Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha d-dipartiment tal-informatika tagħha stess li jaqdi rwol ċentrali għall-funzjonament korrett u għall-iżvilupp tas-sistema informatika tagħha. Dan id-dipartiment jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja bl-implimentazzjoni ta’ viżjoni u ta’ strateġija moderna u dinamika dwar il-futur tal-informatika. F’dan il-kuntest jaqgħu b’mod partikolari l-ħolqien u l-iżvilupp tal-applikazzjoni e Curia, intiża għar-riċezzjoni u għan-notifika tal-atti proċedurali.
Barra minn hekk, dan id-direttorat huwa responsabbli wkoll, b'mod partikolari, għas-servizz ta' vidjokonferenza u ta' multimidja .