Aġenda ġudizzjarja - Għajnuna

L-aġenda ġudizzjarja tinkludi s-seduti ffissati għal quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali għall-ġimgħa li ninsabu fiha u l-erba' ġimgħat sussegwenti.

Kif tuża' l-aġenda?

Sabiex tkun taf is-seduti previsti quddiem it-tliet qrati, hemm numru ta' metodi possibbli sabiex taċċedi:

  • għas-seduti ta' ġurnata partikolari, agħfas fuq id-data, (a)
  • għal seduta partikolari, agħfas fuq il-kelma "Aġenda" sabiex jidhirlek il-formolarju "Fittex kawża", li jippermettilek tagħmel tfittxija, (b)
  • għas-seduti kollha tal-ġimgħa li qegħdin fiha u tal-erba' ġimgħat sussegwenti, fil-formolarju "Fittex kawża" agħfas fuq "tfittxija", mingħajr ma tippreċiża xi kriterju ta' tfittxija. (c)

Fil-lista tas-seduti li tkun ksibt b'dan il-mod, link li jinsab fin-numru tal-kawża jippermetti li taċċedi għal dokumenti differenti li jirrigwardawha u li huma disponibbli fid-database tal-ġurisprudenza.

Il-link "Informazzjoni dwar il-vaganzi ġudizzjarji" fil-formolarju "Fittex kawża" jirreferik għal lista ta' perijodi li fihom m'hemmx seduti.

calendrier-mt