment jimtlew minn min jgħaddi mill-kompetizzjoni. Huma jistgħu jimlew impjiegi li jirrikjedu profil speċifiku għal missjonijiet limitati fiż-żmien. Il-membri tal-persunal kuntrattwali awżiljarju jissostitwixxu l-uffiċjali li ma jistgħux jeżerċitaw ix-xogħol tagħhom minħabba mard jew leave għal maternità. Jiġu wkoll irreklutati sabiex isaħħu d-dipartiment meta dan jiffaċċja żieda fix-xogħol.

Il-persunal huwa maqsum fi tliet gruppi ta' funzjonijiet : il-grupp ta’ funzjonijiet AD li jinkludi l-amministraturi, fosthom il-ġuristi lingwisti, il-grupp ta' funzjonijiet AST li jinkludi l-assistenti fl-oqsma amministrattivi u grupp ta' funzjonijiet AST/SC li jwettaq xogħol tal-uffiċċju u ta’ segretarjat . Il-grupp ta' funzjonijiet AD jitlob mill-inqas livell ta' taħriġ universitarju, filwaqt li l-grupp ta' funzjonijiet AST jitlob mill-inqas livell ta' taħriġ post-sekondarju jew sekondarju flimkien ma' esperjenza professjonali ta' 3 snin.

Il-bżonnijiet tal-istituzzjoni f'termini ta' reklutaġġ jikkonċernaw b'mod partikolari l-impjiegi li ġejjin:

Għall-grupp ta' funzjonijiet AD:

  • amministratur ġurist f'reġistru jew fl-oqsma tal-amministrazzjoni bibljotekarja, tar-riċerka u tad-dokumentazzjoni
  • interpretu
  • ġurista lingwista għat-traduzzjoni ta' testi legali minn żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew iktar
  • xogħol fil-qasam tal-informatika

Għall-grupp ta' funzjonijiet AST:

  • assistent fil-qasam tas-segretarjat
  • qarrejja tal-provi / verifikatur lingwistiku
  • xogħol fil-qasam tal-informatika.

Għall-grupp ta' funzjonijiet AST.SC:

  • segretarji.

Lista tal-pożizzjonijiet vakanti


Barra minn hekk, id-Direttorat tat-Traduzzjoni Legali jitlob regolarment l-għajnuna ta' tradutturi esterni fuq bażi freelance.

Għal iktar informazzjoni fuq il-kompetizzjonijiet għal interpreti u opportunitajiet għal interpreti esterni, inti mitlub tikkonsulta l-paġna Tinterpreta għall-Ewropa

Kif tippreżenta applikazzjoni għal sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess jew tittrażmetti kandidatura spontanea?

Il-kandidati li jkunu jixtiequ jippreżentaw il-kandidatura tagħhom fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala membru tal-persunal temporanju jew bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, jistgħu jagħmlu dan f’żewġ mumenti separati: jew fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess marbuta ma’ proċedura partikolari, jew inkella billi jibgħatu kandidatura spontanea li tiddaħħal f’ġabra ta’ kandidaturi bil-ħsieb li jiġu koperti ħtiġiet futuri ta’ reklutaġġ. Fir-rigward tal-ġbir tal-kandidaturi spontanji, il-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet għal żewġ sejħiet permanenti għal kandidaturi, waħda għall-grupp ta’ funzjonijiet AD (amministraturi) u l-oħra għall-grupp ta’ funzjonijiet AST (inkluż AST/SC), li fihom hemm propost tipi ta’ xogħlijiet li huma l-iktar imfittxija b’mod frekwenti mid-dipartimenti.

Sabiex jagħmlu dan, il-kandidati għandhom jużaw l-applikazzjoni EU CV Online, ġestita mill-Kummissjoni Ewropea, fl-indirizz li ġej:

https://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/open_applications/CV_Cand/index.cfm?fuseaction=premierAcces.

 

Għal iktar informazzjoni: - Informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data  pdf