Fuljetti ta' informazzjoni

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ilha sa mill 1952 tiżgura l-osservanza u l-applikazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri. Permezz ta’ diversi sentenzi hija kkonstatat in-nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjonijiet ta’ diskriminazzjoni previsti mid-dritt tal-Unjoni, u saħħithom. Dan il-fuljett jippreżenta għażla ta’ sentenzi importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja miġbura f’kategoriji ta’ diskriminazzjoni.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ilha sa mill-1952 tiżgura l-osservanza u l-applikazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri. Matul is-snin, hija tat numru ta’ sentenzi li saħħew l-integrazzjoni Ewropea filwaqt li taw liċ-ċittadini drittijiet dejjem iktar mifruxa, b’mod partikolari fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Il-paġni li ġejjin jippreżentaw uħud mis-sentenzi importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq dan is-suġġett.

Mill-1952, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tħares l-osservanza u l-applikazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri. Tul iż-żmien, hija adottat sentenzi li saħħew l-integrazzjoni Ewropea filwaqt li taw liċ-ċittadini drittijiet dejjem iktar mifruxa. Il-paġni segwenti jippreżentaw xi sentenzi ewlenin tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru.

Mill-1952, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tissorvelja l-osservanza u l-applikazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri. Matul iż-żmien, hija tat sentenzi li saħħew l-integrazzjoni Ewropea filwaqt li tat liċ-ċittadini u, b’mod partikolari, liż-żgħażagħ, drittijiet iktar u iktar estiżi. Il-paġni li ġejjin jippreżentaw xi sentenzi fundamentali tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikklassifikati f’temi.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ilha sa mill 1952 tiżgura l-osservanza u l-applikazzjoni tajba tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri. Matul is-snin hija tat numru ta’ sentenzi li saħħew l-integrazzjoni Ewropea filwaqt li taw liċ-ċittadini u, b’mod partikolari, lill-konsumaturi, drittijiet dejjem iktar estiżi. Dawn il-paġni jippreżentaw uħud mis-sentenzi importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikklassifikati skont is-suġġett. F’kull waħda mill-kawżi esposti f’dan il-fuljett informattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ħolqitx hija stess id-drittijiet inkwistjoni iżda siltithom minn jew ippreċiżathom permezz ta’ interpretazzjoni tar regolamenti jew tad-direttivi tal-Unjoni.