Il-Konsulent legali għall-affarijiet amministrattivi huwa inkarigat bħala konsulent tal-istituzzjoni għal kull kwistjoni ġuridika li tikkonċernaha fir-rwol tagħha bħala korp amministrattiv.
B’mod partikolari, huwa jirrappreżenta l-istituzzjoni quddiem il-qrati tal-Unjoni (il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali), fil-kwistjonijiet tagħha mal-uffiċjali u mal-membri tal-persunal tagħha.
Huwa jiġi wkoll ikkonsultat fuq il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi maħruġa mill-istituzzjoni u fuq il-kuntratti li tissejjaħ sabiex tikkonkludi.