Mur għall-kontenut ewlieni

Direttorat tal-Baġit u tal-Affarijiet Finanzjarji

Id-Direttorat tal-Baġit u tal-Affarijiet Finanzjarji huwa responsabbli għat-tfassil u l-osservanza tal-baġit kif ukoll għaż-żamma tal-kontabbiltà u tal-amministrazzjoni tal-finanzi tal-istituzzjoni. Id-Direttorat jiżgura wkoll l-osservanza tal-leġiżlazzjoni finanzjarja (Regolament finanzjarju, regoli ta' verifika interna ...). Huwa jiġbor fih żewġ diviżjonijiet responsabbli għall-assistenza finanzjarja, għall-baġit u għall-verifika u għall-kontabbiltà.

Fir-rigward tal-baġit ta' kull sena tal-istituzzjoni, id-Direttorat huwa inkarigat mit-tfassil tal-abbozz tal-baġit u mill-innegozjar tiegħu mal-Awtorità tal-Baġit, kif ukoll milli jsegwi b’mod regolari l-eżekuzzjoni tiegħu. Sabiex jagħmel dan, id-Direttorat jiżgura ż-żamma tal-kontabbiltà tal-baġit li tippermetti t-tfassil tar-rapport annwali fuq l-amministrazzjoni tal-baġit u tal-finanzi tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa jikkoordina wkoll it-tfassil tar-rapport annwali ta' attivitajiet tal-Uffiċjal Awtorizzanti (ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja).

Barra minn hekk, id-Direttorat jiżgura l-koordinazzjoni tal-kuntatti mal-Qorti tal-Awdituri u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-proċedura annwali ta' approvazzjoni.

It-tabelli hawn taħt juru l-iżvilupp tal-baġit tal-istituzzjoni sa mill-2015 kif ukoll l-istruttura tal-baġit skont l-ispejjeż:

Il-Baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea:

budget-CoJ 

Baġit 2024- Allokazzjoni tal-ispejjeż:

 

pie 

square1 Membri u persunal

square2 Bini u spejjeż konnessi

square3 Informatika

square3. Servizzi esterni fil-qasam lingwistiku

square4 Spejjeż oħra

 

Informazzjoni dettaljata fuq il-baġit tal-istituzzjoni hija disponibbli u tista' tiġi kkonsultata fuq is-sit EUR-Lex.

L-attività ta' kontabbiltà ġenerali u ta' amministrazzjoni finanzjarja tkopri ż-żamma tal-kontabbiltà ġenerali, it-tqassim u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-istituzzjoni kif ukoll l-amministrazzjoni tal-flus u l-iżvolġiment finanzjarju tal-operazzjonijiet tal-baġit (ħlas tal-ispejjeż, irkupru tad-djun u reġistrazzjoni tad-dħul). F'dan ir-rigward, id-Direttorat jiżgura rwol ċentrali tal-koordinazzjoni għall-aġġornament u/jew l-implementazzjoni tal-applikazzjonijiet informatiċi ta' amministrazzjoni finanzjarja, tal-baġit u tal-kontabbiltà. Ir-rwol ta' konsulenza tal-unitajiet oħra tal-istituzzjoni fit-tmexxija tal-operazzjonijiet tal-baġit u tal-finanzi hija wkoll fiċ-ċentru tal-attivitajiet tad-Direttorat.

Fl-aħħar nett, id-Direttorat huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-Unjoni, għall-aġġornament tar-Regoli finanzjarji ġewwa l-istituzzjoni kif ukoll għall-karti/statuti u r-regoli relatati magħhom (il-karta tal-uffiċjali awtorizzanti, il-karta tal-kontabbli, regoli minimi ta' verifika interna ...). Hija wkoll inkarigata mill-amministrazzjoni tas-suddelegazzjonijiet tas-setgħat tal-uffiċjal awtorizzanti.

Fil-kuntest tal-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni finanzjarja, id-Direttorat b’mod partikolari saħħaħ ir-rwol konsultattiv tiegħu u ta’ koordinazzjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (mudelli ta’ dokumenti, databases ċentrali fuq il-kuntratti, obbligi tal-istituzzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjoni legali).