Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali adottaw konġuntament verżjoni ġdida tal-Kodiċi ta’ kondotta għall-Membri u għall-ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Dan il-kodiċi jħassar u jissostitwixxi l-Kodiċi ta’ Kondotta adottat fl-2007.
Huwa ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2017.
Huwa jippreċiża r-regoli ta’ mġieba etika applikabbli għall-Membri u għall-ex Membri tal-istituzzjoni.