Direttorat Ġenerali tal-Amministrazzjoni

Bħall-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija awtonoma għal dak li jikkonċerna amministrazzjoni u baġit.

F'dan ir-rigward, hija tirrekluta u tamministra hija stess il-persunal tagħha. Madwar 2 000 uffiċjal u membri tal-persunal jaħdmu fil-Qorti tal-Ġustizzja. Dan il-persunal, bħal dak tal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra, huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-uffiċjali kollha u għall-membri l-oħra tal-persunal tal-Unjoni Ewropea.

Kull sena hija telabora l-estimi tal-ispejjeż tagħha. Hija stess tiżgura l-preżentazzjoni u l-ispjegazzjonijiet ta' dawn l-estimi quddiem l-awtorità politika (jiġifieri l-Parlament u l-Kunsill, li jikkostitwixxu ż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit tal-Unjoni Ewropea). Fl-aħħar nett, hija twettaq l-eżekuzzjoni tal-baġit tagħha wara li dan ikun ġie approvat definittivament mill-Parlament. L-ammont tal-baġit ta' kull sena tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa ta' madwar EUR 400 miljun.

Abbażi ta’ din l-awtonomija, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha wkoll dipartimenti li jiġġestixxu r-riżorsi immobiljarji u tekniċi pprovduti għad-dispożizzjoni tal-utent.

Taħt l-awtorità diretta tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-Direttorat Ġenerali tal-Amministrazzjoni huwa responsabbli għal dawn il-kompetenzi kollha.

Għal iktar informazzjoni :