Preżentazzjoni tal-membri
Marc van der Woude
Marc van der Woude

Imwieled fl 1960 ; gradwat fil liġi (Università ta' Groningen, 1983) ; studja fil Collège d'Europe (1983 1984) ; assistent fil Collège d'Europe (1984 1986) ; inkarigat mill korsijiet fl Università ta' Leiden (1986 1987) ; relatur fid Direttorat Ġenerali tal Kompetizzjoni tal Kummissjoni tal Komunitajiet Ewropej (1987 1989) ; référendaire fil Qorti tal Ġustizzja tal Komunitajiet Ewropej (1989 1992) ; koordinatur politiku fid Direttorat Ġenerali tal Kompetizzjoni tal Kummissjoni tal Komunitajiet Ewropej (1992 1993) ; membru tas Servizz Ġuridiku tal Kummissjoni tal Komunitajiet Ewropej (1993 1995) ; avukat Membru tal Avukatura ta' Brussell sa mill 1995 ; professur fl Università Erasmus ta' Rotterdam sa mill 2000 ; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-13 ta' Settembru 2010 ; viċi President tal-Qorti Ġenerali mis-20 ta' Settembru 2016 sas-26 ta' Settembru 2019 ; President tal-Qorti Ġenerali mis-27 ta' Settembru 2019.

President tal-Qorti Ġenerali mis-27 ta’ Settembru 2019.

 

Savvas Papasavvas
Savvas Papasavvas

Imwieled fl-1969; studji fl-Università ta' Ateni (Ptychion fl-1991); studji Phd fl-Università ta' Pariġi II (DEA fid-dritt pubbliku fl-1992) u fl-Università ta' Aix-Marseille III (Dottorat fil-Liġi fl-1995); ammess fl-Avukatura ta' Ċipru, Membru tal-Avukatura ta' Nikosia mill-1993; Lecturer fl-Università ta' Ċipru (1997-2002), Lecturer tad-dritt kostituzzjonali minn Settembru 2002; Riċerkatur fiċ-Ċentru għad-Dritt Pubbliku Ewropew (2001-2002); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-12 ta' Mejju 2004; viċi President tal-Qorti Ġenerali mis-27 ta' Settembru 2019.

Heikki Kanninen
Heikki Kanninen

Imwieled fl-1952; lawreat mill-Iskola tal-Istudji Kummerċjali Għolja ta' Helsinki u mill-Fakultà tal-Liġi ta' Helsinki; Référendaire mal-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Finlandja; Segretarju Ġenerali tal-Kumitat dwar ir-riforma tal-protezzjoni legali fl-amministrazzjoni pubblika; Amministratur Prinċipali mal-Qorti Amministrattiva Suprema; Segretarju Ġenerali tal-Kumitat dwar ir-riforma tal-proċedimenti amministrattivi, Konsulent mad-Direttorat tal-Leġiżlazzjoni fil-Ministeru tal-Ġustizzja; Deputat Reġistratur fil-Qorti tal-EFTA; Référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej; Imħallef fil-Qorti Amministrattiva Suprema (1998-2005); Membru tal-Bord tal-Appelli dwar ir-Refuġjati; Viċi-President tal-Kumitat dwar l-iżvilupp tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji Finlandiżi; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta' Ottubru 2005 sas-6 ta' Ottubru 2009; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta' Ottubru 2009; Viċi President tal-Qorti Ġenerali mis-17 ta’ Settembru 2013 sad-19 ta’ Settembru 2016.

Vesna Tomljenović
Vesna Tomljenović

Imwielda fl-1956; gradwata mill-Università ta' Rijeka (Masters, 1979) u mill-Università ta' Zagreb (LL.M., 1984; dottorat fid-dritt, 1996); assistent professur (1980-1998), professur assoċjat (2003-2009) u professur (2009-2013) fil-fakultà tal-liġi fl-Università ta' Rijeka; assistent professur fil-fakultà tal-ekonomija fl-Università ta' Rijeka (1990-2013); president tal-Assoċjazzjoni Kroata tad-Dritt Komparattiv (2006-2013); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mill-4 ta' Lulju 2013.

Anthony Michael Collins
Anthony Michael Collins

Imwieled fl-1960; gradwat mit-Trinity College, Dublin (Xjenza legali) (1984) u mill-Honorable Society of the King's Inns, Dublin (Barrister-at-Law) (1986); membru tal-Honorable Society of King’s Inns (mill-2013); Assistent Professur fil-University College Cork (mill-2015); Membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Irish Centre for European Law (mill-1997); Barrister-at-Law (1986-1990 u 1997-2003) u Senior Counsel (2003-2013) mal-Bar tal-Irlanda; référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (1990-1997); Viċi President tal-Council of European National Youth Committees (1979-1981); Segretarju Ġenerali tal-Organising Bureau tal-European School Student Unions (1977-1984); Segretarju Ġenerali tal-Irish Union of School Students (1977-1979); Membru tad-Delegazzjoni Permanenti tal-Council of Bars and Law Societies of Europe (CCBE) mal-Qrati tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-EFTA (2006-2013); Imħallef mal-Qorti Ġenerali mis-16 ta’ Settembru 2013.

 

Stéphane Gervasoni
Stéphane Gervasoni

Imwieled fl-1967; diploma mill-Institut d'études politiques ta' Grenoble (1988) u mill-École nationale d'administration (1993); okkupa l-pożizzjoni ta' auditeur fil-Conseil d'État [Imħallef relatur fit-taqsima tal-kontenzjuż (1993-1997) u membru tat-taqsima soċjali (1996-1997)]; okkupa l-pożizzjoni ta' maître des requêtes fil-Conseil d'État (1996-2008); okkupa l-pożizzjoni ta' maître de conférences fl-Institut d'études politiques ta' Pariġi (1993-1995); Kummissarju tal-Gvern fi ħdan il-Commission spéciale de cassation des pensions (1994-1996); konsulent legali għall-Ministeru tas-Servizz pubbliku u għall-belt ta' Pariġi (1995-1997); Segretarju Ġenerali tal-kunsill tar-reġjun amministrattiv ta' Yonne, responsabbli għaż-żona ta' Auxerre (1997-1999); Segretarju Ġenerali tal-kunsill tar-reġjun amministrattiv ta' Savoie, responsabbli għaż-żona ta' Chambéry (1999-2001); référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (2001-2005); membru titolari tal-Kummissjoni tal-Appelli tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) (2001-2005); Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (2005-2011, President ta' awla mill-2008 sal-2011); okkupa l-pożizzjoni ta' conseiller d'État bħala assistent tal-President tat-tmien awla tat-taqsima tal-kontenzjuż (2011-2013); Membru tal-Kummissjoni tal-Appelli tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (2011-2013); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-16 ta' Settembru 2013.

Dean Spielmann
Dean Spielmann

Imwieled fl-1962; gradwat fid-dritt mill-Università Kattolika ta' Louvain (1988) u Master of Laws mill-Università ta' Cambridge (1990); assistent riċerkatur fl-Università Kattolika ta' Louvain (1991-1997); avukat fil-kamra tal-avukati ta' Lussemburgu (1989-2004); membru tal-kumitati tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt kriminali tal-Conseil des barreaux européens (CCBE) (2002-2004); membru tan-netwerk tal-Unjoni Ewropea ta' esperti indipendenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali (2002-2004); membru tal-kummissjoni konsultattiva tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lussemburgu (2000-2004); imħallef (2004-2015), president ta' awla (2011-2012), viċi president (2012), u mbagħad president (2012-2015) tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; lecturer assoċjat fl-Università tal-Lussemburgu (1996-2006); lecturer fl-Università ta' Nancy 2 (1997-2009); membru tat-taqsima tax-xjenzi morali u politiċi fl-Institut grand-ducal (mill-2002); Honorary Fellow tal-Fitzwilliam College tal-Università ta' Cambridge (mill-2013); Honorary Bencher tal-Gray's Inn ta' Londra (mill-2013); professur onorarju fil-University College tal-Università ta' Londra (mill-2013); membru ta' kumitati xjentifiċi ta' diversi riviżti legali; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-13 ta' April 2016.

Anna Marcoulli
Anna Marcoulli

Imwielda fl-1974; diploma fid-dritt mill-Università ta' East Anglia (1995) u Master of Laws mill-Università ta' Bristol (1996); aċċettata bħala membru tal-kamra tal-avukati ta' Ċipru (1997); membru tas-servizz legali tar-Repubblika ta' Ċipru, assenjata mad-dipartiment tad-dritt tal-Unjoni Ewropea (1998-2008); espert nazzjonali kkollokat mad-diviżjoni "Riċerka u dokumentazzjoni" tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2005-2007); konsulent legali tal-presidenza Ċiprijotta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2012); membru tas-servizz legali tal-Kummissjoni Ewropea (2008-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-13 ta' April 2016.

Ricardo da Silva Passos
Ricardo da Silva Passos

imwieled fl-1953; diploma fid-dritt mill-Università klassifika ta’ Lisbona (1975); diploma ta’ studji approfonditi mill-Università ta’ Strasbourg (1978); Master of Laws mill-Università ta’ Harvard (1984); prosekutur pubbliku fil-qorti tal-ewwel istanza ta’ Cascais (1975-1976); ġurista fis-segretarjat tal-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1978-1986); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1986-1987); kap ta’ diviżjoni fis-segretarjat tal-kummissjoni legali u tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Parlament Ewropew (1988-1999); membru tas-segretarjat tal-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa (2002-2003); kap ta’ unità fis-Servizz Legali tal-Parlament Ewopew (1999-2010); direttur għall-affarijiet istituzzjonali u parlamentari fis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew (2010-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Jesper Svenningsen
Jesper Svenningsen

imwieled fl-1966; studji fid-dritt (Candidatus juris, Università ta’ Aarhus, 1989); avukat stagiaire mal-konsultent legali tal-Gvern Daniż (1989-1991); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mal-Avukat Ġenerali C. C. Gulmann (1991-1993); ammess fil-kamra tal-avukati tad-Danimarka (1993); avukat mal-konsulent legali tal-Gvern Daniż (1993-1995); lecturer fid-dritt Ewropew fl-Università ta’ Kopenħagen; lecturer anzjan fl-Institut européen d’administration publique (IEAP) (il-Lussemburgu, 1995-1997); avukat fil-kamra tal-avukati ta’ Brussell (1997); lecturer anzjan u sussegwentement aġent direttur tal-IEAP (il-Lussemburgu, 1997-1999); amministratur fi ħdan is-servizz legali tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) (1999-2000); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mal-Imħallef Gulmann (2003-2006), u sussegwentement mal-Imħallef L. Bay Larsen (2006-2013); Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-7 ta’ Ottubru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Maria José Costeira
Maria José Costeira

imwielda fl-1967; diploma fid-dritt mill-Università ta’ Coimbra (1991); studji postuniversitarji fid-dritt tal-proprjetà intellettwali fl-Università ta’ Lisbona (2001); avukat bi prova (1991-1992); uffiċjal ġudizzjarju bi prova (1992-1995); Imħallef fil-qrati tal-ewwel istanza (1995-1997); Imħallef fil-qorti kummerċjali ta’ Lisbona (1999-2016); Imħallef fil-qorti tal-appell ta’ Coimbra (2016); attività ta’ tagħlim fid-dritt f’diversi universitajiet Portugiżi u fl-iskola nazzjonali tal-maġistratura; segretarju ġenerali (2012-2015) u mbagħad president (2015-2016) tal-assoċjazzjoni tal-Imħallfin Portugiżi; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Alexander Kornezov
Alexander Kornezov

imwieled fl-1978; diploma fid-dritt mill-Università Saint-Clément d’Ohrid ta’ Sofia (2002) u Master of Laws fid-dritt Ewropew tal-Collège d’Europe (Bruges, 2004); dottorat fid-dritt (2008); avukat fil-kamra tal-avukati ta’ Brussell (2004-2006); lecturer anzjan fid-dritt proċedurali tal-Unjoni Ewropea fl-Università tal-ekonomija nazzjonali u dinjija ta’ Sofia (2008-2012) u fl-Università Saint-Clément d’Ohrid ta’ Sofia (2010-2013); professur assoċjat tad-dritt tal-Unjoni Ewropew u tad-dritt internazzjonali privat fl-akkademja Bulgara tax-xjenzi (mill-2014); lecturer mistieden fl-Università ta’ Cambridge u fil-Università Kattolika ta’ Leuven; référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2007-2016); fundatur u membru tal-kumitat tat-tmexxija tal-assoċjazzjoni Bulgara għad-dritt Ewropew; editur prinċipali tal-ġurnal tad-dritt Ewropew “Evropeiski praven pregled”; awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt Ewropew; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mit-13 ta’ April 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Marc Jaeger
Marc Jaeger

Imwieled fl-1954; gradwat fid-dritt mill-Università Robert Schuman ta' Strasbourg; studja fil-Collège d'Europe; ammess fl-Avukatura tal-Lussemburgu (1981); attaché de justice, delegat mal-Prokuratur Ġenerali tal-Lussemburgu (1983); Imħallef tat-Tribunal d'arrondissement tal-Lussemburgu (1984); Référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1986-1996); President tal-Institut Universitaire International de Luxembourg (IUIL); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mill-11 ta' Lulju 1996; President tal-Qorti Ġenerali mill-17 ta' Settembru 2007 sas-26 ta' Settembru 2019.

Sten Frimodt Nielsen
Sten Frimodt Nielsen

Imwieled fl-1963; gradwat fil-Liġi, Università ta' Kopenhagen (1988); uffiċjal mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1988-1991); lecturer fid-dritt internazzjonali u fid-dritt Ewropew għall-Università ta' Kopenhagen (1988-1991); Segretarju ta' ambaxxata mar-Rappreżentanza Permanenti tad-Danimarka man-Nazzjonijiet Uniti fi New York (1991-1994); uffiċjal fid-dipartiment legali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1994-1995); professur assoċjat mal-Università ta' Kopenhagen (1995); konsulent, imbagħad konsulent prinċipali fl-uffiċċju tal-Prim Ministru (1995-1998); Ministru konsulent mar-Rappreżentanza Permanenti tad-Danimarka mal-Unjoni Ewropea (1998-2001); konsulent speċjali fl-uffiċċju tal-Prim Ministru għal kwistjonijiet legali (2001-2002); kap ta' dipartiment u ġuriskonsulta fl-uffiċċju tal-Prim Ministru (Marzu 2002 - Lulju 2004); sottosegretarju tal-Istat u ġuriskonsulta fl-uffiċċju tal-Prim Ministru (Awwissu 2004 - Awwissu 2007) ; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-17 ta' Settembru 2007.

Juraj Schwarcz
Juraj Schwarcz

Imwieled fl-1952; Duttur tal-Liġi (Università Comenius fi Bratislava, 1979); Konsulent legali ta' impriża (1975-1990); Reġistratur inkarigat mir-Reġistru Kummerċjali fit-Tribunal muniċipali ta' Košice (1991); Imħallef fit-Tribunal muniċipali ta' Košice (Jannar-Ottubru 1992); Imħallef u President ta' Awla fil-Qorti Reġjonali ta' Košice (Novembru 1992-2009); Imħallef issekondat mal-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka, Awla tad-dritt kummerċjali (Ottubru 2004-Settembru 2005); President tal-Kulleġġ tad-dritt kummerċjali fil-Qorti Reġjonali ta' Košice (Ottubru 2005-Settembru 2009); Membru estern tad-Dipartiment tad-dritt kummerċjali u ekonomiku tal-Università P.J. Šafárik ta' Košice (1997-2009); Membru estern tal-korp tal-għalliema tal-Akkademja legali (2005-2009); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-7 ta' Ottubru 2009.

Dimitrios Gratsias
Dimitrios Gratsias

Imwieled fl-1957; gradwat fil-liġi mill-Università ta’ Ateni (1980); gradwat fid-dritt pubbliku, wara studji fil-fond, mill-Università ta’ Pariġi I, Panthéon-Sorbonne (1981); mogħti ċertifikat miċ-ċentru universitarju ta’ studji Komunitarji u Ewropej (Università ta’ Pariġi) (1982); awditur mal-Conseil d'État (1985-1992); kariga ta’ “maître des requêtes” mal-Conseil d’État (1992-2005); référendaire mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1994-1996); Membru assoċjat tal-Qorti suprema speċjali Griega (1998 u 1999); kariga ta’ “conseiller” mal-Conseil d'État (2005); Membru tal-Qorti speċjali adita b’kawżi kontra membri tas-sistema ġudizzjarja (2006); Membru tal-Kunsill superjuri tal-maġistratura amministrattiva (2008); Spettur tat-tribunali amministrattivi (2009-2010); Imħallef tal-Qorti Ġenerali mill-25 ta’ Ottubru 2010.

Mariyana Kancheva
Mariyana Kancheva

Imwielda fl-1958 ; iggradwata fid-dritt mill-Università ta’ Sofija; Master supplimentari fid-dritt Ewropew mill-Istitut tal-Istudji Ewropej tal-Université libre de Bruxelles; speċjalizzazzjonijiet fid-dritt ekonomiku u fid-dritt tal-proprjetà intellettwali; Imħallef bi prova fit-Tribunal reġjonali ta’ Sofija (1985-1986); uffiċjal ġuridiku (1986-1988); avukat iskritt mal-Kamra tal-Avukati ta’ Sofija (1988-1992); Direttur ġenerali tal-Uffiċċju tas-servizzi għall-korpi diplomatiċi fi ħdan il-Ministeru tal-affarijiet barranin (1992-1994); eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat f’Sofija (1994-2011) u fi Brussell (2007-2011); arbitru f’Sofija fil-kuntest tas-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet kummerċjali; parteċipazzjoni fir-redazzjoni ta’ testi leġiżlattivi differenti bħala uffiċjali ġuridiku fil-Parlament Bulgaru; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2011.

Eugène Buttigieg
Eugène Buttigieg

Imwieled fl-1961; gradwat fid-dritt mill-Università ta' Malta; Master fid-dritt Ewropew (Università ta' Exeter); Dottorat fid-dritt tal-kompetizzjoni (Università ta' Londra); legal officer mal-Ministeru tal-Ġustizzja (1987-1990); senior legal officer mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1990-1994); membru tal-Bord dwar id-Drittijiet tal-Awtur (1994-2005); ġurist reviżur mal-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Gvern Lokali (2001-2002); membru tal-Bord fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi (2001-2009); konsulent legali fid-dritt Ewropew (mill-1994); kunsillier legali fid-dritt tal-kompetizzjoni u tal-konsumatur mal-Ministeru tal-Finanzi, tal-Ekonomija u tal-Investiment (2000-2010); konsulent legali dwar il-kompetizzjoni u l-affarijiet tal-konsumatur fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (2010-2011), konsulent mal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (2012); lecturer (1994-2001), senior lecturer (2001-2006), wara associate professor (mill-2007) u inkarigat mill-katedra Jean Monnet fid-dritt Ewropew (mill-2009) fl-Università ta' Malta; kofondatur u Viċi President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Istudji tad-Dritt Ewropew; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-8 ta' Ottubru 2012.

Viktor Kreuschitz
Viktor Kreuschitz

Imwieled fl-1952; dottorat fid-dritt mill-Università ta' Vjenna (1981); uffiċjal fid-dipartiment tal-affarijiet kostituzzjonali tal-Bundeskanzleramt (1981-1997); konsulent legali fis-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea (1997-2013); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-16 ta' Settembru 2013.

Lauri Madise
Lauri Madise

imwieled fl-1974; gradwat fid-dritt (Universitajiet ta' Tartu u ta' Poitiers); konsulent fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja (1995-1999); konsulent u wara Kap tas-Segretarjat tal-Kummissjoni Kostituzzjonali tal-Parlament Estonjan (1999-2000); Imħallef fil-Qorti tal-appell ta' Tallin (mill-2002); membru tal-Kummissjoni tal-Eżamijiet tal-Maġistratura (mill-2005); ipparteċipa f'xogħlijiet leġiżlattivi fid-dritt kostituzzjonali u fid-dritt amministrattiv; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis-23 ta' Ottubru 2013.

Constantinos Iliopoulos
Constantinos Iliopoulos

Imwieled fl-1948; diploma fid-dritt mill-Università ta' Ateni (1971); diploma fix-xjenzi ekonomiċi (studji post-universitarji) mill-Università tal-ekonomija ta' Ateni (1974); aċċettat bħala membru tal-kamra tal-avukati ta' Ateni (1973); dottorat fid-dritt mill-Università ta' Hamburg (1984); avukat (1973-2016); professur tad-dritt ekonomiku internazzjonali u Ewropew (2007-2015) u professur fil-programm tal-master fid-dritt internazzjonali u fid-dritt Ewropew tal-enerġija (2015-2016) fil-fakultà tad-dritt tal-Università ta' Traċja; assistent (1980-1984), lecturer (1992-2006) u professur mistieden (2015) fil-fakultà tad-dritt tal-Università ta' Hamburg; membru tal-kummissjoni tal-kompetizzjoni Ellenika (1992-2006); konsulent legali tal-Ministru għall-iżvilupp ekonomiku u għall-enerġija (2007-2009); konsulent legali maħtur mill-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru (2002-2003); membru tal-bord tad-diretturi taċ-ċentru għad-dritt internazzjonali u Ewropew ekonomiku ta' Thessaloniki (2005-2011); treżorier (1987-2000) u segretarju ġenerali (2000-2016) tal-assoċjazzjoni Ellenika għad-dritt Ewroprew; membru fundatur u segretarju ġenerali tal-assoċjazzjoni Ellenika għad-dritt tal-enerġija (2012-2016); viċi president tal-assoċjazzjoni Ġermaniża-Ellenika ta' ġuristi (Hamburg) (1987-2016); segretarju ġenerali tal-assoċjazzjoni Ellenika-Ġermaniża ta' ġuristi (Ateni) (1990-2016); awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-13 ta' April 2016.

Virgilijus Valančius
Virgilijus Valančius

Imwieled fl-1963; diploma fid-dritt mill-Università ta’ Vilnius (1986); dottorat fid-dritt (2000); proċedura li twassal għall-għoti tal-warrant (2008); prosekutur (1986-1990); imħallef (1991-1994) u viċi president (1993-1994) tal-qorti tal-ewwel istanza ta’ Vilnius; imħallef u president tal-awla ċivili (1995-2002) tal-qorti tal-appell tal-Litwanja; imħallef (2002-2013) u president (2002-2008) tal-qorti amministrattiva suprema tal-Litwanja; lecturer fl-Università ta’ Vilnius (1997) u fl-Università Mykolas Romeris (1998-2000); professur assoċjat (2000-2008), kap tad-dipartiment tal-proċedura ċivili (2002-2006) u professur (mill-2008) fl-Università Mykolas Romeris; president tal-assoċjazzjoni Ewropea tal-maġistrati (AEM) (2006-2008); viċi president tal-unjoni internazzjonali tal-maġistrati (UIM) (2006-2014); membru tal-kunsill konsultattiv tal-imħallfin Ewropej (CCJE) (2000-2014); membru tal-bord tad-diretturi tal-assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-qrati aministrattivi supremi tal-Unjoni Ewropea (ACA-Europe) (2010-2013); membru tal-kumitat konsultattiv tal-akkademja tad-dritt Ewropew (ERA) (2008-2011); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-13 ta’ April 2016.

Zoltán Csehi
Zoltán Csehi

Imwieled fl-1965; diploma fid-dritt mill-Università Loránd Eötvös ta' Budapest (1990), fl-istorja tal-arti (1992) u Master of Laws mill-Università ta' Heidelberg (1991); dottorat fid-dritt (2004); avukat fil-kamra tal-avukati ta' Budapest (1995-2016); professur assoċjat tad-dritt (1991-2005) u professur tad-dritt (2005-2016) fl-Università Loránd Eötvös; kap tad-dipartiment tad-dritt kummerċjali (2007-2013), u mbagħad kap tad-dipartiment tad-dritt privat u kummerċjali kif ukoll professur (2013-2016) fl-Università Kattolika Péter Pázmány ta' Budapest; professur mistieden fl-Università Kattolika ta' Lyon (2013-2016); arbitru fil-qorti tal-arbitraġġ permanenti affiljata mal-Borża Ungeriża u arbitru ad hoc (2004-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-13 ta' April 2016.

Nina Półtorak
Nina Półtorak

Imwielda fl-1971; diploma fid-dritt mill-Università Jagellonne ta' Kraków (1995); dottorat fid-dritt (2001); dottorat cum laude fix-xjenzi legali (2011); professur assoċjat (2003-2013) u mbagħad professur (mill-2013) fil-katedra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Università Jagellonne; direttur ta' programmi ta' studji post-universitarji fid-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Università Jagellonne (2006-2013); akkademika mistiedna fl-Università ta' Oxford (1998) u fl-istitut universitarju Ewropew ta' Firenze (2005); aċċettata bħala membru tal-kamra tal-avukati ta' Kraków (2000); konsulent legali (2000-2012); imħallef il-qorti amministrattiva tal-voïvodie (reġjun amministrattiv) ta' Kraków (2012-2016); ikkollokata mal-qorti suprema amministrattiva tar-Repubblika tal-Polonja (2014-2016); direttur tad-dipartiment tad-dritt Ewropew tal-qorti suprema amministrattiva (2013-2016); awtriċi ta' diversi pubblikazzjonijiet dwar id-dritt Ewropew; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-13 ta' April 2016.

Fredrik Schalin
Fredrik Schalin

imwieled fl-1964; diploma fid-dritt mill-Università ta’ Stokkolma (1991) u mill-Università Paris I, Panthéon-Sorbonne (1990 u 1994); aċċettat bħala membru tal-kamra tal-avukati ta’ Stokkolma (2008); référendaire fil-qorti tal-ewwel istanza ta’ Södertälje u fil-qorti tal-appell ta’ Svea (1991-1993 u 1994-1995); Imħallef fil-qrati tal-ewwel istanza ta’ Gotland u ta’ Norrtälje (1995-1996); Imħallef fil-qorti tal-appell ta’ Svea (1996-1997); assistent segretarju tal-kummissjoni parlamentari tal-Ministeru tal-finanzi (1997-1998); konsulent legali għall-affarijiet Ewropej fil-Ministeru għall-affarijiet barranin (1999); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (1998 u 1999-2006); ġurista, u mbagħad avukat (2006-2008); Imħallef (2009-2016) u President ta’ awla (2012-2015) fil-qorti tal-ewwel istanza ta’ Södertörn; lecturer fl-Università ta’ Stokkolma (2006-2008); lecturer fl-akkademja tal-qrati Svediżi (2011-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-8 ta’ Ġunju 2016.

Inga Reine
Inga Reine

imwielda fl-1975; diploma fid-dritt mill-Università tal-Latvja (1996); master miċ-Ċentru inter-Universitarju Ewropew għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokratizzazzjoni (EIUC) (l-Italja, 1998); ġurista fl-Uffiċċju Latvjan tad-drittijiet tal-bniedem (1995-1999); konsulent mal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u għall-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) [missjoni fil-Kosovo (1999-2002) u missjoni fil-Montenegro (2002-2003)]; ġurista fil-Ministeru tal-affarijiet barranin u rappreżentant tal-Gvern fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati fid-drittijiet tal-bniedem (2003-2012); kap ta’ unità (2012-2015) u konsulent legali (2012-2016) għar-rappreżentanza permanenti tal-Latvja fi ħdan l-Unjoni Ewropea; membru tal-kumitat ta’ tmexxija għad-drittijiet tal-bniedem (CDDH) tal-Kunsill tal-Ewropa (2003-2012); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mit-8 ta’ Ġunju 2016.

René Barents
René Barents

imwieled fl-1951; gradwat fil-liġi u speċjalizzazzjoni fl-ekonomija (Università Erasmus ta’ Rotterdam, 1973); dottorat fid-dritt (Università ta’ Utrecht, 1981); riċerkatur fid-dritt Ewropew u fid-dritt ekonomiku internazzjonali (1973-1974) u lecturer anzjan fid-dritt Ewropew u fid-dritt ekonomiku fl-Istitut Ewropew tal-Università ta’ Utrecht (1974-1979) u fl-Università ta’ Leyde (1979-1981); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1981-1986), Kap tal-Unità “Drittijiet Statutorji” fid-Diviżjoni tal-Persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1986-1987); membru tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1987-1991); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1991-2000); Kap ta’ Diviżjoni (2000-2009) u mbagħad Direttur (2009-2011) fid-Direttorat tar-riċerka u dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; professur titolari (1988-2003) u professur onorarju (mill-2003) fid-dritt Ewropew fl-Università ta’ Maastricht; konsulent fil-qorti tal-appell ta’ ‘s‑Hertogenbosch (1993-2011); membru tal-Akkademja Rjali tax-Xjenza tal-Pajjiżi l-Baxxi (mill-1993); diversi pubblikazzjonijiet dwar id-dritt Ewropew; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2016; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Paul Nihoul
Paul Nihoul

Imwieled fl‑1963; gradwat fid-dritt mill-Università Kattolika ta’ Leuven (1988); Master of Laws mill-Università ta’ Harvard (1989); dottorat fid-dritt (1998); gradwat fil-filoloġija (1984) u fil-filosofija (1984) mill-Università Kattolika ta’ Leuven; ammess fil-kamra tal-avukati ta’ New York (1990); Attorney and Counselor at Law (New York, 1990‑1991); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1991‑1995); riċerkatur fl-Università Kattolika ta’ Leuven (1995‑1999); professur fl-Università ta’ Groningen (1999‑2001) u mbagħad fl-Università Kattolika ta’ Leuven (2001‑2016); direttur taċ-ċentru tad-dritt tal-konsumatur (2001‑2016), president tal-korp akkademiku (2004‑2006) u president tal-istitut ta’ studji legali (2012‑2015) f’din l-università; elett membru tal-“Academia Europeae” fl‑2010; professur mistieden f’diversi universitajiet, fosthom fl-Università ta’ Paris-Dauphine (2013‑2016); Fulbright scholar, Università Amerikana (Washington DC, 2010‑2011); Katedra Jean Monnet mogħtija mill-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (1999‑2009); president tal-Academic Society for Competition Law (2013‑2016); editur prinċipali ta’ diversi rivisti legali; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid‑19 ta’ Settembru 2016.

Barna Berke
Barna Berke

imwieled fl-1966; diploma fid-dritt mill-Università Loránd Eötvös ta’ Budapest (1990); Master of Laws mill-Università ta’ Stokkolma (1995); avukat fil-kamra tal-avukati ta’ Budapest; konsulent legali mal-Parlament Ungeriż fil-proċess tal-adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea (1994-1996 u 2002-2004); référendaire mal-president tal-qorti kostituzzjonali Ungeriża (1997-2000); viċi president tal-awtorità tal-kompetizzjoni, u mbagħad president tal-kunsill tal-kompetizzjoni (2000-2002); arbitru mal-qorti permanenti tal-arbitraġġ tas-swieq finanzjarji u tas-swieq tal-kapital (2008-2014); lecturer (1990-1994); lecturer anzjan (1995-1999), u mbagħad lecturer anzjan assoċjat (2003-2016) fl-Università Loránd Eötvös ta’ Budapest; Segretarju tal-Istat għall-kooperazzjoni ġudizzjarja Ewropea u internazzjonali fil-Ministeru tal-Ġustizzja; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Ulf Öberg
Ulf Öberg

imwieled fl-1966; diploma fid-dritt mill-Università ta’ Stokkolma (1991); diploma fit-traduzzjoni legali Franċiż-Ingliż mill-Università ta’ Paris II, Panthéon-Assas (1991); diploma ta’ studji superjuri speċjalizzati mill-Università ta’ Paris I, Panthéon-Sorbonne (1992); diploma mill-istitut ta’ studji politiċi ta’ Pariġi (1993); riċerkatur mal-aġenzija għar-riċerka tad-difiża nazzjonali Svediża (1992 u 1994); parteċipazzjoni fil-programm ta’ taħriġ għall-uffiċjali Svediżi (1993-1994); konsulent legali għall-affarijiet Ewropej mal-Ministeru għall-affarijiet barranin (1994-1995); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1995-2000); lecturer fl-Università ta’ Stokkolma (2000-2016); ġurista (2001-2006), u mbagħad avukat (2006-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Octavia Spineanu-Matei
Octavia Spineanu-Matei

imwielda fl-1967; gradwata fid-dritt mill-Università Alexandru Ioan Cuza de Iasi (1990); dottorat fid-dritt (1999); Imħallef fil-qorti tas-settur 4 ta’ Bukarest (1991-1996); Imħallef (1996-1999) u president ta’ sezzjoni (1997-1999) fil-qorti ta’ Bukarest; Imħallef (1999-2005)  u president ta’ sezzjoni (1999-2003) fil-qorti tal-appell ta’ Bukarest; membru tal-awla manja tal-appelli fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (2006-2016); lecturer u mbagħad direttur tal-istitut nazzjonali tal-maġistratura (2011-2016); Imħallef fil-qorti għolja ta’ kassazzjoni u ta’ ġustizzja tar-Rumanija (2006-2016); membru tal-kunsill xjentifiku tal-istitut nazzjonali tal-maġistratura u tal-kunsill tat-tmexxija tal-iskola nazzjonali għar-reġistraturi (2011-2016); membru elett tal-kunsill tal-iskola dottorjali tal-Università ta’ Bukarest (2012-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Jan M. Passer
Jan M. Passer

imwieled fl-1974; diploma fid-dritt mill-Università Karlova ta’ Praga (1997) u Master of Laws mill-Università ta’ Stokkolma (2000); dottorat fid-dritt (2007); lecturer fid-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Università Karlova ta’ Praga (2001-2003) u fl-akkademja tal-ġustizzja tar-Repubblika Ċeka (2001-2016); uffiċjal ġudizzjarju bi prova fil-qorti muniċipali ta’ Praga (1997-2001); Imħallef fil-qorti distrettwali ta’ Praga 2 (2001-2005); Imħallef fil-qorti amministrattiva suprema tar-Repubblika Ċeka (2005-2016); lecturer fil-fakultà tal-liġi tal-Università Masaryk ta’ Brno (2006-2016) u fl-Università Palacký ta’ Olomouc (2014-2016); kollaboratur legali fil-Ministeru tal-Ġustizzja (2010-2016); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Krystyna Kowalik-Bańczyk
Krystyna Kowalik-Bańczyk

imwielda fl-1976; diploma fid-dritt mill-Università ta’ Gdańsk (1999); diploma ta’ studji approfonditi mill-Università tax-xjenzi soċjali ta’ Toulouse (2000); Master of Laws fid-dritt Ewropew mill-Collège d’Europe (2002); dottorat fid-dritt (2004); lecturer fid-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Università teknika ta’ Gdańsk (2010-2016); lecturer anzjan (2006-2014), u mbagħad professur assoċjat (2014-2016) fl-istitut ta’ studji legali tal-akkademja tax-xjenzi tal-Polonja; koeditur u parteċipazzjoni fi ħdan diversi rivisit legali; awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mid-19 ta’ Settembru 2016.

Colm Mac Eochaidh
Colm Mac Eochaidh

imwieled fl-1963; gradwat fil-liġi mill-University College Dublin, National University of Ireland (1984); barrister affiljat mal-Honorable Society of King’s Inns Dublin (1987); ġurista fil-qasam Ewropew fi ħdan il-Law Society, Chancery Lane f’Londra (1988-1990); rappreżentant tal-Law Society of England and Wales u tal-Law Society of Scotland fi Brussell (1990-1993); barrister (1993-2009) u senior counsel (2009-2012); lecturer fid-dritt tal-kompetizzjoni mal-Honorable Society of King’s Inns Dublin (1993-1999); lecturer fil-EU-China Law School (2008-2012); Imħallef (2012-2017) u President tal-awla li tisma’ kwistjonijiet dwar l-immigrazzjoni u l-ażil (2014-2017) fil-High Court (l-Irlanda); Imħallef fil-Qorti Ġenerali sa mit-8 ta’ Ġunju 2017.

Geert De Baere
Geert De Baere

imwieled fl-1979; gradwat fil-liġi (Università ta’ Antwerp, 2002), Master of Laws (2003) u dottorat fid-dritt (2007) (King’s College, Università ta’ Cambridge); riċerkatur mistieden (Visiting Research Fellow) fil-fakultà tal-liġi tal-Università ta’ Columbia (2005); riċerkatur postdottorali assoċjat fl-Università ta’ Antwerp (2007-2009); lecturer mistieden (2009), wara lecturer (2010-2014) u lecturer prinċipali (mill-2015) tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt internazzjonali fl-Università ta’ Leuven (KU Leuven); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mal-Avukat Ġenerali E. Sharpston (2007-2009), u wara mal-Imħallef A. Prechal (2016-2017); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mill-4 ta’ Ottubru 2017.

Ramona Frendo
Ramona Frendo

imwielda fl-1971; gradwata u dottorat fid-dritt mill-Università ta’ Malta (1995); master fil-kriminoloġija mill-Università ta’ Cambridge (1996); studji ta’ wara l-ewwel grad fid-dritt Ewropew fil-King’s College London (2018); avukat mal-kamra tal-avukati ta’ Malta (1996-2019); espert legali fil-qrati ta’ Malta (1997-2019); arbitru fiċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta (2006-2019); espert legali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Assigurazzjoni (2006-2019); membru tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi ta’ Malta (2009-2019); konsulent legali fil-Ministeru għall-Protezzjoni Soċjali (1997-1998); membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja (2012-2013); membru tal-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja (2013); membru tal-Kummissjoni dwar ir-Riforma fis-Sistema Ġudizzjarja (2014-2016); President tal-grupp ta’ ħidma “Viżi” matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2016-2017); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mill-20 ta’ Marzu 2019.

Tuula Riitta Pynnä
Tuula Riitta Pynnä

Imwielda fl‑1958; gradwata fid-dritt mill-Università ta’ Turku (master, 1981); programm ta’ taħriġ ġudizzjarju fil-Qorti Reġjonali ta’ Ulvila (1984); master fid-dritt mill-Università ta’ Trier (1993); master fl-istudji ġuridiċi Ewropej mill-Istitut Ewropew għall-Amministrazzjoni Pubblika (1994); lecturer fl-Università ta’ Turku (1981‑1982); Imħallef fil-Qorti Reġjonali ta’ Pori (1982‑1983); kap ta’ dipartiment fl-Uffiċċju tal-Popolazzjoni (1983‑1985); Imħallef fil-Qorti ta’ Tampere u ta’ Pirkanmaa (1985‑1995); référendaire fil-Qorti Suprema tal-Finlandja (1995); kap ta’ diviżjoni tal-kontenzjuż tal-Unjoni Ewropea, konsulent legali u aġenti tal-Istat mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kap tad-delegazzjoni Finlandiża tal-grupp ta’ ħidma “Il-Qorti tal-Ġustizzja” tal-Kunsill (1996‑2005); membru tal-grupp “Ħbieb tal-Presidenza” għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja tal-Komunità fit-Trattat ta’ Nice; Imħallef fil-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Finlandja (2005‑2012); Imħallef fil-Qorti Suprema tal-Finlandja (2012‑2019); membru tal-kumitat dixxiplinari tal-borża ta’ Ħelsinki (2015‑2019); membru, sussegwentement president tal-kumitat ta’ eżami tal-kamra tal-avukati ta’ Ħelsinki (2011‑2019); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Laurent Truchot
Laurent Truchot

Imwieled fl‑1962; gradwat mill-Istitut ta’ Studji Politiċi ta’ Pariġi (1984); student tal-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura (1986‑1988); Imħallef mal-Qorti Reġjonali ta’ Marseille (1988‑1990); Maġistrat fid-Direttorat tal-Kawżi Ċivili u tal-Ministeru għall-Ġustizzja (1990‑1992); assistent għall-kap tal-uffiċċju, u sussegwentement kap tal-uffiċċju għad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni, tal-Konsum u tal-Eliminazzjoni tal-Frodi mal-Ministeru għall-Ekonomija, għall-Finanzi u għall-Industrija (1992‑1994); konsulent tekniku tal-Gwardjan tas-Siġilli, Ministru tal-Ġustizzja (1994‑1995); Imħallef mal-Qorti Reġjonali ta’ Nîmes (1995‑1996); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mal-Avukat Ġenerali P. Léger (1996‑2001); konsulent référendaire fil-Qorti tal-Kassazzjoni (2001‑2007); Imħallef fil-Qorti Ġenerali (2007‑2013, President ta’ Awla mill‑2010 sal‑2013); konsulent mal-Qorti tal-Kassazzjoni (2013‑2019); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Johannes Christoph Laitenberger
Johannes Christoph Laitenberger

Imwieled fl‑1964; studji tad-dritt fir-Rheinische Friedrich-Wilhelms-Universität Bonn; l-ewwel eżami tal-Istat fid-dritt (1990); kollaboratur legali fl-amministrazzjoni tal-Parlament Ġermaniż (1991); Rechtsreferendar fil-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Köln (1991‑1994); it-tieni eżami tal-Istat fid-dritt (1994); lecturer u riċerkatur fir-Rheinische Friedrich-Wilhelms-Universität Bonn (1991‑1995); avukat mal-kamra tal-avukati ta’ Köln u konsulent legali ta’ federazzjoni ta’ impriżi (1996); konsulent mad-Direttorat tal-Amministrazzjoni u tal-Protokoll tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1996‑1999); relatur fid-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (1999); membru tal-uffiċċju (1999‑2003), u sussegwentement kap tal-uffiċċju (2003‑2004) tal-Kummissarju Ewropew Viviane Reding; membru tal-uffiċċju tal-President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej José Manuel Barroso (2004‑2005); kelliem u kap tad-dipartiment tal-kelliem tal-Kummissjoni Ewropea (2005‑2009); kap tal-uffiċċju tal-President tal-Kummissjoni Ewropew José Manuel Barroso (2009‑2014); Assistent Direttur Ġenerali tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea (2014‑2015); Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2015‑2019); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Roberto Mastroianni
Roberto Mastroianni

Imwieled fl‑1964; gradwat fid-dritt mill-Università ta’ Firenze (1987); dottorat fid-dritt mill-Università ta’ Bologna (1992); master fid-dritt mid-Dickinson School of Law, Pennsylvania (1990); studji post-dottorat fl-Università ta’ Genève (1992‑1993); studji post-dottorat fl-Università ta’ Amsterdam (1993‑1994); riċerkatur fid-dritt internazzjonali fl-Università ta’ Firenze (1992‑1997); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mal-Avukati Ġenerali Giuseppe Tesauro u Antonio Saggio (1997‑2000); professur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Università ta’ Napoli Federico II (2000‑2019); professur mistieden tad-dritt tal-Unjoni u tal-kontenzjuż Ewropew fl-Università Paris 2 – Panthéon-Assas (2011‑2013); professur tad-dritt tal-Unjoni fl-Università Luiss Guido Carli ta’ Ruma (2013‑2017); konsulent tal-Gvern Taljan għall-affarijiet leġiżlattivi mad-dipartiment tal-affarijiet Ewropej (2015‑2018); avukat awtorizzat jidher quddiem il-qrati superjuri (1993‑2019); professur tad-dritt komparattiv tal-kompetizzjoni fl-iSturm College of Law tal-Università ta’ Denver (2015‑2019); membru tal-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni Taljana tad-Dritt Internazzjonali SIDI (20I3‑2015) u tal-Assoċjazzjoni Taljana għall-Istudji tad-Dritt tal-Unjoni Ewropea AISDUE (2018‑2019); awtur ta’ numru kbir ta’ pubblikazzjonijet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

José Martín y Pérez de Nanclares
José Martín y Pérez de Nanclares

Imwieled fl‑1965; gradwat fid-dritt mill-Università ta’ Salamanca (1983-1988); studji tad-dritt kostituzzjonali fl-Università ta’ Köln (1988‑1989); master fid-dritt Ewropew mill-Università ta’ ‎Saarbrücken (1991); dottorat fid-dritt mill-Università ta’ Saarbrücken (1994) u ta’ Salamanca (1994); lecturer anzjan (1993‑1996) u professur tad-dritt internazzjonali (1996‑2001) fl-Università ta’ La Rioja; inkarigat mill-katedra tad-dritt internazzjonali pubbliku u inkarigat mill-Katedra Jean Monnet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Università ta’ La Rioja (2001‑2009); inkarigat mill-katedra tad-dritt internazzjonali pubbliku fl-Università ta’ Salamanca (2009‑2012 u 2018); viċi rettur tar-relazzjonijiet internazzjonali (2004‑2008), viċi rettur tar-riċerka (1996‑2000) u segretarju ġenerali (1996) tal-Università ta’ La Rioja; dottorat honoris causa mill-Università ta’ Piura, il-Perù (2009); direttur tal-uffiċċju tal-affarijiet ġuridiċi internazzjonali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u għall-Kooperazzjoni tal-Gvern Spanjol (2012‑2018); direttur tal-uffiċċju tal-presidenza tal-Kunsill tal-Istat Spanjol (2018‑2019); membru tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ (2018‑2019); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Ornella Porchia
Ornella Porchia

Imwielda fl‑1966; gradwata fid-dritt (1991); dottorat fid-dritt mill-Università Bocconi ta’ Milano (1996); professur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-Università ta’ Torino; avukat mal-kamra tal-avukati ta’ Torino (1994); assistent professur (1998‑2002) u professur assoċjat tad-dritt internazzjonali mal-Università ta’ Torino (2002‑2007); membru tad-dipartiment tal-istudji tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Italja (2010‑2014); konsulent legali għar-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja mal-Unjoni Ewropea (2014‑2019); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Gerhard Hesse
Gerhard Hesse

Imwieled fl‑1970; gradwat fid-dritt mill-Università ta’ Vjenna (1993); dottorat fid-dritt mill-Università ta’ Vjenna (2002); membru tad-Dipartiment tal-Affarijiet Ewropej tal-Kanċellerija Federali (1994‑1995); membru u sussegwentement kap ta’ dipartiment mas-servizzi legali tal-Kanċellerija Federali (1995‑2000); konsulent legali mal-Kamra tax-Xogħol (2000‑2002); membru tas-servizz legali u sussegwentement kap ta’ dipartiment mas-servizzi legali tal-Kanċellerija Federali (2002‑2007); konsulent legali mal-Uffiċju tal-Kanċellerija Federali (2007‑2010); direttur ġenerali tas-servizz legali tal-Kanċellerija Federali (2010‑2017); direttur ġenerali tas-servizz legali mal-Ministeru għall-Affarijiet Kostituzzjonali, għar-Riformi, għad-Deregolarizzazzjoni u għall-Ġustizzja (2017‑2019); membru tal-Kunsill tal-Gvern għall-Protezzjoni tad-Data Personali (2010‑2019); President tal-Bord ta’ Sorveljanza tal-Bibjoteka Nazzjonali (2017‑2019); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Miguel Sampol Pucurull
Miguel Sampol Pucurull

Imwieled fl‑1974; gradwat fid-dritt u fl-immaniġġjar tan-negozju mill-Università Pontifikali ta’ Comillas – ICADE (1998); abogado del Estado responsabbli mir-rappreżentazzjoni tal-Istat quddiem il-qrati nazzjonali (2002‑2005); abogado del Estado fis-Servizz Legali tal-Ministeru għall-Kultura (2005‑2006); membru tas-Servizz Legali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għal dak li jirrigwarda l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2006‑2007); abogado del Estado-konsulent legali għar-Rappreżentanza Permanenti ta’ Spanja fl-Unjoni Ewropea (2007‑2014); abogado del Estado-Jefe tas-servizz ġuridiku tal-Istat responsabbli minn proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u Viċi Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u Internazzjonali tal-Abogacia General del Estado (Ministeru għall-Ġustizzja) (2014‑2019); membru tal-bord tad-diretturi ta’ numru ta’ impriżi pubbliċi (2014‑2019); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019. 

Mirela Stancu
Mirela Stancu

Imwielda fl‑1974 ; gradwata fid-dritt mill-Università ta’ Bukarest (1998); dottorat fid-dritt mill-Università ta’ Bukarest (2009); avukat mal-kamra tal-avukati ta’ Bukarest (1999‑2002); lecturer (2002‑2018), sussegwentement mill‑2018 senior lecturer fid-dritt proċedurali mal-Università ta’ Bukarest; għalliema mal-Istitut nazzjonali tal-maġistratura (2007‑2018); Imħallef fil-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Bukarest (2004‑2009); Imħallef fil-Qorti ta’ Bukarest (2009‑2019); Imħallef ikkollokat mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin (2005); ġurist amministratur fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mal-Imħallef C. Toader (2011‑2014); direttur għall-affarijiet Ewropej, għar-relazzjonijiet internazzjonali u għall-programmi tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura (2015‑2018); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Petra Škvařilová-Pelzl
Petra Škvařilová-Pelzl

Imwielda fl‑1975; studji fid-dritt fir-Repubblika Ċeka u fil-Ġermanja (Magister iuris, Università Karlova ta’ Praga, 1999), dottorat fid-dritt (Università ta’ Hamburg, 2004); gradwata fl-interpretazzjoni lejn il-Ġermaniż mill-iskola tal-Istat għal-lingwi ta’ Praga (1995); kollaboratriċi xjentifika mal-katedra tad-dritt kummerċjali, tad-dritt marittimu u tad-dritt ekonomiku tal-Università ta’ Hamburg; għaddiet minn kompetizzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej għal ġuristi Ċeki (2004); uffiċjal fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Bibljoteka u tar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2004‑2019); attaché mad-Direttur Ġenerali (2010‑2016); référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mal-Imħallef M. Berger (2017‑2018); lecturer tad-dritt tal-Unjoni fl-Akkademkja Federali ta’ Vjenna għas-Servizz Pubbliku; interventi regolari fil-kuntest tal-festival bjennali tad-dritt Ċek-Ġermaniż; awtur ta’ diversi pubblikazzjonijet b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt komparattiv; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Iko Nõmm
Iko Nõmm

Imwieled fl‑1977; dottorat fid-dritt mill-Università ta’ Tartu (2013); konsulent għall-Qorti tal-Appell ta’ Tallinn (2001‑2002); uffiċjal ġudizzjarju stagiaire fil-Qorti ta’ Harju (2002); Imħallef fil-Qorti ta’ Harju (2002-2007); Imħallef fil-Qorti tal-Appell ta’ Tallinn (2007‑2019); Imħallef stagiaire mal-Qorti Suprema tal-Estonja (2015‑2016); magistrat nazzjonali kkollokat mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2017‑2018); lecturer fl-Università ta’ Tartu (2014-2019); lecturer fil-Qorti Suprema tal-Estonja (2015‑2019); għalliem mal-assoċjazzjoni tal-kamra tal-avukati Estonjana (2015‑2019); membru mal-kummissjoni ta’ eżami tal-imħallfin (2018‑2019); membru tal-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-kompetenza professjonali tal-kamra tal-avukati Estonjana (2015‑2019); Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Gabriele Steinfatt
Gabriele Steinfatt

Imwielda fl‑1977; studji f’Saarbrücken u fi Strasbourg; gradwata fid-dritt mill-Università Robert Schuman ta’ ‎Saarbrücken (master fid-dritt privat u ċertifikat fid-dritt Ewropew, 2000); eżamijiet tal-Istat f’‎Saarbrücken (2002 u 2005); studji ta’ wara l-ewwel grad fl-Istitut tal-Istudji Ewropej fl-Università ta’ Saarland (2002‑2003); dottorat fid-dritt mill-Università ta’ Saarland (2011); Imħallef fil-Qorti Amministrattiva ta’ Bremen (2005‑2018); Imħallef fil-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Bremen (2018‑2019); membru tal-Qorti Dixxiplinari tal-Appell għall-Imħallfin (2018‑2019); membru supplenti tal-Qorti Dixxiplinari tal-Appell għall-Inġiniera (2018-2019); lecturer fl-Università ta’ Saarland u fl-Università ta’ Bremen; awtur ta’ diversi pubblikazzjonijet ġuridiċi, b’mod partikolari fid-dritt Ewropew; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Rimvydas Norkus
Rimvydas Norkus

Imwieled fl‑1979; master fid-dritt mill-Università ta’ Vilnjus (2001); dottorat fid-dritt mill-Università Mykolas Romeris (2005); studji fl-Istitut Svizzeru tad-Dritt Komparattiv (ISDC) u fl-Universitajiet ta’ Bonn u ta’ Vilnjus (2002‑2006); assistent ta’ mħallef mal-Qorti tal-Appell tal-Litwanja (1999‑2000); konsulent tal-President tal-Qorti tal-Appell tal-Litwanja (2000‑2003); direttur mad-dipartiment tal-prattika legali tal-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja (2003‑2009); ġurist lingwist mal-Parlament Ewropew (2009‑2010); direttur tad-dipartiment tar-riċerka legali tal-Qorti Suprema tal-Litwanja (2010‑2012); Imħallef mal-Qorti tal-Appell tal-Litwanja (2012‑2013); Imħallef mal-Qorti Suprema tal-Litwanja (2013‑2014); President tal-Qorti Suprema tal-Litwanja (2014‑2019); professur mal-Istitut tad-Dritt Privat tal-Università Mykolas Romeris (2012‑2019); professur assoċjat mal-Università Mykolas Romeris (2007‑2008); President tal-Kunsill tal-Maġistratura tal-Litwanja (2016‑2018); awtur ta’ diversi pubblikazzjonijet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Tamara Perišin
Tamara Perišin

Imwielda fl‑1979; gradwata fid-dritt mill-Università ta’ Zagreb (2002); master fid-dritt mill-Università ta’ Oxford (2003); dottorat fid-dritt mill-Università ta’ Zagreb (2007); Fulbright Fellow mill-Universitajiet ta’ Georgetown u ta’ Michigan (2005‑2006); taħriġ fit-tagħlim u x-xjenzi tat-tagħlim fl-Università tal-Ewropea ċentrali (2007‑2008); riċerkatriċi mal-Istitut Asser (2004), mal-Istitut Max Planck (2007‑2008) u mal-Harvard Law School (2014); ammessa fil-kamra tal-avukati tal-Kroazja (2009); professur tad-dritt tal-Unjoni, inkarigata mill-Katedra Jean Monnet u koordinatriċi taċ-Centru ta’ eċċellenza Jean Monnet fl-Università ta’ Zagreb (2002‑2019); professur mistieden fl-Università ta’ Harvard (2015‑2016); membru tal-grupp ta’ negozjar għall-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2005‑2011); responsabbli mit-taħriġ fid-dritt tal-Unjoni għall-uffiċjali u diplomatiċi fl-iskola nazzjonali tal-amministrazzjoni pubblika u fl-akkademja għad-diplomatiċi tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u għall-Affarijiet Ewropej (2011‑2012); responsabbli mit-taħriġ fid-dritt tal-Unjoni għall-imħallfin u għall-prosekuturi fl-akkademja legali u l-qorti ta’ Zagreb (2012‑2013); responsabbli mit-taħriġ fid-dritt tal-Unjoni għall-assoċjazzjoni Kroata tal-avukati (2015); konsulent speċjali mal-Ministeru għax-Xjenzi u għall-Edukazzjoni (2017‑2019); editur prinċipali ta’ ġurnal tad-dritt tal-Unjoni; awtur ta’ diversi pubblikazzjonijet; Imħallef fil-Qorti Ġenerali mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Emmanuel Coulon
Emmanuel Coulon

Imwieled fl-1968; studji tad-Dritt (Università Pathéon-Assas, f'Pariġi); studji tal-Maniġment (Università Paris-Dauphine); Collège d'Europe  (1992); eżami għad-dħul fis-centre régional de formation à la profession d'avocat ta' Pariġi; warrant ta' Avukat mill-avukatura ta' Brussell; eżerċizzju tal-professjoni ta' Avukat fi Brussell; għadda minn eżami ġenerali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej; Référendaire mal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (Uffiċċju tal-President Saggio, 1996-1998; Uffiċċju tal-President Vesterdorf, 1998-2002); Kap tal-Uffiċċju tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza (2003-2005) Reġistratur tal-Qorti Ġenerali mis-6 ta' Ottubru 2005.