L-Unjoni Ewropea hija impenjata sabiex tiżgura r-rispett tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali.
Il-politika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ Ottubru 2018.
F’din il-paġna għandek issib spjegazzjonijiet dwar l-ipproċessar ta’ data personali effettwat fil-kuntest tal-konsultazzjoni tas-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Iktar informazzjoni dwar l-ipproċessar ta’ data personali effettwata mill-Istituzzjoni fil-kuntest tad-diversi funzjonijiet tagħha hija disponibbli taħt it-taqsima “Protezzjoni tad-data personali“ li tidher fis-sezzjoni “L‑Istituzzjoni”. Tista’ wkoll tikkonsulta ir-reġistru ċentrali għall-attivitajiet ta’ pproċessar.
Il-konsultazzjoni u l-użu tas-sit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kultant jirrikjedi l-ipproċessar ta’ ċertu data personali.
Is-sit fih formoli sabiex tikkuntattja ċerti dipartimenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew sabiex tibgħatilhom talba. Dawn il-formoli jipprevedu li ċertu data personali għandha tiġi pprovduta sabiex it-talba tkun tista’ titwieġeb b’mod effettiv.
Id-dipartimenti li jirrikjedu din l-informazzjoni jittrattawha konformement mar-regolament iċċitat iktar ’il fuq u l-formoli kkonċernati fihom komunikazzjoni ta’ informazzjoni speċifika fuq il-protezzjoni tad-data personali li tindika kif dik id-data tintuża mill-Istituzzjoni u l-iskop tal-ipproċessar effettwat.
Il-persuna responsabbli għall-ipproċessar ta’ kull wieħed minn dawn hija indikata fil-komunikazzjoni ta’ informazzjoni korrispondenti. Il-komunikazzjonijiet fihom ukoll informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek b’rabta mal-protezzjoni tad-data personali u dwar il-persuni li għandek tikkuntattja jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar ta’ din id-data.
Sabiex dan is-sit jaħdem sew u tittejjeb in-navigazzjoni tiegħek, dan is-sit jagħmel użu mill-“cookies”.
F’ċerti każijiet, jistgħu jiġu installati fuq il-kompjuter tal-utent “cookies” minn terzi. Dan huwa partikolarment il-każ sabiex tara videos imxandra fuq YouTube jew meta l-utent jaċċetta t-traċċar tan-navigazzjoni tiegħu għal ħtiġijiet relatati mal-analiżi u t-titjib tas-sit.
Tista’ ssib iktar informazzjoni dwar l-użu tal-“cookies” u dwar kif tħassarhom jew ma tirċevihomx fuq il-paġna tas-sit iddedikata għall-“cookies”.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tuża wkoll il-media soċjali fil-kuntest tal-politika tagħha sabiex tikkomunika mal-pubbliku. Dawn jinkludu b’mod partikolari l-kanal YouTube tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-kont Twitter tad-Direttorat tal-Komunikazzjoni.
Is-sit joffri wkoll il-possibbiltà li taqsam informazzjoni permezz ta’ Facebook, Twitter, LinkedIn, Pinterest jew Reddit.
Tista’ taċċessa dawn il-media billi tuża l-buttuni korrispondenti fejn huma disponibbli fis-sit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-media għandhom il-politika tagħhom stess dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata. Meta taċċedi għal dawn is-siti, titlaq mis-sit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u d-data tiegħek tiġi pproċessata minn dawn il-media soċjali, konformement mal-politika tagħhom dwar ir-rispett tal-ħajja privata.
Videos ta’ YouTube jistgħu jidhru wkoll direttament fis-sit tal-Qorti tal-Ġustizzja. F’dan il-każ, “cookies” jew mezzi oħra ta’ ttraċċar jistgħu jintużaw direttament minn naħa ta’ YouTube. Sabiex tevita dan it-traċċar, tista’ tikkonsulta l-pariri fuq il-paġna tagħna dwar il-“cookies”.
Is-sit fih ukoll link għad-direttorju uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, amministrat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Meta taċċedi għall-paġna li tinkludi dan id-direttorju, titlaq mis-sit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u ssir applikabbli l-politika tar-rispett tal-ħajja privata tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725, dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data meta l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea taġixxi fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha mhux ġudizzjarji, u tagħti parir lill-kontrolluri tad-data fi ħdan l-Istituzzjoni fir-rigward tar-rispett tal-obbligi tagħhom relatati mal-protezzjoni tad-data personali.
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntattjat għal kwalunkwe mistoqsija relatata mal-ipproċessar tad-data personali effettwata fil-kuntest tal-konsultazzjoni tas-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, permezz tal-użu tal-formola ta’ kuntatt tas-sit u billi jiġi speċifikat li s-suġġett tal-mistoqsija jirrigwarda “l-ipproċessar tad-data personali tiegħi mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE”.
Għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta taġixxi fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji tagħha, l-awtorità superviżorja indipendenti hija l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Tista’ tressaq ilment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jekk tqis li l-ipproċessar tad-data personali tiegħek ma josservax ir-Regolament (UE) 2018/1725.