Mur għall-kontenut ewlieni

Direttorat tal-Protokoll u taż-Żjarat

Id-Direttorat tal-Protokoll u taż-Żjarat jorganizza l-avvenimenti u l-attivitajiet kollha ta' rappreżentanza tal-istituzzjoni. Dan huwa kompost minn żewġ diviżjonijiet (protokoll u żjarat), kif ukoll minn taqsima "xogħlijiet ta' arti" responsabbli għax-xogħlijiet ta’ arti fdati fil-kustodja jew msellfa lill-istituzzjoni.

Protokoll

Id-Diviżjoni tal-Protokoll hija responsabbli għall-organizzazzjoni u għat-tmexxija tal-avvenimenti u tal-attivitajiet kollha, li jinkludu aspetti ta' rappreżentanza tal-Istituzzjoni u tal-Membri tagħha. Hija b'mod partikolari responsabbli għall-udjenzi solenni, għaż-żjarat uffiċjali, għaż-żjarat ta' studju minn qrati nazzjonali supremi u kostituzzjonali, u minn qrati internazzjonali. Hija wkoll responsabbli għall-organizzazzjoni tal-Forum annwali mal-membri tal-ġudikatura nazzjonali.

Żjarat

Bix-xewqa li tiżgura għarfien aħjar tal-istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tilqa' gruppi ta' viżitaturi fis-sede tagħha u tipproponilhom programmi adattati għall-interessi tagħhom (seminars għall-membri tal-ġudikatura nazzjonali, żjarat ta' studju għall-professjonisti legali u għall-istudenti tal-liġi, laqgħat ta' informazzjoni għall-viżitaturi li ma humiex ġuristi).

Kull sena, il-Qorti tal-Ġustizzja tilqa' madwar 4 000 professjonist legali (membri tal-ġudikatura nazzjonali, avukati, professuri tal-università, ġuristi li jaħdmu f'impriżi, eċċ) u madwar 10 000 viżitaturi oħra, fil-parti l-kbira studenti tal-liġi.

Għal iktar informazzjoni: - Żjarat u applikazzjoni għal żjarat